Jista' l-Ministru jgħid kemm tqabdu nies minn tal-Public Works tal-Works Management Strategy Implementation Department biex inaddfu t-toroq qabel il-wasla ta' Prodi f'Malta? Huwa minnu li ssejħu personnel mill-WMSI, x'kienu l-gradi ta' dawn il-ħaddiema u kemm tħallsu f'overtime?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 14100 (Seduta 250).
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk persuni li jkunu mentalment disabled rikoverati fl-Isptar Monte Carmeli jew il-kuraturi tagħhom humiex intitolati bi dritt għal pensjoni ta'l-eta' jew xi forma ta' għajnuna finanzjarja oħra? Jekk fl-affermattiv, x'inhi l-proċedura? Dawn jingħataw awtomatikament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Persuni li jkunu rikoverati fl-Isptar Monte Carmeli jew il-kuraturi tagħhom jibqgħalhom id-dritt għal Pensjoni tal-Eta', jew għal Pensjoni għal Diżabilita' jew Pensjoni għal Persuni b'Vista Batuta għall-ewwel sitt xhur mid-dħul tagħhom fl-isptar. Wara dan il-perjodu il-Pensjoni tinbidel f'Allowance u meta l-persuna tkun għadha tħallas il-kera tad-dar tibqa' tirċievi il-parti tal-Pensjoni li kienet tkopri l-kera.
Il-persuni jew il-kuraturi tagħhom huma obbligati li jinfurmaw lid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali b'kull tibdil fiċ-ċirkostanzi tagħhom u dan jinkludi dħul fi sptarijiet. L-isptarijiet normalment ukoll javżaw lid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali b'dawn il-persuni. Il-Pensjoni tinbidel f'Allowance wara li jsir ir-rapport.
Peress li dan l-aħħar ingħataw promotions, jista' l-Prim Ministru jinforma l-Kamra kemm fil-preżent huwa l-compliment fis-Servizz Ċivili ta': (a) diretturi fi grad 4; (b) diretturi fi grad 5; (ċ) assistenti diretturi; (d) senior principals; (e) principals in scale 7; (f) principals in scale 8; (g) principals in scale 9; (h) principals in scale 10; (i) executive officers; (j) clerks; (k) casual clerks; u (l) casual executive officers separatament?
X'inhuma l-vacancies f'kull każ?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra skeda li turi l-complement fil-gradi jew skali kif qed jitlob l-Onorevoli Nterpellant.
Il-grad ta' Casual Executive Officer ma jeżistix.
Mhux possibli li wieħed jgħid x'vakanzi jeżistu peress li l-bżonnijiet f'kull każ jinbidlu kontinwament skond l-esigenzi tas-servizz.
B'riferenza għall-parti tal-mistoqsija parlamentari numru 14184, tista' l-Ministru tagħti l-informazzjoni mitluba għas-snin 1998 u 1999 separatament?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li matul is-sena 1998 it-tabib għamel 1888-il spezzjoni b'kollox.
Diġa' tajt l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant għas-sena 1999 fir-risposta għall-Mistoqsija numru 14095.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jibdew jaħdmu l-local wardens mal-kunsilli lokali? Kemm ħarġu permessi ta' local wardens s'issa? Kemm-il applikazzjoni kellha l-ETC mingħand persuni li jirreġistraw għax-xogħol biex jibdew jieħdu taħriġ li jwassalhom għal-local wardens?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li sal-lum, il-Kummissarju tal-Pulizija ħareġ ħamsa u disghin (95) liċenza lill-persuni biex ikunu jistghu jaħdmu bħala gwardjani lokali skond kif stipulat fl-Att Nru XIII ta` l-1996. L-ETC irċeviet tlett mija u ħmistax (315) applikazzjoni minghand persuni li jirreġistraw ghax xoghol biex jieħdu taħriġ li jwassalhom ghall-gwardjani lokali.
Hu maħsub li l-ewwel gwardjani lokali jibdew fil-25 ta` Frar 2000.
Wara li ġiet riveduta l-iskema ta' viżti mit-tobba għall-impjegati fis-servizz pubbliku li jkunu ma jifilħux, jista' l-Ministru jinformana kemm u min huma t-tobba li ġew ingaġġati għal dan l-inkarigu fid-dekasteru li jaqa' taħtu? Jista' jgħid kemm qed jitħallsu t-tobba konċernati għal kull żjara? Jekk hemm xi forma ta' kuntratt bejn il-ministeru u t-tobba, jista' jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista' jgħid kemm-il viżta/żjara għamlu għand il-ħaddiema sa l-aħħar ta' Jannar, 2000?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ma ġewx ingaġġati tobba fuq bażi regolari biex jagħmlu viżti lill-impjegati fil-Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd. Meta jinħass il-bżonn li jsiru dawn il-viżti, jiġu mqabbda tobba mis-St. James Clinic, Żabbar bir-rata ta' LM4 għal kull żjara.
M'hemm ebda forma ta' kuntratt bejn il-Ministeru u t-tobba.
Sa l-aħħar ta' Jannar 2000 saru tmien (8) viżti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm bħalissa persuni rreġistrati mal-VAT Department bħala exempt persons?
Kemm minn dawn huma: (a) tobba; (b) avukati; (ċ) periti; u (d) nutara separatament?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta` persuni reġistrati mad-Dipartiment bħala persuni eżenti hu 12,929. Minn dawn, 133 huma tobba, 143 avukati u nutara, u 146 periti.
Wara li ġiet riveduta l-iskema ta' viżti mit-tobba għall-impjegati fis-servizz pubbliku li jkunu ma jifilħux, jista' l-Ministru jinformana kemm u min huma t-tobba li ġew ingaġġati għal dan l-inkarigu fid-dekasteru li jaqa' taħtu? Jista' jgħid kemm qed jitħallsu t-tobba konċernati għal kull żjara? Jekk hemm xi forma ta' kuntratt bejn il-ministeru u t-tobba, jista' jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista' jgħid kemm-il viżta/żjara għamlu għand il-ħaddiema sa l-aħħar ta' Jannar, 2000?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li ma gew ingaggati ebda tobba biex jinvistaw lill-impjegati fis-servizz pubbliku li jahdmu f`xi dipartiment li jifforma parti mid-dekasteru tieghi.
Wara li ġiet riveduta l-iskema ta' viżti mit-tobba għall-impjegati fis-servizz pubbliku li jkunu ma jifilħux, jista' l-Ministru jinformana kemm u min huma t-tobba li ġew ingaġġati għal dan l-inkarigu fid-dekasteru li jaqa' taħtu? Jista' jgħid kemm qed jitħallsu t-tobba konċernati għall kull żjara? Jekk hemm xi forma ta' kuntratt bejn il-ministeru u t-tobba, jista' jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista' jgħid kemm-il viżta/żjara għamlu għand il-ħaddiema sa l-aħħar ta' Jannar, 2000?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li minn meta ġiet introdotta l-iskema ta` viżti mit-tobba għall-impjegati fis-Servizz Pubbliku ma kien hemm l-ebda tabib li ġie ingaġġat għa dan l-inkarigu.
Ninsab infurmat ukoll li fil-każ ta` dipartimenti kbar bħalma huma l-Pulizija, Ħabs Ċivili u l-Awtorita` ta` l-Ippjanar, dawn kienu u għadhom jagħmlu użu mis-servizz tat-tabib/tobba li kien/u jagħti/u dan is-servizz qabel ma ġiet introdotta din l-iskema.
Wara li ġiet riveduta l-iskema ta' viżti mit-tobba għall-impjegati fis-servizz pubbliku li jkunu ma jifilħux, tista' l-Ministru tinformana kemm u min huma t-tobba li ġew ingaġġati għal dan l-inkarigu fid-dekasteru li jaqa' taħtha? Tista' tgħid kemm qed jitħallsu t-tobba konċernati għal kull żjara? Jekk hemm xi forma ta' kuntratt bejn il-ministeru u t-tobba, jista' jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra? Tista' tgħid kemm-il viżta/żjara għamlu għand il-ħaddiema sa l-aħħar ta' Jannar, 2000?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li t-tabib li ngħata l-inkarigu li jagħmel il-viżti fuq l-impjegati li ma jkunux jifilħu huwa Dr Coronato Grech. Ma hemm l-ebda kuntratt bejn il-Ministeru u dan it-tabib sabiex isiru dawn il-viżti. Huwa jitħallas extra biss għal viżti i jagħmel barra l-ħin normali tax-xogħol u jitħallas bir-rata ta' overtime ta' Lm3.60,1 fis-siegħa.
Rigward l-aħħar parti tal-Mistoqsija nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika l-perijodu li fih it-tabib għamel dawn il-viżti.
Wara li ġiet riveduta l-iskema ta' viżti mit-tobba għall-impjegati fis-servizz pubbliku li jkunu ma jifilħux, jista'l-Ministru jinformana kemm u min huma t-tobba li ġew ingaġġati għal dan l-inkarigu fid-dekasteru li jaqa' taħtu? Jista' jgħid kemm qed jitħallsu t-tobba konċernati għal kull żjara? Jekk hemm xi forma ta' kuntratt bejn il-ministeru u t-tobba, jista' jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista' jgħid kemm-il viżti/żjara għamlu għand il-ħaddiema sa l-aħħar ta' Jannar, 2000?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Id-Diviżjoni ftehmet ma' żewġ kumpanniji tat-tobba, jiġifieri l-Pegasus Medical Services Group u l-Health Maintenance Organisation, li tħallas Lm3 għal kull viżta li jagħmlu t-tobba tagħhom għand impjegati fis-servizz pubbliku li jkunu ma jifilħux. M'hemm l-ebda forma ta' kuntratt.
In-numru ta' viżti li għamlu minn mindu bdiet l-iskema, jiġifieri mill-11 t'Ottubru 1999 sa l-aħħar ta' Jannar 2000 huwa ta' 462.
Wara li ġiet riveduta l-iskema ta' viżti mit-tobba għall-impjegati fis-servizz pubbliku li jkunu ma jifilħux, jista' l-Ministru jinformana kemm u min huma t-tobba li ġew ingaġġati għal dan l-inkarigu fid-dekasteru li jaqa' taħtu? Jista' jgħid kemm qed jitħallsu t-tobba konċernati għal kull żjara? Jekk hemm xi forma ta' kuntratt bejn il-ministeru u t-tobba, jista' jtpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista' jgħid kemm-il viżti/żjara għamlu għand il-ħaddiema sa l-aħħar ta' Jannar, 2000?
Response (BORG, JOE)
Għadhom ma saru l-ebda arranġamenti fir-rigward li semma l-Onorevoli Interpellant.
Wara li ġiet riveduta l-iskema ta' viżti mit-tobba għall-impjegati fis-servizz pubbliku li jkunu ma jifilħux, jista' l-Ministru jinformana kemm u min huma t-tobba li ġew ingaġġati għal dan l-inkarigu fid-dekasteru li jaqa' taħtu? Jista' jgħid kemm qed jitħallsu t-tobba konċernati għal kull żjara? Jekk hemm xi forma ta' kuntratt bejn il-ministeru u t-tobba, jista' jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista' jgħid kemm-il viżta/żjara għamlu għand il-ħaddiema sa l-aħħar ta' Jannar, 2000?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-Ministeru u fid-Dipartimenti u l-Kummissjonijiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħi, għadu ma ddaħħal ebda servizz mediku dwar visti għand impjegati fis-servizz pubbliku li jkunu bis-sick leave.
Fil-Qrati tal-Gustizzja, inġabu quotations dwar il-providiment tal-istess servizz. Dawn qed jiġu kkunsidrati.
Wara li ġiet riveduta l-iskema ta' viżti mit-tobba għall-impjegati fis-servizz pubbliku li jkunu ma jifilħux, jista'l-Viċi Prim Ministru jinformana kemm u min huma t-tobba li ġew ingaġġati għal dan l-inkarigu tad-dekasteru li jaqa' taħtu? Jista' jgħid kemm qed jitħallsu t-tobba konċernati għal kull żjara? Jekk hemm xi forma ta' kuntratt bejn il-ministeru u t-tobba, jista' jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista' jgħid kemm-il viżta/żjara għamlu għand il-ħaddiema sa l-aħħar ta' Jannar, 2000?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Membru li l-Ministeru għall-Politika Soċjali għadu kif laħaq ftehim ma kumpanija privata, bl-isem ta' 'Health Maintenance Organisation' dwar il-verifika ta' 'sick leave' minn impjegati tad-Dipartimenti tal-Ministeru. Peress li dan il-ftehim jindika wkoll ir-rati li għandhom jitħallsu għal dan is-servizz u għalhekk jinkludi nformazzjoni ta' natura kummerċjali, ma naħsibx li jkun prudenti li npoġġi kopja tal-ftehim fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dan l-ftehim għandu jiġi fis-seħħ fl-1 ta' Marzu ta' din is-sena.
Wara li ġiet riveduta l-iskema ta' viżti minn tobba għall-impjegati fis-servizz pubbliku li jkunu ma jifiħlux, jista' l-Ministru jinformana kemm u min huma t-tobba li ġew ingaġġati għal dan l-inkarigu tad-dekasteru li jaqa' taħtu? Jista' jgħid kemm qed jitħallsu t-tobba konċernati għal kull żjara? Jekk hemm xi forma ta' kuntratt bejn il-ministeru u t-tobba, jista' jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista' jgħid kemm-il viżta/żjara għamlu għand il-ħaddiema sa l-aħħar ta' Jannar, 2000?
Response (GALEA, LOUIS)
Ninsab informat li ma ġew ingaġġati ebda tobba fid-Dipartiment li jaqgħu fi ħdan dan il-Ministeru.
Wara li ġiet riveduta l-iskema ta' viżti mit-tobba għall-impjegati fis-servizz pubbliku li jkunu ma jifilħux, jista' l-Ministru jinformana kemm u min huma t-tobba li ġew ingaġġati għal dan l-inkarigu fid-dekasteru li jaqa' taħtu? Jista' jgħid kemm qed jitħallsu t-tobba konċernati għal kull żjara? Jekk hemm xi forma ta' kuntratt bejn il-ministeru u t-tobba, jista' jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista' jgħid kemm-il viżta/żjara għamlu għand il-ħaddiema sa l-aħħar ta' Jannar, 2000?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li għall-iskop ta` verifika ta` assenzi fuq mard, il-Ministeru tal-Finanzi ngaġġa l-Health Maintenance Organisation li titħallas Lm3 għal kull żjara li tagħmel lill-impjegati fil-Ministeru.
Minn meta bdiet taħdem l-iskema, sa l-aħħar ta` Jannar 2000, saru 932 żjara.
Billi hemm kumpanija privata nvoluta, ma nħossx li għandi nilqa t-talba ta` l-Onorevoli Interpellant rigward kopja tal-ftehim bejn il-Ministeru u l-kumpanija fuq l-iskema.
Wara li ġiet riveduta l-iskema ta' viżti mit-tobba għall-impjegati fis-servizz pubbliku li jkunu ma jifilħux, jista' l-Ministru jinformana kemm u min huma t-tobba li ġew ingaġġati għal dan l-inkarigu fid-dekasteru li jaqa' taħtu? Jista' jgħid kemm qed jitħallsu t-tobba konċernati għal kull żjara? Jekk hemm xi forma ta' kuntratt bejn il-ministeru u t-tobba, jista' jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista' jgħid kemm-il viżta/żjara għamlu għand il-ħaddiema sa l-aħħar ta' Jannar, 2000?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li dan il-Ministeru ma daħal f'ebda ftehim ma' tobba privati fir-rigward ta' impjegati fis-servizz pubbliku għal għan li għalih qed jirreferi l-Onor. Membru.
Wara li ġiet riveduta l-iskema ta' viżti mit-tobba għall-impjegati fis-servizz pubbliku li jkunu ma jifilħux, jista' l-Ministru jinformana kemm u min huma t-tobba li ġew ingaġġati għal dan l-inkarigu fid-dekasteru li jaqa' taħtu? Jista' jgħid kemm qed jitħallsu t-tobba konċernati għal kull żjara? Jekk hemm xi forma ta' kuntratt bejn il-ministeru u t-tobba, jista' jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista' jgħid kemm-il viżta/żjara għamlu għand il-ħaddiema sa l-aħħar ta' Jannar, 2000?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 14102 ta' din is-seduta.
Wara li ġiet riveduta l-iskema ta' viżti mit-tobba għall-impjegati fis-servizz pubbliku li jkunu ma jifilħux, jista' l-Ministru jinformana kemm u min huma t-tobba li ġew ingaġġati għal dan l-inkarigu fid-dekasteru li jaqa' taħtu? Jista' jgħid kemm qed jitħallsu t-tobba konċernati għal kull żjara? Jekk hemm xi forma ta' kuntratt bejn il-ministeru u t-tobba, jista' jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista' jgħid kemm-il viżta/żjara għamlu għand il-ħaddiema sa l-aħħar ta' Jannar, 2000?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li sa l-aħħar ta` Jannar saru 62 żjara minn tobba lill-impjegati fis-servizz pubbliku fil-Ministeru u d-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu. Dan is-servizz qiegħed jingħata minn `The First Health Maintenance Organisation` wara sejħa għall-offerti. Il-ħlas hu Lm3 kull vista li ssir.
Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda kopja ta` l-offerta relattiva.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti fl-Isptar Monte Carmeli li qegħdin hemm sempliċement biex jingħatalhom post ta' abitazzjoni, jew agħar minn hekk bħala roundabout way biex jikkwalifikaw għall-akkomodazzjoni soċjali?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni għal din il-mistoqsija trid xi ftit taż-żmien biex tinġabar, għalhekk ir-risposta tingħata aktar 'il quddiem.