Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #20331 Sitting 403 2000-10-23 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għall-Ambjent

Power Station — Trab iswed

Question

Issa li ġie ddentifikat fiċ-ċert li trab iswed ħiereġ miċ-ċmieni tal-Power Station ta' l-Enemalta, jista' jgħid jekk dawk li batew xi ħsara jingħataw xi forma ta' kumpens? Per eżempju, kien hemm bosta individwi li kellhom ibattlu u jarmu kwantitajiet kbar ta' ilma mill-bjar peress li t-trab iswed kien jitħallat ma' l-ilma tax-xita.

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ir-risposta hija fin-negattiv.
Leg 9 PQ #20332 Sitting 403 2000-10-23 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

St. James Cavalier — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati f'St. James Cavalier? Kemm minnhom kienu f'dipartimenti oħra? Kemm kien hemm impjiegi ġodda? Kemm minnhom kienu ilhom jirreġistraw għax-xogħol? Id-dħul għal St. James Cavalier se jkun b'xejn?

Response (GALEA, LOUIS)

Għall-ewwel tlett mistoqsijiet nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 19708. Informat li l-ħaddiema li ġew impjegati f'St James Cavalier kienu jirreġistraw għax-xogħol. In ġenerali d-dħul għal St James Cavalier huwa b'xejn, iżda jista' jintalab ħlas għal attendenza f'attivitajiet kulturali organizzati minn organizzazzjonijiet u individwi kif jiġri f'tejatri u postijiet oħra kulturali.
Leg 9 PQ #20338 Sitting 403 2000-10-23 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għall-Ambjent

Toroq — Door numbering

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkomplew jiġu enumerati d-djar biex ikun aktar faċli li jiġu ddentifikati b'mod aħjar peress illi donnu dan il-proċess kien wieqaf? Jista' jgħid liema huma l-lokalitajiet ta' toroq li tlestew s'issa? Kemm hemm minn dawn u kemm huwa kkalkolat li baqa'?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #20340 Sitting 403 2000-10-23 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Sptar Monte Carmeli — Daħla

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta huwa pprogrammat li titlesta d-daħla ta' l-Isptar Monte Carmeli? Jaf li xogħol li hemm mibdi ilu 'l fuq minn sena u għadu mhux lest? Jaf kemm hu ta' periklu għal kulmin dieħel u ħiereġ bil-karozza kif ukoll għal pazjenti li l-familjarji tagħhom meta jiġu biex jaqsmu t-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lil Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 19956.
Leg 9 PQ #20341 Sitting 403 2000-10-23 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex fl-Isptar Monte Carmeli ċertu xogħol li jista' jsir mill-impjegati ta' l-istess sptar qed jingħata lill-privat? Jaf il-Ministru li eżempji ta' dan kien hemm il-ġarr ta' xi swali bil-pazjenti b'kollox għal xi swali oħra minħabba refurbishing bħalma sar meta ġġarrew il-pazjenti tal-wards 3, 5 u 6 ta' l-irġiel? Jaf ukoll illi xi xogħol ta' twieqi tal-ħadid li sar f'ward 2 irġiel, ingħata lill-privat meta hemm ħaddieda fl-istess sptar kapaċi jagħmlu dan ix-xogħol? Il-Ministru ma jaħsibx li dan huwa sparpaljar ta' flus il-poplu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fejn hu possibbli x-xogħol kollu li hemm bżonn fis-swali jsir mill-impjegati ta' l-Isptar. Fiż-żewġ eżempji msemmija, x-xogħol sar mill-privat. Ir-raġunjiet għal dan huma kif ġej: Ġarr ta' Swali: Kien hemm diversi drabi fejn ħaddiema ta' dan l-isptar ħadmu overtime biex iġorru swali minħabba xogħol ta' 'refurbishment'. Sfortunatament dan huwa xogħol iebes li ħafna mpjegati ma jkunux jixtiequ jagħmlu overtime fuq xogħol ta' tindif ġewwa s-swali. Barra minnhekk, meta tqis kemm jitħallas f'overtime ma' dak li jingħata l-burdnar id-differenza hi waħda żgħira. Wieħed ma jridx jinsa li l-ħaddiema li jkun qed iġorru huma l-istess nies li jagħmlu xogħol ta' tindif fis-swali. Għalhekk waqt xogħol ta' ġarr, xogħol ta' tindif jaqa' lura ħafna. Dawn ir-raġunijiet wasluna nieħdu deċiżjoni li jingħata dan ix-xogħol ta' ġarr 'il privat wara sejħa għall-offerti. Xogħol fuq twieqi tal-ħadid: Fl-isptar hemm żewġ ħaddieda u dawn jagħmlu x-xogħol kollu ta' manutenzjoni u tiswija li jkun hemm bżonn. Ma huwiex possibbli li dawn iż-żewġ ħaddiema jagħmlu x-xogħol kollu meħtieġ ġewwa l-isptar kif ukoll xogħol ieħor ġdid marbut mar-'refurbishment' tas-swali. Minħabba dan, xogħol kbir bħal ma kienu l-'pregnant windows' tas-sala numru 2 ta' l-irġiel jinħareġ għall-privat wara sejħa għall-offerti.
Leg 9 PQ #20261 Sitting 402 2000-10-20 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Toroq — Luqa Road - Paola

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba li saret biex jitwaħħlu pelican lights f'Luqa Road, Paola li kienet approvata mit-Traffic Control Board (Ref: ART & DIST RDS/59, LC45/3, LC62/3, Drawing RD26/00)? Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jżomm milli jsiru dawn il-pelican lights proposti għall-benefiċċju ta' l-abitanti u dawk li jkollhom jaqsmu din it-triq ferm traffikuża

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol meħtieġ hu mdaħħal f'kuntratt li ngħata mid-Dipartiment tat-Toroq għal biex isiru pelican lights f'diversi lokalitajiet, u x-xogħol f'Luqa Road hu maħsub li jibda xi tlett ġimgħat oħra.
Leg 9 PQ #19030 Sitting 400 2000-10-19 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Gwardjani lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm bħalissa gwardjani lokali li ġew ingaġġati fil-lokalitajiet kollha f'daqqa f'Malta u f'Għawdex? Jista' l-Ministru jagħti wkoll breakdown ta' kull raħal/belt?

Response (GATT, AUSTIN)

L-impjieg tal-Gwardjani Lokali isir minn ditti privati u mhux mill-Gvern u konsegwentament l-informazzjoni li qed jitlob l-Onorevoli Interpellant ma taqax taht ir-responsabilitajiet tieghi.
Leg 9 PQ #20114 Sitting 397 2000-10-17 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

DCC — Reconsideration

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm każi pendenti għar-reconsideration fuq l-agenda tad-DCC bħalissa? Kemm ilu l-aktar każ minn dawn jistenna li tiġi appuntata d-data tas-smiegħ? B' liema kriterji jiġu stabbiliti liema minn dawn għandha tiġi appuntata għas-smiegħ qabel l-oħra? Kemm jingħata żmien ta' preparazzjoni lill-partijiet kkonċernati għal dan is-smiegħ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat kif ġej:- Hemm 392 każ pendenti għar-rikonsiderazzjoni quddiem id-DCC. L-aktar każ li ilu jistenna d-data għas-smiegħ imur lura għall-24 ta` Marzu 2000. Il-kriterju li jintuża biex applikazzjoni tiġi appuntata data għas-smiegħ hija skond id-data ta` meta r-rapport tar-rikonsiderazzjoni jitlesta mill- case officer u jiġi riferut lill- Board għal deċiżjoni. Dan il-kriterju ma jiġix applikat f`dawk il-każi biss fejn tingħata ordni mill-Kummissjoni innifisha jew mic-Chairman ta` l-Awtorita`. Normalment id-data tas-smiegħ tal-każ tiġi appuntata 15-il ġurnata qabel, iżda mhux eskluż eċċezzjonijiet f`każ li l-Kummissjoni tintalab tikkunsidra l-każ fl-iqsar żmien possibli minħabba raġunijiet umanitarji.
Leg 9 PQ #20115 Sitting 397 2000-10-17 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Maltacom

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħallset VAT s'issa l-Maltacom cioe' bħala d-differenza bejn kemm suppost jitħallas mill-konsumatur u kemm attwalment jirċievi l-Gvern bħala VAT wara l-miżura li kien introduċa l-Gvern li jdaħħal il-VAT fuq it-telefon?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma tistax tingħata informazzjoni fuq tax payers individwali.
Leg 9 PQ #20116 Sitting 397 2000-10-17 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Toroq — It-Telgħa ta' Alla u Ommu

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk ingħatax it-tender għal-kisi bit-tarmac tat-triq magħrufa t-Telgħa ta' Alla u Ommu? Jista' jagħti ftit dettalji fejn din waslet?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-proċess ta' l-għażla wara s-sejħa għall-offerti li kienet saret mid-Dipartiment tal-Kuntratti u d-Dipartiment tat-Toroq għadu għaddej, u x'aktarx ma jdumx ma jiġi konkluż.
Leg 9 PQ #20117 Sitting 397 2000-10-17 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi — Arretrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabru ħlasijiet/arretrati għas-sena 1999 u matul din is-sena s'issa separatament? Jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn tħallsu in konnessjoni ma' residenzi privati u kemm in konnessjoni mal-kummerċ separatament?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika għall-liema jew x’tip ta’ ħlasijiet qiegħed jirreferi.
Leg 9 PQ #19929 Sitting 392 2000-10-13 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Taxxi — Arretrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabru ħlasijiet/arretrati għas-sena 1999 u matul din is-sena s'issa separatament? Jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn tħallsu in konnessjoni ma residenzi privati u kemm in konnessjoni mal-kummerċ separatament?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nissuġġerixxi li din il-msitoqsija ssir lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #19933 Sitting 392 2000-10-13 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħalset VAT s'issa l-Maltacom cioe bħala d-differenza bejn kemm suppost jitħallas mill-konsumatur u kemm attwalment jirċievi l-Gvern bħala VAT wara l-miżura li kien introduċa l-Gvern li jdaħħal il-VAT fuq it-telefon?

Response (BONNICI, JOSEF)

Peress li din il-mistoqsija titratta ħlas ta' V.A.T., u peress li d-dipartiment involut ma jiffurmax parti mid-dekasteru tiegħi, nissuġġerixxi li l-mistoqsija ssir lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #19565 Sitting 378 2000-10-02 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għall-Ambjent

Cesspits — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhija r-raġuni illi fit-tweġiba li tani għall-interpellanza numru 17656 ta' l-4 ta' Lulju, 2000 kien qal li l-ħlasijiet hemm speċifikati dovuti in konnessjoni ma' żvujtar ta' cesspits li kienu saru fl-1997/98 qegħdin fil-proċess li jitħallsu u fil-fatt għadhom ma tħallsux?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-proċċess tal-ħlas għadu għaddej.
Leg 9 PQ #19030 Sitting 367 2000-09-22 Oral · Interim From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Gwardjani lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm bħalissa gwardjani lokali li ġew ingaġġati fil-lokalitajiet kollha f'daqqa f'Malta u f'Għawdex? Jista' l-Ministru jagħti wkoll breakdown ta' kull raħal/belt?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta ghadha qed tingabar, u r-risposta tinghata f'xi seduta ohra.
Leg 9 PQ #18758 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

Protezzjoni Ċivili — Sinjali ta' l-għawm

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 18498, li oriġinarjament saret lill-Ministru tat-Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': jista' jikkonsidra l-proposta li jitwaħħlu sinjali ħdejn il-baħar li jindikaw jekk ikunx tajjeb għall-għawm fid-dawl tad-diżgrazzji li seħħew f'pajjiżna matul dawn l-aħħar ġimgħat?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kien diġa` waħħal tlett 'notice boards' miktuba b`diversi lingwi fosthom il-Malti, l-Ingliż, it-Taljan, il-Franċiż, il-Ġermaniż, kif ukoll l-Ispanjol. Dawn in-'notice boards' ġew impoġġija waħda fil-bajja ta` Għajn Tuffieħa (il-bajja ħdejn il-"Golden Bay Hotel"), waħda fir-"Ramla l-Ħamra" ġewwa Għawdex u l-oħra f`Wied iż-Żurrieq. Dawn il-"boards" iservu bħala twissija lill-pubbliku biex jevita li jgħumu f`każ ta` baħar qawwi. Qed jiġu kunsidrati li jsiru sinjali simili f`postijiet oħra.
Leg 9 PQ #18516 Sitting 360 2000-07-25 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Returns

Question

Wara l-kampanja li saret mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni biex jintbagħtu r-returns sat-30 ta' Ġunju, 2000, jista' l-Ministru jgħid meta se jintbagħtu l-acknowledgements lit-taxpayers anke fid-dawl taċ-ċekkijiet li l-istess taxpayers bagħtu mal-formoli?

Response (DALLI, JOHN)

Narraf lill-Onorevoli Interpellant li l-'acknowlegements' lit-taxpayers bdew jintbatu u huwa previst li jkunu ntbatu kollha fil-ġima li ġejja.
Leg 9 PQ #18517 Sitting 360 2000-07-25 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tat-Tax Compliance Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid min preżentement qed iservi fid-Dipartiment tat-Tax Compliance Unit fi ħdan il-Ministeru tal-Finanzi? Jista' jgħid jekk il-ħaddiema msemmija humiex ħaddiema tal-gvern jew le u jekk huma ħaddiema tal-gvern x'kariga għandhom mal-gvern? X'uffiċċini se jingħataw tat-Tax Compliance Unit u x'benefiċċji oħra se jkollhom?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li prezentement hemm tliet officjali li ja[dmu full-time mat-Tax Compliance Unit fi [dan il-Ministeru tal-Finanzi. Dawn kollha [addiema tal-Gvern u g[andhom dawn il-Karigi: Head Tax Compliance Unit - Skala 1 Assistant Principal - Skala 11 Clerk - Skala 16 L-ufficini li ser jing[ataw tat-Tax Compliance Unit huma ufficini moderni fit-tielet sular ta Millenia Buildings, Aldo Moro Street, Marsa. Minbarra l-[las li ser jinghataw ghas-servizzi tag[hom certi professjonisti u ufficjali gholja fl-amministrazzjoni ser jinghtaw ukoll car allowance, petrol allowance u bonus skond il-mertu.
Leg 9 PQ #18518 Sitting 360 2000-07-25 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Siġar/pjanti — Tħawwil

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħawwlu siġar u pjanti mid-dipartiment konċernat u fejn dawn tħawwlu matul din is-sena?

Response (ZAMMIT, NINU)

It-taħwil ta' siġar, arbuxelli u pjanti ornamentali għas-sena 2000, minn Jannar sa Ġunju, huma dawn: Siġar 5,092Arbuxelli 11,565Annwali 38,300 ------------- Total: 54,957 ------------- Dan it-taħwil sar fil-lokalitajiet imsemmija hawn taħt: Attard, Birzebbugia, Birkirkara, Birgu, Buskett, Balzan, Floriana, Fgura, Gharghur, Ghar Dalam, Kennedy Grove, Kalkara, Kirkop, Hal Far, Hal Ferh, Lija, Luqa, Naxxar, Mgarr, Marsa, Mosta, Mellieha, Mriehel, Mqabba, Mdina, Marsaxlokk, Rahal Gdid, Rabat, San Pawl il-Bahar, Santa Lucija, Santa Venera, San Gwann, Siggiewi, Safi, Sliema, San Pawl tat-Targa, Pembroke, Qormi, Qrendi, Xemxija, Zurrieq, Valletta u Zebbug.
Leg 9 PQ #18519 Sitting 360 2000-07-25 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Tarxien — Tiswija ta' toroq

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari u t-tweġiba tagħha numru 14952 dwar tiswija ta' toroq f'Ħal Tarxien, jista' l-Ministru jgħid jekk ġietx aġġudikata l-unika offerta u jekk fl-affermattiv, meta se jibdew ix-xogħlijiet?

Response (GALEA, ĊENSU)

Ninsab infurmat illi l-kuntratt biex isiru t-toroq msemmija ingħata u bħalissa d-Dipartiment qed jistenna li jirċievi l-garanzija tal-Bank biex ikun jista' joħroġ l-'order to start work'.