Peress li Triq il-Blata u Triq Sant'Anna f'Ħal Tarxien liema żewġ toroq huma antiki ħafna u dojoq tant li hemm partijiet minnhom li bilkemm tgħaddi karozza waħda, jista' l-Ministru jikkonsidra li dawn iż-żewġ toroq jiġu one way traffic biss?
Response (GALEA, ĊENSU)
Għaddejt it-talba ta` l-Onor. Interpellant lill-Bord għall-Kontroll tat-Taffiku biex jara x`jista jsir.
Peress li ħafna pensjonanti li kienu jikkwalifikaw għal "żieda supplimentari", ġew imċaħħda minn din iż-żieda, peress li qabżu ċ-ceiling biż-żieda li jingħataw fl-aħħar budget, jikkonsidra l-Viċi Prim Ministru li jgħolli ċ-ceiling għal dawn l-individwi?
Jista' l-Prim Ministru jgħid fejn waslu t-taħdidiet bejn l-union konċernata u l-uffiċċju tiegħu dwar il-ftehim kollettiv tal-General Service Grad?
Ma jaħsibx il-Prim Ministru li dan il-ftehim ilu jiġi diskuss u wasal iż-żmien li jiġi ffinalizzat biex il-ħaddiema fil-general service jibdew igawdu benefiċċji oħra li ħaddiema oħra fis-Servizz Pubbliku diġa' bdew jibbenefikaw minnhom?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
It-taħdidiet dwar il-ftehim kollettiv ġdid għandhom jibdew f'Ġunju 2001 kif stipulat fl-aħħar Ftehim Kollettiv milħuq ma l-Unions f'Diċembru 1998.
Ninsab infurmat li t-taħdidiet dwar l-eżerizzju korrettorju ta' Gradi tal-General Service għadhom għaddejjin u nispera li jiġu konklużi fix-xhur li ġejjien.
B'riferenza għal dak li ġie mxandar dwar l-impressed drivers mal-gvern, jista' l-Prim Ministru jgħid meta dawn se jinqalbu mal-gvern? F'liema grad se jiddaħħlu mal-gvern u f'liema skala tas-salarju? Jekk hu se jagħmel użu mill-karozza tagħhom jew se jipprovdi karozza l-gvern? Kemm "impressed drivers" s'issa ddeċidew li jissieħbu mal-gvern, kemm rrifjutaw u kemm għadhom indeċiżi?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Dawk l-impressed drivers li fil-preżent qegħdin fuq kuntratt temporanju ma' Dipartimenti tal-Gvern qed jiġu offruti impieg bħala Labourer (ex-Impressed Driver) fuq il-minimum ta' Skala ta' Salarju 20, jiġifieri Lm2,635.
Dawk l-impressed drivers li jkunu nteressati f'impjieg permanenti għandhom għażla:-
- jew jikru l-vettura tagħhom lid-Dipartiment tal-Gvern;
- jew ma jipprovdux il-vettura tagħhom.
Ninsab infurmat li l-impressed drivers tal-Gvern ingħataw żmien sal-31 ta' Lulju, 2000 biex jiddikjaraw jekk humiex lesti jaċċettaw impieg mal-Gvern.
Qabel ma dan l-eżerizzju jkun konkluż mhux possibbli li jingħataw il-figuri rekjesti.
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta beħsiebu l-gvern joħroġ sejħa għalll-applikazzjonijiet biex ċittadini jissieħbu fil-Forzi Armati ta' Malta? Meta?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
L-aħħar grupp ta' rekluti ngaġġaw ma' l-Armata fl-1 ta' Frar 2000 u 70 temmew b'suċċess il-kors bażiku fid-19 ta' Mejju 2000.
Ingaġġ ta' iktar rekluti fl-Armata hu maħsub li jsir matul is-sena d-dieħla.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm bħalissa ħaddiema li qed iservu fil-Malta - EU Information Centre li hemm fi ħdan il-ministeru ta' l-Affarijiet Barranin? Kemm qed jitħallsu għax-xogħol li qed jagħmlu? Il-ħaddiema msemmija għandhom kuntratt partikolari jew ħaddiema tas-servizz pubbliku? Jistgħu jitpoġġew kopji tal-kuntratti fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BORG, JOE)
Barra mill-Kap tal-Malta EU Information Centre, f'dan iċ-Ċentru bħalissa hemm 12-il impjegat li huma mqassma u li jitħallsu kif ser jingħad:
4 Research Analysts: Lm5,941 salarju fis-sena u Lm90 allowance kull xahar bħala kumpens għal xogħol li jsir wara l-ħin ta' l-uffiċċju fil-festi pubbliċi jew fil-jiem ta' btala kif ukoll allowance ta' Lm140 fix-xahar bħala kumpens għat-trasport.
3 Media Officers: Lm5,941 salarju fis-sena u Lm90 allowance kull xahar bħala kumpens għal-xogħol li jsir wara l-ħin ta' l-uffiċċju fil-festi pubbliċi jew fil-jiem ta' btala kif ukoll allowance ta' Lm140 fix-xahar bħala kumpens għat-trasport.
2 Administrative Assistants: Lm4,050 salarju fis-sena u Lm60 allowance kull xahar bħala kumpens għal xogħol li jsir wara l-ħin ta' l-uffiċċju fil-festi pubbliċi jew fil-jiem ta' btala.
3 Support Officers: Lm4,050 salarju fis-sena.
Il-ħaddiema huma mpjegati fuq kuntratt li kopja tiegħu qegħda titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu bżonn ħaddiema t-Tax Compliance Unit biex jiffunzjona? Jikkonferma l-Ministru li ħarġu sejħiet għall-ħaddiema, barra mis-Servizz Pubbliku, biex jaħdmu mat-Tax Compliance Unit? Liema kienu l-karigi msemmija? Kemm ġew ingaġġati nies fihom? X'pakkett finanzjarju qed jingħata ma' kull vakanza li għandha t-Tax Compliance Unit?
Response (DALLI, JOHN)
Ngharraf lill-Onorevoli membru li r-risposta ghall-Interpellanza numru
18514 qieghda titpogga fuq il-mejda tal-kamra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jassigura li sa ftit ġimgħat oħra kull familja ntitolata għall-benefiċċju taċ-children's allowance tirċievi ċ-ċekk, fid-dawl li suppost ilhom li rċevewh?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 18018.
Wara li fit-18 ta' April, 2000 għalqet it-tender numru CT 91/2000 dwar formazzjoni ta' toroq fi Triq Spiru Spiteri, School Perimeter, M. Vella, K. Cachia, f'Ħal Tarxien, jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fuq l-imsemmija toroq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat illi l-kuntratt biex isiru t-toroq imsemmija ingħata u bħalissa id-Dipartiment qed jistenna li jirċievi l-garanzija tal-Bank biex jkun jista' joħroġ l-'order to start work'.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il resident hemm bħalissa fl-SVPR? Kemm hemm minnhom nisa u kemm minnhom rġiel? Kemm qed jittieħed lilhom mill-pensjoni biex ikunu jistgħu joqogħdu fl-imsemmija residenza?
Kemm-il ħaddiema hemm fl-SVPR grad, grad u jaħsibx il-Ministru li l-ħaddiema li hemm preżentement humiex biżżejjed biex jaqdu lill-anzjani li preżentement jgħixu fl-SVPR?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fir-Residenza ta' San Vinċenz de Paule hemm 1010 residenti (334 irġiel u 676 nisa). Ir-rati tal-kontribuzzjoni dovuta mir-residenti ta' San Vinċenz hija ta' 60 fil-mija kif stipulata bis-saħħa tal-Provvediment ta' l-Avviż Legali numru 60 tas-sena 2000.
Fid-dawl tal-fatt li l-anzjani qed jgħixu aktar u għaldaqstant il-ħtiġijiet tagħhom isiru aktar estensivi, allura dejjem hemm bżonn ta' aktar nies li jipprovdu l-kura u s-servizzi meħtieġa b'mod partikolari 'nurses'.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każi ta' vjolenza domestika fuq nisa matul din is-sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fil-perijodu speċifikat mill-0norevoli Interpellant, ġew irrapurtati lill-Pulizija 74 każ li jistgħu jinkwadraw taħt it-titolu ta` vjolenza domestika.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu u tressqu l-qorti persuni li kienu qed ipejpu waqt li kienu qed jużaw it-trasport pubbliku matul l-1999 u sal-lum, is-sena separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fil-perijodu speċifikat mill-Onorevoli Interpellant, inqabdet mill-Pulizija persuna waħda li kienet qed tpejjep waqt li kienet f`xarabank.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ir-rapport kellhom il-pulizija ta' stupru fuq tfajliet jew nisa mill-1 ta' Jannar, 2000 sal-lum?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li b`żieda mat-tagħrif li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 17974, sad-19 ta` Lulju 2000, il-Pulizija kellha żewġ rapporti oħra ta` stupru.
Jista' l-Ministru jikkonsidra l-proposta li jitwaħħlu sinjali ħdejn il-baħar li jindikaw jekk ikunx tajjeb għall-għawm fid-dawl tad-diżgrazzji li seħħew f'pajjiżna matil dawn l-aħħar ġimgħat?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li fi Triq President Anton Buttigieg, Żejtun, jitwaħħlu traffic lights fejn emm zebra crossings fid-dawl ta' inċidenti tat-traffiku u nuqqas ta' sigurta' għal dawk li jaqsmu t-toroq?
Jista' l-Ministru jara li z-zebra crossings li hemm fl-imsemmija triq isiru aktar ċentrali lejn Triq Ħal Bajada u Triq M'Xlokk Road?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li ż-`zebra crossing` li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant saret mingħajr l-approvazzjoni tal-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku.
Il-Bord ma jistax japprova l-installazzjoni ta` `pedestrian crossings` f`postijiet fejn m`hemmx bankini.
Ftit xhur ilu il-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku informa lill-Kunsill Lokali taż-Żejtun li m`għandu ebda oġġezzjoni fil-prinċipju li jsiru `pedestrian crossings` fi Triq il-President Anton Buttiġieġ wara li jiġu mibnija l-bankini.
Jikkonferma l-Ministru li bħalissa għadhom għaddejjin id-diskussjonijiet bejn il-UHM u l-MTA għar-reviżjoni tal-ftehim kollettiv ġdid? Meta se jintlaħaq ftehim biex il-ħaddiema jibdew igawdu l-ftehim il-ġdid?
Response (REFALO, MICHAEL)
Diskussjonijiet bejn il-UHM u MTA għar-reviżjoni tal-Ftehim Kollettiv għadhom għaddejjin. Hija t-tama tiegħi li ftehim jintlaħaq fi żmien qasir.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingaġġat ħaddiema ġodda l-Malta Tourism Authority mill-1 ta' Jannar, 1999 sal-lum? F'liema gradi ġew ingaġġati u kemm qed jieħdu salarji u benefiċċji oħra? Mil-liema lokalita' ġejjin il-persuni ngaġġati?
Response (REFALO, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija numru 18031.
Infurmat li dawn l-impjegati li daħlu jaħdmu ma' l-Awtorita' huma residenti f'dawn il-lokalitajiet:
Żejtun (1), Tarxien (1), Fgura (3), Buġibba (1), Sta. Venera (4), San Pawl tat-Tarġa (1), B'Kara (2), Żurrieq (1), San Ġwann (1), Lija (1), Sliema (1), Birżebbuġa (1), San Ġiljan (1), Gżira (1), Pembroke (1) u Mellieħa (2).
Infurmat ukoll li l-ħlas u benefiċċji oħra li jgawdu huma kif ġej:
Direttur - Lm9,298
Lm1,000 'allowance, use of car, mobile telephone, private telephone bills'
'Senior Manager' - Lm7,469
Lm 600 'allowance, private telephone bills'
'Executives' - Lm5,825
Lm 400 'allowance *'
'Clerks' - Lm4,121
'Part-time Casuals' - Lm1.75 fis-siegħa
L-impjegati 'full time' huma wkoll intitolati għall-'Private Health Scheme', 'Accident Insurance' u 'Life Insurance'.
*Persuna minnhom hi intitolata għall-'Allowance' ta' Lm250 fis-sena għall-dmirijiet fl-ajruport.
Jista' l-Ministru jgħid fejn waslu l-investigazzjonijiet interni li kienu qed isiru fil-PBS dwar l-għajbien tal-video li saret lil Dom Mintoff waqt il-programm vice-versa?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Bord ta' Inkjesta maħtur mill-PBS biex jinvestiga l-każ imsemmi u jevalwa s-sitwazzjoni preżenti ta' sigurta` ta' materjal awdjoviżiv tal-Kumpanija għadu għaddej bix-xogħol tiegħu.
Il-Bord għadu ma ssottomettix ir-rapport tiegħu lill-Bord tad-Diretturi.