Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 16056 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': Jista' jara li jsiru rampi fi Triq Dun Karm Sant biex it-traffiku ma jibqax jgħaddi bi speed qawwi għad-detriment tar-residenti?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li peress li x-xogħol kif mitlub l-Onor. Interpellant jikkunsidra l-bżonn tiegħu il-Kunsill Lokali, l-Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kif il-Junior Lyceum ta' Santa Lucia qed tinbena mingħajr Assembly Hall jew Science Laboratories meta din suppost li hija skola ġdida?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jikkonferma illi residenti fi Triq Dun Karm Sant f'Ħal Tarxien qegħdin ibatu minn dawl baxx jew nieqes fit-triq? Jekk fl-affermattiv, jista' jipprova jirrimedja din is-sitwazzjoni?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li l-istudenti kollha fis-St.Joseph Junior Lyceum ta' Kordin f'Raħal Ġdid ser jiġu trasferiti fl-iskola tan-Naxxar?
Huwa minnu li għal Kordin qed jiġi mħejji pjan biex jinbidel f'kumpless sħiħ ta' 6th Forms?
Response (GALEA, LOUIS)
Le, f'dan l-istadju mhu ser ikun hemm ebda ċaqliq ta' studenti tas-St Joseph Junior Lyceum.
Jista' l-Ministru jgħid kemm jeżistu bħalissa taxis liċenzjati? Kemm hemm pendenti applikazzjonijiet għal special licence għal sewwieqa tat-taxis u biex joħorġu taxis ġodda? Kemm ilhom pendenti dawn it-talbiet/applikazzjonijiet?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li sa l-aħħar ta` April 2000 kien hawn 245 taxi liċenzjati inklużi dak t`Għawdex. Sabiex persuna tkun tista` issuq taxi trid ikollha liċenzja tas-sewqan taħt Kategorija B1. Billi din il-Kategorija tinkludi wkoll sewwieqa ta` vetturi `garage hire`, id-Dipartiment tal-Liċenzji u t-Testijiet mhux f`pożizzjoni li jgħid kemm mill-applikazzjonijiet pendenti f`din il-kategorija huma biex isuqu taxi.
Jista' l-Ministru jgħid x'rispons kellha l-MDC għall-kwestjonarju li ntbagħtet lil xi self-employed li joperaw f'zoni industrijali aktar kmieni din is-sena? Kemm intbagħtu kwestjonarji u kemm ġew ritornati mimlija lill-MDC?
Response (BONNICI, JOSEF)
Napprezza jekk l-Onorevoli Interpellant jispecifika ghal-liema kwestjonarju qed jirreferi.
Jista' l-Ministru jgħid jeżistux sessjonijiet ta' physiotherapy għal persuni li jbatu bl-istroke li jsiru fid-dar ta' dawn l-individwi minflok li jintbagħtu fl-isptar Zammit Clapp, peress illi f'ħafna każijiet ikum ta' tbatija ħafna għal dak li jkun biex jattendi tali sessjonijiet u minflok qed ikollhom iħallsu biex isirulhom tali sessions f'darhom? Kif dawn it-tip ta' sessions isiru fuq pazjenti ta' mezza eta' u żgħar f'Zammit Clapp li huwa aktar iffokat fuq l-anzjani?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ma jiġix pprovdut servizz ta` fiżjoterapija fil-kommunita minn impjegati tal-Isptar Zammit Clapp.
Il-`policy` tal-Isptar Zammit Clapp dejjem kienet li jiġi pprovdut servizz ta` fiżjoterapija lill-pazjenti li jkunu għalqu s-sittin sena, u allura mhux veru li jsiru sessions ta` fiżjoterapija fuq pazjenti zgħar u ta` meżża eta`.
Jista' l-Ministru jikkonferma l-ilment tar-residenti ta' Triq il-Pellikani, Tarxien li ilhom ma jkollhom kennies fit-triq tagħhom għal xhur sħaħ?
Jista' l-Ministru jara li s-sitwazzjoni tiġi rimedjata?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu direttament lill-Kunsill Lokali konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba qed jintbagħat kennies fi Triq Dun Karm Sant, Tarxien, peress li hemm ħafna lmenti minn residenti fl-inħawi li qatt ma qed imur kennies fl-inħawi?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.
Jista' l-Ministru jara hux possibbli li titwaħħal kaxxa postali fl-inħawi ta' Triq Dun Karm Sant, Tarxien, li żviluppa kollu residenzi f'dawn l-aħħar snin?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li n-numru ta` kaxxi ta` l-ittri eżistenti f`Ħal Tarxien huwa ogħla minn dak rakkomandat mill-Unjoni Postali Universali, jiġifieri kaxxa ta` l-ittri għal kull tlett elef resident.
Madanakollu, Maltapost dejjem lesta tikkunsidra rakkomandazzjoni tal-Kunsill Lokali għal ċaqlieq ta` waħda mill-kaxxi eżistenti b`mod li r-residenti tal-lokalita` msemmija jinqdew.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il mistoqsija parlamentari saret minn kemm ilu magħluq il-Hypogeum f'Raħal Ġdid, li tikkonċerna l-ftuh mill-ġdid ta' l-imsemmi Ipoġew? Jista' jgħid meta verament ser ikun lest għall-pubbliku?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li saru tmien mistoqsijiet parlamentari dwar il-ftuħ ta' l-Ipoġew f'Raħal Ġdid minn kemm ilu magħluq dan is-sit.
Informat ukoll li qed jiġu finalizzati l-aħħar xogħlijiet u qed isir xogħol fuq l-istruttura li ser tmexxih meta jiftaħ fix-xhur li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex possibli li titwaqqaf terminus tal-karozzi tal-linja f'Ħal Tarxien, preferibbilment fl-inħawi ta' Bulebel, u li jibdew jgħaddu karozzi tal-linja mill-inħawi ta' Ħal Tarxien li tmiss mal-Fgura, per eżempju, Triq Dun Karm Sant u Triq Ta' Sardinja?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li ma jidhirx li hemm ħsieb li jsir terminus fil-lokalita` imsemmijja, iżda ta` min isemmi li din il-lokalita` hija moqdija bir-rotta 29 li taħdem fuq skeda regolari.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux veru li fl-iskola l-ġdida sekondarja "Margaret Mortimer" f'Sta. Luċija, Malta m'għandhomx u lanqas m'hemm ippjanata hall fejn l-istudenti jkunu jistgħu jtellgħu l-attivitajiet tagħhom?
Jaf li qed ikun ferm ta' inkonvenjent għall-istess studenti meta f'xi okkażjoni speċjali jkollhom itellgħu l-attivitajiet tagħhom billi jikru swali viċin jew fil-hall żgħira tal-Knisja? Hemm xi pjan li tinbena sala fil-futur?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fil-preżent fil-Liċeo tal-Bniet Margaret Mortimer f'Santa Luċia m'hemmx hall peress li l-iskola qegħda fi stadju ta' żvilupp, iżda qiegħdha titħejja pjanta għall-bini ta' multipurpose hall biex takkomoda l-ħtiġijiet ta' l-iskola.
Jista' l-Ministru jara li timtela' u tingħata asfalt il-ħofra li tinsab faċċata tad-dar "Bucks", Triq Bjaġju Galea, Tarxien li ilha hekk għal ħafna żmien?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu direttament lill-Kunsill Lokali konċernat.
Jista' l-Ministru jara li fi Triq Dun Karm Sant, Ħal Tarxien fil-liwja li tiġi f'nofs din it-triq, tonqos il-bankina b'madwar pied kull naħa tat-triq peress illi din il-liwja hija perikoluża għax karozza li tgħaddi tispiċċa kważi toħroġ għal nofs it-triq, b'possibbilta' kbira ta' head-on collison ma' karozza li tkun ġejja mid-direzzjoni opposta?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.
Jista' l-Ministru jara li jittella' ċint madwar il-parti ta' l-għalqa li tmiss mat-triq fi Triq il-Pellikani, kantuniera ma' Triq ir-Russett f'Ħal Tarxien, peress illi din qed titħalla żdingata?
Jista' l-Ministru jara li titnaddaf din l-għalqa mill-ħmieġ mġemma' fiha li qed ikun ta' detriment għal saħħet l-abitanti?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-plot in kwestjoni hija proprjeta' privata, filwaqt li l-area msemmija taqa' taħt ir-responsabbilta' tal-Kunsill Lokali.
Jista' l-Ministru jara li jitkompla x-xogħol ta' tqegħid tal-kanen ta' l-ilma fi Triq San Tumas Tarxien/Fgura li kien beda iżda li waqaf, mill-kantuniera ma' Triq il-Pellikani għad-direzzjoni ta' Ħal Tarxien? Jaf il-Ministru li dan ix-xogħol wieqaf, qed jikkawża inkonvenjent kbir għar-residenti fl-inħawi u għal dawk li jgħaddu minn Triq San Tumas?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
B'riferenza għas-sejħa li saret fost l-impjegati tal-gvern biex jieħdu sehem bħala "Interviewers for labour force survey 2000", jista' l-Ministru jgħid kemm se jintagħżlu mpjegati biex jagħmlu dan ix-xogħol? Meta se jsir dan l-eżerċizzju? Kemm hemm flus ivvotati għal dan is-survey? Meta hu previst li jkun hemm l-ewwel riżultati ta' dan is-survey?
Response (BONNICI, JOSEF)
Huwa mahsub li madwar 150 impjegat tal-Gvern se jintalbu sabiex jghinu fil-`Labour Force Survey 2000`. Is-survey ser isir lejn l-ahhar ta` Mejju u l-bidu ta` Gunju. Huwa stmat li dan is-survey ser jiswa madwar Lm20,000. Ghadu kieni wisq biex wiehed jghid b`mod definit meta jistghu jinhargu r-rizultati ta` dan is-survey. Madanakollu ser isiru l-isforzi kollha sabiex dawn ikunu pubblikati kmieni kemm jista` jkun.