Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #14971 Sitting 269 2000-03-22 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

Negozji

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li f'ċerti tipi ta' negozji (ez. bar) nisa ma jistgħux jiġu maħtura bħala substitute anke jekk tkun il-mara tas-sid tas-suq?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li r-Regolamenti biex jinżammu l-Ordni Pubbliku u d-Deċenza fil-Ħwienet għall-Bejgħ ta` Nbid, Birra jew Likuri Spiritużi, ma kienux jippermettu li nisa jkunu mpjegati bħala substitutes jew rappreżentanti fi ħwienet tax-xorb. Pero` fl-1993 din il-preklużjoni kienet tneħħiet.
Leg 9 PQ #14972 Sitting 269 2000-03-22 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Negozji żgħar

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li jitressaq quddiem il-parlament l-abbozz ta' liġi li jirregola n-negozji ż-żgħar?

Response (BONNICI, JOSEF)

Fil-prezent mhux possibbli li wiehed jispecifika data. Madanakollu ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xoghol fuq din il-materja jinsab fi stadju avvanzat.
Leg 9 PQ #14954 Sitting 268 2000-03-21 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIA — Bejgħ ta' ishma

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se joħorġu għall-bejgħ l-ishma tal-Malta International Airport plc?

Response (BONNICI, JOSEF)

F`dan l-istadju ghadu kmieni biex wiehed jaghti dettalji dwar din il-materja.
Leg 9 PQ #14955 Sitting 268 2000-03-21 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Priġunieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm se jkunu dawk il-priġunieri li se joħorġu mill-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin wara li jkunu skuntaw il-piena tagħhom matul din is-sena (sena 2000)?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li n-numru ta` priġunieri li mistennija li joħorġu mill-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin wara li jkunu skontaw is-sentenza matul is-sena 2000 hu ta` 37.

Pensjonijiet — Rapport

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fejn wasal ir-rapport u r-rakkmandazzjonijiet tal-kummissjoni dwar il-pensjonijiet li twaqqaf xi żmien ilu biex jagħti pariri lill-gvern fuq is-sistema tal-pensjonijiet f'pajjiżna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lil Onor. Interpellant għat-Tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12070.
Leg 9 PQ #14957 Sitting 268 2000-03-21 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Kunsilli Lokali — Elezzjonijiet

Question

Jista' l-Minstru jgħid kemm kienet l-ispiża totali biex setgħu jinżammu l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali li saru nhar is-Sibt 11 ta' Marzu, 2000?

Response (GATT, AUSTIN)

Peress li l-informazzjoni trid tinġabar naghti tweġiba f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #14958 Sitting 268 2000-03-21 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Dipartment ta' l-Industrija — Statistika

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' informazjoni/statistika qed tintalab mingħand l-industriji u n-negozji ż-żgħar mid-dipartiment ta' l-industrija dwar l-operat tagħhom? Kull meta tintalab tali informazzjoni? Kemm jingħata żmien għall-ġbir ta' din l-informazzjoni f'kull każ?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li hemm tlitt tipi ta` informazzjoni jew statistika li tintalab minghand l-industriji, kemm kbar kif ukoll zghar, mid-Dipartiment ta` l-Industrija. Tintalab informazzjoni ta` kull xahar dwar in-numru ta` haddiema, pagi u sahra mhallsa, zieda jew tnaqqis ta` impjegati, ammont ta` bejgh u ammont ta` prodotti lesti mhux mibjugha. Kull tlitt xhur, minbarra dak mitlub kull xahar, tintalab informazzjoni dwar assentizmu awtorizzat u mhux mix-xoghol, investiment f`bini jew makkinarju, persentagg ta` produzzjoni milhuq, ammont ta` ordnijiet, ammont ta` bejgh, diversi spejjez li jkollha l-kumpanija u pjanijiet ghax-xhur li jkunu gejjin. Darba fis-sena tintalab informazzjoni generika dwar il-kumpanija u l-prodotti li timmanifattura. Din tinkludi x-shareholding tal-kumpanija u l-pajjizi li tesporta lejhom. M`hemm stipulat ebda zmien biex il-kumpaniji jibghatu l-informazzjoni mitluba. Tajjeb jinghad li d-Dipartiment ta` l-Industrija ma jigbor ebda nformazzjoni minghand negozji.
Leg 9 PQ #14966 Sitting 268 2000-03-21 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Rabat

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-art li hemm biswit l-iskola tal-gvern fir-Rabat, Malta hijiex earmarked sabiex tintuża bħala estensjoni ta' l-iskola jew le? Jekk fl-affermattiv, meta hu mistenni li jibda x-xogħol u fiex għandu jikkonsisti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-art biswit l-iskola sekondarja tal-bniet tar-Rabat hija riservata għall-bini ta' sala. Fil-fatt dan l-iżvilupp ser ikun inkluż fil-Business Plan tal-Ministeru.
Leg 9 PQ #14764 Sitting 267 2000-03-21 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għall-Ambjent

Birżebbuġa — Tindif tal-bajja

Question

Jista' l-Ministru jgħidilna meta se titnaddaf il-bajja ta' Birżebbuġa għax tant hemm ħmieġ u fliexken imkissra, li flok post ta' mistrieħ sar post ta' periklu? Jista' jgħidilna meta se jitwaħħlu l-arbli tad-dawl, għax il-plastic pipes diġa' jinsabu mkissra?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministri konċernati.
Leg 9 PQ #14773 Sitting 267 2000-03-21 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ — Korsijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ma baqgħux isiru mis-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, il-korsijiet dwar l-ambjent għaż-żgħażagħ li kienu bdew isiru taħt l-amministrazzjoni preċedenti u li kienu suċċess?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li r-raġuni għaliex ma baqgħux isiru il-korsijiet dwar l-ambjent għaż-żgħażagħ hija għaliex ġew organizzati attivitajiet oħra b'temi differenti u ta' l-istess fejda għaż-żgħażagħ, bħal seminar fuq l-eating disorders. Id-dipartiment iħoss li jkun aktar utli li jinħolqu programmi fejn iż-żgħażagħ jipparteċipaw b'mod attiv. Għalhekk wieħed mill-proposti li qed ikunu żvilppati huma heritage project fejn żgħażagħ jipparteċipaw f'tindif u restawr bażiku ta' monumenti storiċi.
Leg 9 PQ #14907 Sitting 267 2000-03-21 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

Żurrieq — Vjal Indipendenza - Kantun

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ġebel tal-kantun stivat fi Vjal Indipendenza, Żurrieq u t-tower crane fuq triq oħra parallel ma' l-istess triq, it-tnejn ingombru għat-traffiku, humiex skond il-liġi? Kemm inġabru, tul dawn l-aħħar tliet xhur (kemm ilhom jimgombraw) mill-Kummissarju tal-Pulizija flus in konnessjoni mal-ħlas ta' l-istess permess?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li minn spezzjoni li saret mill-Pulizija fil-15 ta` Marzu, 2000, fit-toroq li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant, irriżulta li la hemm ġebel u lanqas krejnijiet li huma ta` ingombru għat-traffiku. Ninsab infurmat ukoll li dwar il-ġebel li rriżulta li kien tqiegħed fit-triq fid-data msemmija, tħallas l-ammont ta` Lm5 bħala permess, filwaqt li l-krejn li saret referenza għalih qiegħed fuq art privata.
Leg 9 PQ #14951 Sitting 267 2000-03-21 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tat-Turiżmu

Turiżmu — Turisti Amerikani

Question

Jikkonferma l-Ministru li matul is-sena l-oħra 1999 kien hemm tnaqqis ta' turisti mir-Renju Unit meta mqabbla mas-sena 1998? X'qed jagħmel il-ministeru flimkien mal-Malta Tourism Authority biex jerġa' jiġbed turisti mir-Renju Unit f'pajjiżna?

Response (REFALO, MICHAEL)

Hu minnu li meta mqabbel ma' dak tal-1998 in-numru ta' turisti Ingliżi li żaru l-Gżejjer Maltin fl-1999 juri tnaqqis. Kif bdew jidhru s-sinjali tat-tnaqqis l-Ministeru, flimkien mal-'N.T.O.M.', proċess li tkompla mal-'M.T.A.', stħarreġ ir-raġunijiet prinċipali għal dan in-nuqqas. Fi tlett okkażjonijiet waqt żjarat fl-Ingilterra kelli laqgħat ma' l-operaturi ewlenin kif ukoll ma' dawk iżgħar li jispeċjalizzaw fi btajjel għal Malta. Infurmat li l-'N.T.O.M.' u issa l-'M.T.A.' kellhom għadd ta' laqgħat ma' dawn l-operaturi. Id-direttur fl-uffiċċju tal-'M.T.A.' ġewwa Londra iżomm kuntatt kontinwu ma' dawn l-operaturi. Minn dawn il-kuntatti, laqgħat u stħarriġ ħareġ li l-operaturi ewlenin li l-biċċa l-kbira tagħhom reċentement saru 'p.l.c.' ħadu deċiżjonijiet strateġiċi biex inaqqsu l-ispejjeż u jżidu l-profitti u għaldaqstant fasslu l-akbar programmi għall-pajjiżi fejn l-aktar kellhom kontroll ta' sodod u setgħu jibagħtu l-akbar numru ta' turisti. F'destinazzjonijiet oħra, kif ġara wkoll fil-każ ta' Malta, fejn dan ma kienx possibbli, ċekknu l-programmi. Mir-riżultati li qed jaslu lill-'M.T.A.' jirriżulta li waqt li l-operaturi l-kbar naqqsu l-produzzjoni tagħhom, oħrajn iżgħar qed juru żieda. F'dawn l-aħħar tnax il-xahar bil-għan li jiġu attirati aktar turisti mir-Renju Unit l-'M.T.A.' fasslet pjan ta' promozzjoni, pubbliċita' u reklamar li nkluda reklamar fuq it-televiżjoni fir-reġjuni ta' Londra u Manchester, reklamar fil-gazzetti, parteċipazzjoni f'aktar fieri tat-turiżmu sew dawk mirati għall-konsumatur kif ukoll dawk speċjalizzati, pjan ta' 'PR' li jinkludi żjarat f'Malta minn ġurnalisti tal-media speċjalizzata u ġenerali, għajnuna finanzjarja lit-'tour operators' kemm kbar kif ukoll dawk li jispeċjalizzaw fi btajjel għal Malta, kampanji pubbliċitarji bi sħab ma' operaturi, kif ukoll it-twettiq ta' pjan imfassal biex jiżdied is-suq tal-konferenzi, inċentivi u turiżmu speċjalizzat. Dan kollu jingħad fil-kuntest ukoll tar-rata ta' kambju preferenzjali li tingħata lill-operaturi Ingliżi u Irlandiżi. Din ir-rata tiġi komunikata 18 il-xahar bil-quddiem biex l-operaturi jkunu jistgħu jikkostjaw il-prezzijiet tal-btajjel u jirreklamawhom fil-'brochures'. Bħalissa wasalna biex nikkomunikawlhom ir-rata applikabbli għas-sajf 2001. Mill-informazzjoni li waslitli mill-'M.T.A.' nista' nikkonferma' li b'riżultat ta' din il-ħidma l-operaturi l-kbar żammew l-istess volum għall-programmi tagħhom lejn Malta għas-sajf 2000. Infurmat ukoll li sforz tal-kampanja pubbliċitarja u r-reklamar li sar fl-aħħar tal-1999 u l-bidu tal-2000 il-qagħda ta' 'forward bookings' għal Malta hi aħjar minn li kienet daż-żmien sena. Inkoraġġanti wkoll il-fatt li għas-sajf hemm numru akbar ta' postijiet fuq l-ajruplani meta mqabbel mas-sena li għaddiet. Dan kollu jagħtini x'nifhem li t-turiżmu mill-Ingilterra għandu jirkupra matul is-sajf.
Leg 9 PQ #14952 Sitting 267 2000-03-21 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Tarxien — Tiswija ta' toroq

Question

Jikkonferma l-Ministru li ħarġu sejħiet għall-offerti biex issir il-formazzjoni ta' toroq fi Triq P. Schembri, Triq Vittmi tal-Gwerra u Triq is-Sorijiet, kollha toroq f'Ħal Tarxien? Jekk fl-affermattiv, kemm kien hemm applikanti u jista' jgħid jekk diġa' ntgħażilx il-kuntrattur li se jaħdem ix-xogħol? Meta hu l-ħsieb li jibda x-xogħol?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li saret sejħa għall-offerti w ntefgħet offerta waħda. Din l-offerta issa qed tiġi aġġudikata.
Leg 9 PQ #14953 Sitting 267 2000-03-21 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

BOV — Bejgħ ta' ishma

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb min-naħa tal-gvern li jbiegħ l-ishma tiegħu li għandu fil-Bank of Valletta plc? Jekk fl-affermattiv, meta jaħseb li se ssir dan?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bħal ma` tħabbar fil-`White Paper` fuq il-privatizzazzjoni il-Bank of Valletta hija waħda minn dawk l-intrapriżi li mhix se tibqa għand il-Gvern. Għada ma` ġiet iffissata l-ebda data għal meta l-ishma tal-Gvern se jinbiegħu.
Leg 9 PQ #14758 Sitting 266 2000-03-20 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

Professjonisti — VAT - Refund

Question

B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 13057, jista' l-Ministru jispeċifika fejn fil-liġi huma esklużi l-professjonisti li jagħmlu użu mit-trasport minħabba n-natura tax-xogħol tagħhom milli jingħataw refund fuq VAT imħallas għall-petrol/diesel?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li s-subparagrafu (a) (v) tal-paragrafu (1) tal-partita 4 tal-Ħdax-il Skeda li tinsab ma` l-Att ta` l-1998 dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud ġie emendat bl-Avviż Legali 200 ta` l-1999. Għaldaqstant skond dan il-paragrafu kif emendat, ma għandu jitqies ebda ammont bħala `input tax` ta` persuna sal-limitu li dak jirrappreżenta taxxa li jkollha titħallas dwar għoti ta` karburanti. Iżda skond il-paragrafu (2) subparagrafu (e) ta` l-istess partita, dan ma għandux japplika għall-vetturi bil-mutur li jkunu maħsuba primarjament għall-ġarr ta` oġġetti b`postijiet biex jiġu okkupati ħdejn ix-xufier biss u li normalment ma jkunux xierqa għat-trasport tal-passiġġieri, jew b`aktar minn disa` postijiet biex jiġu okkupati. Peress li vetturi wżati minn professjonisti ma jaqgħux taħt il-kategorija ta` vetturi msemmija fil-paragrafu (2) subparagrafu (e) ta` l-istess partita, allura japplikaw id-disposizzjonijiet tas-subparagrafu (a) (v) tal-paragrafu (1) ta` l-istess partita.
Leg 9 PQ #14759 Sitting 266 2000-03-20 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

Logħob tan-nar — Inċidenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena mill-1994 sal-1999 (inkluża) kemm kien hemm inċidenti li fihom kien involut il-logħob tan-nar? Kemm indarbu nies serjament u b'mod fatali kull sena f'dawn l-inċidenti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant dwar inċidenti li jinvolvu logħob tan-nar hu kif ġej : Sena Inċidenti Feruti Mietu ---- --------- ------ ----- 1994 5 7 1 1995 6 5 1 1996 4 10 xejn 1997 3 4 4 1998 xejn xejn xejn 1999 4 4 xejn
Leg 9 PQ #14760 Sitting 266 2000-03-20 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

Negozju — Liċenzji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il liċenzja ta' negozju ġiet irtirata sena b'sena mill-1995 sal-1999 minn min kien imexxi negozju?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant dwar in-numru ta` liċenzji ta` negozju li ġew irtirati minn min kien imexxi negozju hu kif ġej : SENA 1995 1996 1997 1998 1999 NUMRU 426 249 214 188 263
Leg 9 PQ #14761 Sitting 266 2000-03-20 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Inċidenti tat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati inċidenti tat-traffiku fl-aħħar sena (sal-31 ta' Ottubru, 1999) fil-post fejn Triq id-Dejma tingħaqad ma' Triq S. Anard, Ħal Tarxien? Jista' jgħidilna jekk hemmx xi ħsieb li l-karozzi li jkunu ġejjin min-naħa ta' Ħaż-Żabbar ma jitħallewx jidħlu lejn Ħal Tarxien minn dan il-post?

Response (GALEA, ĊENSU)

Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat. Dwar it-tieni parti, jien infurmat li għalissa m`hemmx ħsieb li karozzi li jkunu ġejjin minn naħa ta` Ħaż Żabbar ma jitħallewx jidħlu lejn Ħal Tarxien mill-post indikat. Jien infurmat ukoll li d-Dipartiment tat-Toroq qiegħed jieħu l-passi biex jiġu eleminati l-perikli f`din il-`junction`.
Leg 9 PQ #14762 Sitting 266 2000-03-20 Oral · Final From: JOE CILIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummissjoni għall-Investigazzjoni għall-Inġustizzji — Ittra

Question

Peress li fis-6 ta' Ġunju, 1997 grupp ta' teachers kienu ġew informati permezz ta' ittra mill-uffiċċju tal-Prim Ministru li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji tat-2 ta' Novembru, 1992 kienet se tiġi mplimentata, jista' jgħidilna l-Prim Ministru għaliex għadha ma ġietx implimentata u meta se tiġi implimentata?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Nterpellant ġew implimentati u l-persuni nvoluti tħallsu bejniethom is-somma globali ta' Lm6539.57c.

Pensjonijiet — Pensjoni ta' l-Invalidita'

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb l-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari numru 14044 li ma weġibx?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-aħħar ta' Frar ta' din is-sena, n-numru ta' pensjonanti li jirċievu xi pensjoni kontributorja għal Invalidita' kien ta' 6113.