Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #14992 Sitting 272 2000-03-28 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta — Xiri ta' karozzi

Question

Jikkonferma l-Ministru li ħarġet tender mill-Air Malta għal kiri ta' karozzi/vannijiet? F'liema stadju waslet? Ġiet awarded, u jekk fl-affermattiv, minn min? Liema kienu t-tenderers li tefgħu l-offerta għal dan it-tender u x'kienu l-offerti magħmulin? Minn min kien kompost il-bord ta' l-għażla ta' l-offerti? It-tenderers kollha laħqu l-kriterji jew requirements mitluba? Veru li sar protest fil-qorti dwar din it-tender? Jekk fl-affermattiv, minn min, kontra min u x'inhuma r-raġunijiet mogħtijin minn min għamel l-appell?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ma nahsibx li ghandi ghalfejn nikkonferma li l-Air Malta herget sejha ghall-offerti ghall-kiri ta` karozzi u minibuses meta l-Kumpanija harget avviz f`dan ir-rigward fil-gurnali pubblikati l-Hadd 13 ta` Frar 2000. Jiena nfurmat li s-sejha ghall-offerti ghalqet fit-23 ta` Frar li ghadda u gew sottomessi sitt offerti. Dawn kienu ta` Alpine Rent-A-Car, Garden of Eden Garage, John`s Garage , Meli Car Rentals, Mexico Garage u Swallow Garage. Il-Bord li kkunsidra l-offerti, u ghazel dik ta` John`s Garage, kien kompost minn zewg diretturi u erba` ezekuttivi tal-Kumpanija. Ma jidhirlix li jkun prudenti li f`dan l-istadju naghti aktar dettalji meta, kif gie mxandar fil-gurnali, inbdew proceduri legali fuq din il-materja minn wiehed minn dawk li tefghu l-offerta.
Leg 9 PQ #15143 Sitting 272 2000-03-28 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Birżebbuga — Tindif tal-bajja

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 14764, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent u li ġiet riferuta lilek u cioe': jistax jgħidilna meta se titnaddaf il-bajja ta' Birżebbuga għax tant hemm ħmieġ u fliexken imkissra li flok post ta' mistrieħ sar post ta' periklu? Jista' jgħidilna meta se jitwaħħlu l-arbli tad-dawl għax il-plastic pipes diġa' jinsabu mkissra?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tindif tal-bajjiet, inkluza dik ta` Birzebbuga, ma jiffurmax parti mir-responsabbilta` tad-dekasteru tieghi. Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni Enemalta mhix involuta fix-xoghol ta` bdil ta` l-arbli tad-dawl li ghalihom qed issir riferenza.
Leg 9 PQ #15144 Sitting 272 2000-03-28 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Inċidenti tat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-ewwel parti tal-mistoqsija parlamentari numru 14761 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni u li ġiet riferuta lilek u cioe': jistax jgħid kemm ġew irrapportati inċidenti tat-traffiku fl-aħħar sena (sal-31 ta' Ottubru, 1999) fil-post fejn Triq id-Dejma tingħaqad ma' Triq S. Anard, Ħal Tarxien?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-perijodu speċifikat il-Pulizija kellha rapport wieħed ta` inċident tat-traffiku fil-post li rrefera għalih l-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #15197 Sitting 272 2000-03-28 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

Reġistru Pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu noti fl-insinwa fir-Reġistru Pubbliku ta' Malta, sena b'sena mill-1995 sa l-2000?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #14979 Sitting 271 2000-03-27 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

Faċilita' Korrettiva — Staff mediku

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-istaff mediku kollu li jaħdmu fil-klinika tal-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin? Jista' jgħid kif jaħdmu (roster) u r-rata li jitħallsu? Jista' jgħid meta se jibdew jaħdmu l-gwardjani mal-priġunieri fis-sala numru 10 ta' l-iSptar Monte Carmeli skond il-ftehim li kien hemm dan l-aħħar, mat-tliet unions tan-nurses?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant għall-ewwel u t-tieni partijiet tal-Mistoqsija hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat li uffiċjali korrettivi ser jiġu assenjati xogħol fil-post indikat mill-Onor. Interpellant hekk kif jissaħħaħ il-complement ta` l-istaff bl-ingaġġ ta` uffiċjali ġodda, liema proċess jinsab għaddej.
Leg 9 PQ #14980 Sitting 271 2000-03-27 Oral · Final From: JOE CILIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MPO — Diskussjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fejn waslu d-diskussjonijiet bejn il-Management and Personnel Office u l-unions dwar il-ftehim kollettiv ġdid għal grad klerikali (general service grades)?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi d-diskussjonijiet li qegħdin isiru bejn il-Management and Personnel Office u l-Unions dwar il-gradi klerikali m'humiex fuq ftehim kollettiv ġdid. Dawn id-diskussjonijiet qegħdin isiru fil-qafas ta' eżerċizzju korrettiv kif provdut fil-Ftehim Kollettiv għall-Impjegati tas-Servizz Pubbliku ffirmat f'Diċembru 1998. Dawn id-diskussjonijiet waslu fi stadju avvanżat.

Djar

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jinħarġu maisonettes, flats, plots eċċ mill-gvern għall-koppji żgħażagħ u familji? Jista' jgħid kif dawn se jinħarġu jekk hux b'xiri, b'kiri jew b'xi skemi oħra? Meta se jinħarġu l-imsemmija djar, flats, maisonettes eċċ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fix-xahar ta' April, l-Awtorita' tad-Djar ser toħroġ sejħa għal-applikazzjonijiet għall-bejgħ ta' maisonettes u flats f'diversi lokalitajiet f'Malta u Għawdex. Ukoll, fi ftit żmien ieħor ser joħorġu numru ta' postijiet għal kiri. Dawn ser jingħataw lil dawk l-applikanti li huma bl-ogħla punti fuq il-lista tad-Dipartiment għall-Akkommodazzjoni Soċjali, b'numru ta' membri fil-familja u skond in-numru ta' kmamar tas-sodda li jkollu l-appartament.

Koperattivi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tinħoloq xi koperattiva oħra? X'qed jagħmel il-gvern biex iħajjar ħaddiema fis-Servizz Pubbliku biex jiffurmaw koperattiva?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fil-futur qarib sejrin jitwaqqfu ħames koperattivi ġodda. Fir-rigward tal-Koperattivi fis-Servizz Pubbliku, il-Bord tal-Koperattivi qiegħed fil-proċess li jorganizza laqgħat ma' persuni konċernati f'Dipartimenti tal-Gvern fejn matulhom jingħataw dettalji aktar speċifiċi. Permezz ta' dan huwa ttamat li l-uffiċjali fid-Dipartimenti jifhmu l-vantaġġi ta' dan it-tip ta' koperattivi fis-Servizz Pubbliku.
Leg 9 PQ #14983 Sitting 271 2000-03-27 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Assenteiżmu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu assenti tfal tal-primarji matul il-perjodu mill-1 ta' Ottubru, 1999 sal-31 ta' Diċembru, 1999?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li minn popolazzjoni ta' 22,000 student fl-ewwel tlett xhur tas-sena skolastika l-medja ta' tfal assenti mill-iskejjel Primarji kien: 409 student li fallew minħabba mard kopert b'ċertifikat mediku 680 student li fallew mingħajr ċertifikat mediku.
Leg 9 PQ #14984 Sitting 271 2000-03-27 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mediterranean Conference Centre — Attivitajiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il attivita' hemm skedata fil-Mediterranean Conference Centre sa l-aħħar tas-sena? Meta se jsiru l-imsemmija attivitajiet u kemm se ddaħħal flus l-MCC bħala kirjiet ta' dawn l-attivitajiet?

Response (GALEA, LOUIS)

L-attivita` skedata sal-lum f'Dar il-Mediterran għall-Konferenzi hija kif tidher fil-lista li ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. L-aħħar parti tal-mistoqsija dwar dħul ta' flus tirrikjedi informazzjoni ta' natura kummerċjali, u ingħatajt il-parir li m'għandix tkun żvelata għax tista' tkun ta' ħsara kummerċjali lill-Mediterranean Conference Centre.
Leg 9 PQ #14973 Sitting 270 2000-03-22 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ambulanzi — VRT test

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm telgħu ambulanzi għall-VRT test? Kemm minnhom għaddew u kemm weħlu? Kemm hawn ambulanzi fil-pajjiż? Kemm minnhom huma tal-gvern u kemm tal-privat?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta` Ambulanzi li telgħu għal VRT test kienu sitta u kollha għaddew mit-test. Il-Ministeru tas-Saħħa għandu għad-dispożizzjoni tiegħu 24 Ambulanza. Tnejn minnhom huma propjeta` ta` l-organizazzjoni lokali tar-Red Cross. Rigward l-aħħar parti tad-domanda, nistieden l-Onor. Membru jirreferi id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #14974 Sitting 270 2000-03-22 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ajurport — Klinika

Question

Jaf il-Ministru li fil-klinika ta' l-ajruport, matul ħafna ġranet qed ikun hemm xogħol kuljum, tliet (3) enrolled nurses, flimkien ma' tabib? Il-Ministru ma jaħsibx li dan hu lussu żejjed fi klinika għall-każi ta' emerġenza biss? Peress li hemm swali sħaħ fl-isptarijiet b'numru ta' pazjenti li tliet enrolled nurses kuljum qatt ma jarawhom, dan ma jistax jitqies bħala sparpaljar ta' flus il-poplu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-`complement' ta' l-istaff fil-klinika ta' l-ajruport huwa adekwat biex ilaħħaq ma' l-esiġenzi kliniċi u amministrattivi ta' din il-klinika.
Leg 9 PQ #14975 Sitting 270 2000-03-22 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ambaxxati Maltin — Inventarju

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 12833, rigward l-inventarju ta' l-ambaxxati Maltin?

Response (BORG, JOE)

Jien infurmat li f'kull Ambaxxata hemm inventarju u dan jiġi ċċekkjat mill-uffiċċjali ta' l-ambaxxata perjodikament jew meta jkun hemm tibdil ta' Ambaxxatur jew Charge' d'Affaires. Fil-każ ta' l-ambaxxata fi Stockholm l-inventarju għadu qed isir peress li din l-ambaxxata għadha kif ġiet stabbilita. Jien infurmat li fil każ ta' l-Ambaxxati fil-Kajr, f'Riyadh u f'Londra instabu xi items nieqsa li kienu jew items ta' crockery jew tal-ħġieġ komuni (Kajr/Londra), jew oġġetti li huma unserviceable u li għalhekk probabilment ġew mormija minn meta sar l-aħħar inventarju (Riyadh). L-aħħar li sar kontroll ta' l-inventarji huwa kif ser jingħad: Ambaxxata Data ta'l-aħħar kontroll Baghdad Marzu 1999 Beijing Jannar 2000 Bonn Lulju 1999 Brussels Jannar 2000 Cairo Novembru 1999 Canberra Awwissu 1999 Geneva Settembru 1999 Londra Frar 2000 Madrid Awwissu 1999 Moscow Ottubru 1999 New York Marzu 2000 Pariġi Lulju 1999 Riyadh Marzu 1999 Ruma Mejju 1999 Strasbourg Ottubru 1999 Toronto Ottubru 1998 Tripoli April 1999 Tunisia Diċembru 1999 Vienna Jannar 2000 Washington April 1999
Leg 9 PQ #14976 Sitting 270 2000-03-22 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Hospital surveillance officers

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10795, rigward ir-rotation tas-security guards ta' l-isptarijiet u li kellha ssir f'Jannar 2000, jista' l-Ministru jgħid meta effettivament se tibda? Jista' jgħid jekk ir-rotation hijiex se tiġi applikata għas-security guards kollha?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li r-rotation tas-security guards ħarġet iżda minħabba oġġezzjonijiet mill-General Workers Union u bi ftehim ma` l-istess Union din ġiet postposta sakemm isiru d-diskussjonijiet mitluba.
Leg 9 PQ #14977 Sitting 270 2000-03-22 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Enrolled nurses

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm enrolled nurses fid-Dipartiment tas-Saħħa li waslu għal eta' li jirtiraw bil-pensjoni u baqgħu jaħdmu fulltimers anke wara l-għalqu l-eta'? Jista' jgħid kemm hemm irġiel? Fejn jaħdmu u fuq liema kondizzjonijiet u kritierji baqgħu jaħdmu? Jista' jgħid jekk ħadux is-"somma" jew il-"gratuity? Għal kemm kienu jammontaw? Jista' jgħid jekk dawk in-nurses kollha li jispiċċaw bl-eta' tal-pensjoni jistgħu japplikaw biex jibqgħu jaħdmu bl-istess kondizzjonijiet ta' dawk li spiċċaw u baqgħu jaħdmu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li hemm Enrolled Nurse wieħed fid-Diviżjoni tas-Saħħa li wara li wasal għall-eta` li jirtira bil-pensjoni baqa` jaħdem full-time. Dan jaħdem fid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika u baqa` jaħdem skond l-esiġenzi tas-servizz fuq l-istess kundizzjonijiet li kellu qabel ma għalaq l-eta` li jirtira. Dan ma ħax 'is-somma' jew il-'gratuity'. Enrolled Nurses u Staff Nurses kollha li jispiċċaw bl-eta` tal-pensjoni jistgħu japplikaw biex jibqgħu jaħdmu bl-istess kundizzjonijiet li bihom jispiċċaw.
Leg 9 PQ #14978 Sitting 270 2000-03-22 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Għalliema

Question

Jista'l-Ministru jgħid jekk fid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni hemmx teachers li baqgħu jaħdmu wara li għalqu l-eta' tal-pensjoni? Jekk iva, kemm huwa n-numru? Jekk hemm, kemm minnhom huma nisa u kemm irġiel? F'liema skejjel jgħallmu? Jekk le, hemm il-ħsieb li għal xi raġuni jew oħra, teachers li jkunu spiċċaw bil-pensjoni, ċioe' li jkunu waslu għal eta' li jirtiraw jibqgħu jaħdmu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għadd ta' għalliema li ngħataw estensjoni ta' l-impjieg sa tmiem is-sena skolastika wara li għalqu l-61 sena, huma tlieta, żewġ nisa u raġel. L-iskejjel li jgħallmu fihom huma: 1) Visually Impaired, Qrendi 2) Skola Sekondarja "Borg Brared", B'Kara 3) Primarja "A", Zabbar.
Leg 9 PQ #14967 Sitting 269 2000-03-22 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ta' Qali — Crafts Village

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjanijiet dwar il-Crafts Village ta' Ta' Qali? X'kienet ir-reazzjoni ta' dawk li jistgħu jintlaqtu? Meta huwa mistenni li jibda x-xogħol?

Response (BONNICI, JOSEF)

Twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.
Leg 9 PQ #14968 Sitting 269 2000-03-22 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Vodafone — Tnaqqis tat-tariffi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex waslet it-talba tal-Vodafone għal tnaqqis fit-tariffi għall-użu tal-mobile telephone? Meta se tiġi ffinalizzata din it-talba?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li din it-talba għadha pendenti għand ir-Regolatur.
Leg 9 PQ #14969 Sitting 269 2000-03-22 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Luqa — Negozji żgħar

Question

B'riferenza għall-allokazzjoni ta' siti għal negozji żgħar li saru f'Ħal Luqa, jikkonferma l-Ministru li malli tħaffru dawn is-siti nstabu diversi cables ta' servizzi u kellu jieqaf ix-xogħol? Kemm-il każ hemm minn dawn? Kemm kien id-dewmien involut?

Response (BONNICI, JOSEF)

Twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.
Leg 9 PQ #14970 Sitting 269 2000-03-22 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Negozji

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjanijiet tal-gvern biex jitwaqqaf one stop shop għal negozji? X'sar s'issa f'din id-direzzjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-Unit li ser titwaqqaf fuq il-kuncett ta` one-stop-shop waslet fil-process ta` l-ghazla ta` ufficjali ghaliha. Kif jintemm dan il-process, il-Unit tibda bil-funzjoni u s-servizzi taghha.