Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #16019 Sitting 295 2000-05-17 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Bomb threat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-każ ta' bomb threat kien hemm is-sena l-oħra (1999) u mill-ewwel tas-sena sal-lum? Jista' jgħid kull każ fejn kien?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul l-1999 kien hemm 91 każ ta` bomb threat, filwaqt li fis-sena 2000, sad-9 ta` Mejju, kien hemm 40 każi simili. Għal raġunijiet ovvji ma nħossx li għandhom jiġu magħmula pubbliċi d-dettalji dwar fejn kienu saru dawn il-każijiet.
Leg 9 PQ #16020 Sitting 295 2000-05-17 Oral · Final From: JOE CILIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Repubblika ta' Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn kemm ilha mwaqqfa r-Repubblika ta' Malta sal-lum, kemm persuni ħadu l-unur ta' Ġieħ ir-Repubblika? Jista' jgħid min kienu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Mill-1975, meta twaqqfet ix-Xirka Ġieh ir-Repubblika, 'l hawn żewġ ċittadini Maltin u dsatax-il ċittadin ta' pajjiżi barranin inħatru rispettivament Imsieħbin u Imsieħbin fuq Bażi Onorarja tax-Xirka. Dawn kienu: Msieħbin Il-Prof Sir Anthony Mamo SG L-ET Mons Guseppi Mercieca SG Msieħbin Onorarji L-ET l-Kurunell Muammar Gaddafi SG L-ET Prof Giovanni Leone SG L-ET s-Sur Li Xiannian SG L-ET s-Sur Kim Il Sung SG L-ET s-Sur Jose Manuel Durao Barroso SG L-ET s-Sur Jose Manuel Briosa E Gala SG L-ET s-Sur Joao Diogo Nunes Barata SG Il-General Carlos Azeredo SG L-ET Antonio Syder Santiago SG L-ET Mons Giovanni Battista Re SG L-ET Mons Jean-Louis Tauran SG L-ET Mons Pier Luigi Celata SG L-ET Dott Dino Marrajeni SG L-ET s-Sinjura Susanna Agnelli SG L-ET s-Sur Gaetano Gifuni SG L-ET Dott Marco Colombo SG L-ET s-Sur Giulio di Lorenzo Badia SG L-ET Dott Luigi Amaduzzi SG Il-General C A Paolo Scaramucci SG
Leg 9 PQ #16021 Sitting 295 2000-05-17 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarxien — Triq il-Knisja - Arblu

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tinbidel bozza maqtugħa li hemm ma' arblu tad-dawl fi Triq il-Knisja, Tarxien kantuniera ma' Triq Despott, u li ilha maqtugħa xhur sħaħ? Huwa veru li l-arblu li hemm il-bozza miegħu kien jixxokkja u kien ġie "skonnettjat" biex jitneħħa l-perikolu? Jaf l-Ministru li l-affarijiet ilhom hekk, għal aktar minn sitt xhur?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat, li kuntrarjament ghal dak li qed jghid l-Onorevoli Interpellant, ix-xoghol mehtieg fuq il-lampa msemmija diga` sar. Biex sar dan ix-xoghol kellu jigi skonnetjat l-arblu li kien hemm il-lampa mieghu. Il-connection regghet saret f`Dicembru tas-sena l-ohra.
Leg 9 PQ #16022 Sitting 295 2000-05-17 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PBS — Settijiet tat-TV reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn reġistrati settijiet tat-television? Kemm minnhom iħallsu l-liċenzja u kemm inġabru flus mill-ħlas tal-liċenzja sena b'sena mill-1995 'il hawn?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' settijiet tat-television reġistrati huwa 214,235. L-Istatistika tinżamm fuq "licence holders" u mhux fuq "television sets". Dan għaliex kull liċenzja tista' tkopri aktar minn television wieħed. Dettalji ta' ġbir ta' flus mill-ħlas tal-liċenzji mill-1995 'l hawn huma: Sena Lm 1995 2,009,000 1996 2,015,000 1997 2,264,000 1998 2,314,000 1999 2,304,000
Leg 9 PQ #16023 Sitting 295 2000-05-17 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mużew tal-Gwerra — Ħsarat strutturali

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi ħsarat strutturali hemm fil-Mużew tal-Gwerra? Jista' jgħid jekk hemmx inventarju ta' l-oġġetti kollha? Jista' jgħid x'oġġetti nsterqu f'dawn l-aħħar snin? Jista' jgħid jekk il-gvern jagħtix xi forma ta' għajnuna finanzjarja lil dan l-istess mużew? Jekk fl-affermattiv, kemm kienet tammonta din l-għajnuna sena b'sena mill-1995 'il hawn?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-akbar ħsara strutturali fil-Mużew tal-Gwerra kienet tinsab fis-saqaf tar-"Right Annexe". Dan is-saqaf kien jinsab f'kundizzjoni daqsant ħażina, minħabba l-qedem tiegħu. Dan l-aħħar dan is-saqaf ġie mibdul. Inbagħad hemm ħsarat oħra, mhux daqstant kbar u li bi ftit xogħol ta' manutenzjoni dawn jiġu faċilment irranġati. Fosthom hemm bżonn ta' xogħol ta' tikħil u kisi, xogħol ta' żebgħa ta' injam (bibien, twieqi, eċċ.) u manutenzjoni ta' soqfa. Barra minn hekk il-kanċell tal-bieb prinċipali (tal-ħadid) huwa antik u tqil ħafna. Iċ-ċappetti tal-ħadid saddu u b'hekk qed jaqsmu l-ġebel. Għalhekk hemm bżonn li dawn iċ-ċappetti jinbidlu u b'hekk il-kanċell jiġi jinfetaħ kif suppost. Informat li hemm inventarju ta' l-oġġetti li hemm fil-mużew u li dan l-inventarju qiegħed jinżamm minn-National War Museum Association. Tagħrif dwar oġġetti li nsterqu mill-Mużew tal-Gwerra u mill-istores tiegħu f'dawn l-aħħar snin qed tinġabar. Dwar għajnuna finanzjarja lill-Mużew tal-Gwerra, il-mużew jaqa' taħt ir-responsabbilta` tad-Dipartiment tal-Mużewijiet li għandu l-allokazzjoni ta' fondi allokati fil-budget ta' kull sena.
Leg 9 PQ #15984 Sitting 294 2000-05-16 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ambaxxaturi Maltin — Benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista t'ambaxxaturi Maltin li qed iservu fi bliet Ewropej? X'inhu s-salarju ta' kull ambaxxatur? X'benefiċċji oħra għandhom dawn l-ambaxxaturi?

Response (BORG, JOE)

L-Ambaxxaturi Maltin li qed iservu fi bliet Ewropej huma: Ambaxxatur Belt Is-Sur William Spiteri Berlin Is-Sur Victor Camilleri Brussels Dr Michael Bartolo Geneva Dr George Bonello du Puis Londra Is-Sur Carmel Aquilina Madrid Chev Paul Naudi Moscow Prof Salvino Busuttil Pariġi Dr Joseph Cassar Ruma Is-Sur Eric Gerada Azzopardi Stockholm Dr Joseph Licari Strasbourg Dr Noel Buttigieg Scicluna Vienna Ambaxxatur għandu salarju ta' Lm8,234 fis-sena u ma' dan irid jiżdied ukoll l-instalment ta' Lm156 fis-sena tal-Ftehim Kollettiv. Waqt li jkunu qed iservu barra minn Malta l-ambaxxaturi u uffiċċjali fi gradi oħra jitħallsu, flok dan is-salarju, global emoluments kif stabbiliti mill-Ministeru bl-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi. L-ambaxxaturi għandhom dawn il-benefiċċji: (a) Representation allowance ta' Lm1,000 fis-sena; (b) Akkomodazzjoni mħallsa mill-Gvern, inkluż l-ispejjeż għas-servizzi ta' dawl, ilma, telefon, etc. Ta' min jgħid li peress illi l-akkomodazzjoni hija b'xejn, l-ambaxxaturi jitnaqsulhom 25% tal-Global Emoluments; (c) Outfit allowance ta' Lm400 li titħallas kull ħmistax-il sena; (d) Benefiċċji oħra skond il-każ kif hemm ipprovdut fil-Conditions of Service for Officers Serving Overseas bħalma huma education grant u spejjeż ta' mard.
Leg 9 PQ #15985 Sitting 294 2000-05-16 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

Taxpayers — Dikjarazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk it-taxpayers li ma bagħtux id-dikjarazzjoni ta' l-income tagħhom għas-sena bażi 1999? Meta se tintbagħat lil dawn il-persuni l-formola l-ħadra biex jiġu assessjati fuq il-qliegħ tagħhom?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tat-Taxxi Interni rċieva u diġa pproċessa 106,000 Formola ta` Dikjarazzjoni (l-formola l-blu) għas-sena ta` stima 2000 jiġifieri għas-sena bażi 1999. Id-Dipartiment għandu kollox lest biex ikun jista` jibgħat l-formola l-ħadra (l-Formola tat-Taxxa fuq l-Income u Self-Assessment) lil dawk it-taxpayers li jew għażlu minn jeddhom li ma jibagħtux il-Formola ta` Dikjarazzjoni jew m`humiex eliġibbli li jibgħatuha.
Leg 9 PQ #15986 Sitting 294 2000-05-16 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Muturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm bżonn ta' muturi għall-Korp tal-Pulizija wara li dan l-aħħar deher avviż fil-gazzetta tal-Gvern għall-fornitura tal-istess? Jekk id-data ta' l-għeluq għalqet, jista' l-Ministru jgħid fejn wasal il-proċess?

Response (BORG, TONIO)

Kif diġa` kelli l-okkażżjoni ngħid fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 7798, hemm ħtieġa li jkun hemm aktar muturi disponibbli għat-Taqsima tat-Traffiku tal-Pulizija. Fil-fatt, kif jaf l-Onorevoli Interpellant, fil-Gazzetta tal-Gvern ta` l-10 ta` Marzu 2000, ħarġet sejħa għall-offerti għax-xiri ta` muturi. F`din is-sejħa li għalqet fil-11 ta` April 2000, huwa ppjanat li jinxtraw seba` muturi għat-Taqsima tat-Traffiku kif ukoll għaxar muturi żgħar biex jaqdu l-ħtiġijiet ta` trasport ġenerali tal-Korp. Il-proċess tat-tender imsemmija qiegħed fi stadju ta` aġġudikazzjoni.
Leg 9 PQ #15987 Sitting 294 2000-05-16 Oral · Interim From: JOE CILIA To: Ministeru tat-Turiżmu

Ministeru tat-Turiżmu — Premises ġodda

Question

Jista' l-ministru jgħid kemm intnefqu flus s'issa fl-irranġar tal-premises ġodda għall-Ministeru tat-Turiżmu fi Triq il-Merkanti? Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' l-infiq? Meta se jispiċċa l-imsemmi xogħol u l-ministeru jibda jopera minn hemm?

Response (REFALO, MICHAEL)

Peress li l-Mistoqsija tirrikjedi ġbir ta' ħafna informazzjoni, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #16010 Sitting 294 2000-05-16 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Azzjonijiet industrijali

Question

Veru li fl-Isptar Monte Carmeli, waqt li għaddejjin azzjonijiet industrijali mit-tliet unions ta' l-infermieri ġew imqabbda jaħdmu nursing aides li lanqas għad għandhom appointment, u jagħmlu xogħol ta' superviżjoni ma' pazjenti perikolużi jiġifieri constant supervision one to one, meta l-psikjatri jordnaw u jispeċifikaw li dan ix-xogħol irid isir minn nurse kif tgħid eżatt il-formola apposta mibgħuta taħt separate cover?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nikkonferma dak li qed jgħid l-Onorevoli Interpellant. Dan sar minħabba nuqqas ta` servizzi ta` emerġenza adekwati provduti mit-tlett unions filwaqt li l-alternattiva li tħalli lill-pazjenti mingħajr ebda supervizjoni ta` xejn, kienet tkun agħar. B`dan il-mod kien hemm min jiġbed l-attenzjoni tan-nurse management jew tat-tobba jekk jinqala` xi ħaġa. Huwa minħabba raġunijiet bħal dawn li d-Divizjoni tas-Saħħa kienet tant kritika fuq it-tip ta` azzjonijiet li qed jieħdu t-tliet unions ta` l-infermiera.

Djar

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-ministeru li huwa responsabbli għalih, baqax iżomm kuntratt dirett mis-segretarjat għaż-żgħażagħ f'dak li għandu x'jaqsam il-housing? Jekk fil-pożittiv, xi żvilupp sar u jekk fin-negattiv ma jaħsibx li dan kien esperiment li kien beda jirnexxi u kien ikun tajjeb li kieku l-kumitat li kien twaqqaf fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti Laburista bejn il-ministeru tad-djar u s-segretarjat taż-żgħażagħ baqa' jiffunzjona?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninstab infurmat li l-Kumitat li għalih qiegħed jirriferi l-Onor. Interpellant kien twaqqaf bl-iskop li tittella' Konferenza Nazzjonali dwar iż-Żgħażagħ u l-Housing u sabiex iservi ta' forum fejn ikunu diskussi problemi u sitwazzjonijiet għal dan is-suġġett. B'kollox, dan il-Kumitat iltaqa' 11 il-darba, 9 darbiet qabel il-Konferenza Nazzjonali li kienet saret fit-8 ta' Novembru 1997 u darbtejn oħra wara li servew bħala analażi u l-preparazzjoni ta' pubblikazzjoni ta' din l-istess Konferenza.
Leg 9 PQ #15978 Sitting 293 2000-05-16 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Art rooms

Question

B'riferenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 15705, jista' jwieġeb it-tielet parti tal-mistoqsija li tgħid: jaħseb li hemm bżonn aktar għalliema ta' l-arti bħalissa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bħalissa hemm il-full complement ta' għalliema ta' l-arti kif kien deċiż għas-sena skolastika 1999/2000.
Leg 9 PQ #15979 Sitting 293 2000-05-16 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Language/Science labs

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba f'mistoqsija parlamentari numru 15704, li saret fl-10/4/2000 f'liema risposta ġejt imwiegħed li se tingħata risposta għall-istess mistoqsija?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 15704 f'Seduta 286 tat-3 ta' Mejju 2000 meta l-informazzjoni tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #15980 Sitting 293 2000-05-16 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Dual citizenship

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw ċittadini Maltin biex iżommu d-dual citizenship? Kemm ġew approvati u kemm għadhom pendenti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li s`issa gew registrati 111-il persuna bhala cittadini Maltin li jistghu jzommu c-cittadinanza barranija li diga` ghandhom. Dawn setghu jaghmlu dan bis-sahha tat-tibdil li sar dan l-ahhar fl-Att dwar ic-Cittadinanza Maltija (Kap. 188). Ninsab infurmat ukoll li qed jigu processati 360 applikazzjoni ohra simili. Bis-sahha ta` l-istess tibdil, hemm numru ta` persuni ohra b`cittadinanza barranija li akkwistaw ic-cittadinanza Maltija mill-gdid b`mod awtomatiku u b`hekk issa ghandhom zewg cittadinanzi. In-numru ta` persuni li lilhom giet ikkonfermata din l-informazzjoni mid-Dipartiment tac-Cittadinanza huwa 345 filwaqt li hemm madwar 300 kaz simili li ghadhom qed jigu pprocessati. Hemm numru ta` kazijiet ohra bhal dawn ta` l-ahhar li gew ipprocessati mill-Ambaxxati u/jew Konsolati ta` Malta barra minn Malta fejn flok inghataw konferma bil-miktub, inghataw passaport Malti. Statistika dwar dawn il-kazijiet ghadha ma ngabritx.
Leg 9 PQ #15981 Sitting 293 2000-05-16 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għalliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm vakanzi fi grad ta' għalliema fl-iskejjel primarji, sekondarji u post-sekondarji? F'liema suġġetti hemm bżonn ta' għalliema? Meta hemm il-ħsieb li jimtlew l-imsemmija vakanzi jekk dejjem hemm il-bżonn?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iskejjel Primarji ma hemmx vakanzi fi grad ta' għalliema. Fl-iskejjel Sekondarji u tas-Snajja' hemm dawn il-vakanzi kif ġej: Żebbuġ Boys Sec. School - Computer - 14-il lezzjoni Mtarfa Boys Sec. School - Computer - 15-il lezzjoni Żurrieq Boys Sec. School - Computer - 10 lezzjonijiet Ħamrun Girls Sec. School - Integrated - 16-il lezzjoni Science (għalliema bis-sick leave) Mosta Girls Sec. School - Religion - 8 lezzjonijiet (għalliema bil-maternity leave) Rabat Grils Sec. School - Spanish - 9 lezzjonijiet (għalliema bil-maternity leave) St Andrews Sec. School - Geography - 6 lezzjonijiet Umberto Calosso BTS Santa Venera - Physics - 30 lezzjoni Umberto Calosso BTS Santa Venera - Computer - 8 lezzjonijiet Il-vakanzi fuq imsemmija jiġu mimlija appena jinstabu l-għalliema li hemm bżonn. Fil-fatt xi vakanzi minn dawn kienu ġew koperti b'impieg ta' Supply Teachers pero` reġgħu nħolqu meta l-imsemmija Supply Teachers irriżenjaw mill-impieg. Naturalment xorta jibqa' jsir dak kollu meħtieġ biex dawn il-vakanzi jintlew mill-aktar fis-possibli.
Leg 9 PQ #15982 Sitting 293 2000-05-16 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Delegazzjonijiet Ministerjali — Żjajjar

Question

Jista' l-ministru jgħid kemm kienu d-delegazzjonijiet ministerjali li żaru pajjiżi barranin matul is-sena 1999? Minn min kienu fformati d-delegazzjonijiet imsemmija u għal-liema raġuni d-delegazzjonijiet żaru l-imsemmija pajjiżi? Kemm swiet f'termini finanzjarji kull delegazzjoni?

Response (BORG, JOE)

Risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #15983 Sitting 293 2000-05-16 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Dipartiment ta' l-Affarijiet Barranin — Żjajjar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm siefru staff mid-Dipartiment ta' l-Affarijiet Barranin fuq żjarat uffiċjali matul is-sena 1999? Min kienu dawk l-impjegati li marru fuq xogħol barra minn Malta? Kemm swew f'termini finanzjarji ż-żjarat imsemmija?

Response (BORG, JOE)

Risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #15972 Sitting 292 2000-05-15 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Deployment plan tan-nurses

Question

Jista' l-Ministru jgħid, min kienu l-membri fil-bord, min-naħa tad-diviżjoni tas-saħħa, li fassal id-deployment plan tan-nurses fl-Isptar Monte Carmeli?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-deployment plan tan-nurses fl-isptar Monte Carmeli kien imfassal minn: Direttur Ġenerali Direttur Sptarijiet Direttur Policy and Planning Direttur Nursing Direttur Psikjatrija Manager Nursing Services fl-isptar Monte Carmeli
Leg 9 PQ #15973 Sitting 292 2000-05-15 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Overtime

Question

Peress li qed isir ħafna diskors li d-Diviżjoni tas-Saħħa qed tonfoq nofs miljun lira fi ħlas għall-overtime lin-nurses ta' l-Isptar Monte Carmeli, jista' l-Ministru jgħid kemm il-gvern se jerġa'jiġbor lura minn dan il-ħlas f'taxxi ċioe' f'income tax għax hu fatt magħruf li kull dħul ta' ħlas ta' overtime li jaqilgħu nurses, huwa kollu nxtaxxat b'35%? Jaqbel li minn dan il-ħlas allura l-gvern jerġa' jdaħħal lura Lm87,500 f'taxxa biss mingħajr ma titqies iż-żieda fil-kontribuzzjoni tas-sigurta' soċjali ta' dan il-ħaddiem?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ammont ta' flus li tħallas f'overtime lin-nurses matul is-sena 1999 hu ta' Lm450,113. Taxxa fuq din is-somma kkalkulata b'rata ta' 35%, tammonta għal Lm157,539. Il-kontribuzzjoni tas-sigurta' soċjali ma għandha taqsam xejn ma' overtime billi din titqies biss fuq is-salarju basiku. Ma nafx jekk l-Onor. Interpellant qed jissuġġerixxi li għandna nagħtu iżjed overtime biex il-Gvern jiġbor iżjed Taxxi!
Leg 9 PQ #15974 Sitting 292 2000-05-15 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Azzjonijiet industrijali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux veru li kemm ilhom fis-seħħ l-azzjonijiet industrijali, meħuda mit-tliet unions ta' l-infermiera fl-Isptar Monte Carmeli kien hemm swali nkluża is-secure unit, fejn ġew imħaddma, ġranet u iljieli sħaħ, nursing aides li għadhom lanqas biss ingħataw l-appointment? Veru li dawn in-nursing aids għamlu xogħol li mhux fil-job description tagħhom jew li normalment isir taħt superviżjoni tan-nurses? Veru li dawn waqt li kienu xogħol waħedhom qassmu pinnoli anke perikolużi u dan imur saħansitra kontra l-liġi? Jista' l-Ministru jinvestiga dawn in-nuqqasijiet serji u jassigura l-Kamra li ttieħdu l-passi biex din qatt ma tirrepeti ruħha?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Minħabba l-azzjoni ndustrijali u minħabba servizz ta` emerġenza inadegwat minn naħa tat-tliet unions ta` l-infermiera kien hemm ġranet u ljieli fejn xi swali tħaddmu bin-nursing aides appuntati f`din il-kariga wara kors, eżami ta` kwalifika u Selection Board tal-Public Service Commission. Fiċ-ċirkustanzi msemmija ma kienx hemm alternattiva ħlief illi dawm in-nursing aides jagħmlu xogħol li m`huwiex fil-job description tagħhom jew taħt superviżjoni kontinwa tan-nurses minn naħa tal-management. Id-Diviżjoni ħadet il-prekawzjoni illi n-nurse managers kienu qegħdin iżuru dawn is-swali fuq bażi regolari u n-nursing aides ingħataw struzzjonijiet illi kif jinqala l-inqas dubju ta` problema jitolbu l-għajnuna ta` l-istess nurse managers jew tat-tobba. Huwa minnu li kien hemm inċident iżolat ta` wieħed illi l-pilloli tlestew f`borża minn nurse manager biex jingħataw aktar tard minn nursing aide. Dan sar għaliex il-unions rabtu in-nurse management b`azzjoni ndustrijali illi la setgħu jużaw in-night nurse superintendent u lanqas setgħu jisselfu nurse minn sala oħra biex jagħti dawn il-pilloli. Ta` min wieħed ifakkar illi meta pazjent ikun bil-leave mill-isptar il-pilloli jingħataw mill-qraba tiegħu.