Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Politika Soċjali — Impjegati Ġodda

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda matul is-sena 2000 ma' organizzazzjonijiet jew entitajiet parastatali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu? Xi gradi qegħdin jokkupaw dawn il-ħaddiema? X'salarji/benefiċċji qed jieħdu l-imsemmija ħaddiema?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #21514 Sitting 438 2000-11-28 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Impjegati Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda matul is-sena 2000 ma' organizzazzjonijiet jew entitajiet parastatali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu? Xi gradi qegħdin jokkupaw dawn il-ħaddiema? X'salarji/benefiċċji qed jieħdu l-imsemmija ħaddiema?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 21597.
Leg 9 PQ #21515 Sitting 438 2000-11-28 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Impjegati Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda matul is-sena 2000 ma' organizzazzjonijiet jew entitajiet parastatali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu? Xi gradi qegħdin jokkupaw dawn il-ħaddiema? X'salarji/benefiċċji qed jieħdu l-imsemmija ħaddiema?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li se nqiegħed ir-risposta għall-interpellanza Nru. 21515 fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #21475 Sitting 437 2000-11-28 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ċelebrazzjonijiet tal-Millenju — Kontijiet pendenti

Question

Issa li kważi għaddiet sena mill-1 ta' Jannar, 2000, jista' l-Ministru jikkonferma li ma fadalx kontijiet pendenti x'jitħallsu lil dawk li ħadu sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-millenju? Jekk fil-fatt fadal min jitħallas, min huma dawn u kemm hu l-ħlas dovut lilhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-kontijiet pendenti konnessi maċ-ċelebrazzjonijiet tal-Millennju jammontaw b'kollox għal Lm47,600 maqsumin hekk: Sign It Lm41,345 Ligh Sound Vision Lm 6,255.
Leg 9 PQ #21476 Sitting 437 2000-11-28 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Spetturi

Question

Issa wara li ġie ppubblikat ir-riżultat għall-pożizzjoni ta' spetturi tal-VAT, jista' l-Ministru jgħid kemm se jingaġġa spetturi ġodda? Meta se jiġi ngaġġati? X'benefiċċji dawn se jgawdu minnhom ġaladarba jkunu qed iservu bħala spetturi tal-VAT?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-kundizzjonijiet ta’ l-ingaġġ ta’ l-Ispetturi tal-VAT huma kif imniżżla fiċ-Ċirkulari ta’ l-MPO Numru 43/2000 tal-25 ta’ Mejju 2000. Huwa ippjanat li jiġu ingaġġati madwar tletin spetturi ġodda fi tlett gruppi separati matul din is-sena u s-sena d-dieħla skond l-order of merit, iżda dan in-numru jista’ jinbidel skond esiġenzi ġodda li jistgħu jinqalgħu.
Leg 9 PQ #21478 Sitting 437 2000-11-28 Oral · Final From: JOE CILIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Unions

Question

Wara li f'Lulju ta' din is-sena kien ġie mħabbar mill-Prim Ministru li l-ftehim bejn il-gvern u l-unions dwar il-General Service dalwaqt kien se jiġi konkluż u llum Novembru u għadu ma ġie konkluż xejn, nerġa' nistaqsi lill-Prim Ministru meta se jiġu fi tmiemhom it-trattattivi u jiġi ffirmat il-ftehim tal-general service grades?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ftehim kollettiv intlaħaq ma’ l-Unions f’Diċembru 1998 u t-taħdidiet dwar ftehim kollettiv ġdid jibdew, kif miftiehem ma’ l-istess Unions, f’Ġunju 2001. Ninsab infurmat, li d-diskussjonijiet li għaddejjin huma fil-qafas ta’ eżerċizzju korrettorju u mhux għal ftehim ġdid tal-“General Service Grades”. Huwa ttamat li dawn id-diskussjonijiet ikunu finalizzati ma jdumux.
Leg 9 PQ #21485 Sitting 437 2000-11-28 Oral · Interim From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Tobba

Question

Jista' l-Ministru jgħid u jispjega għaliex meta t-tobba fl-Isptar Monte Carmeli jirriferu pazjent "b'urġenza" fl-Isptar San Luqa, dawn ġieli jdumu anke sa sitt (6) sigħat? Jaf li kull darba li jiġri hekk qed jinħoloq inkonvenjent kemm lil pazjent u kemm lin-nurse li jkun mal-marid? Jaf li minħabba f'hekk, ħafna drabi, speċjalment bil-lejl, is-sala minn fejn ikun intbagħat il-pazjent tibqa' b'nurse waħdu ma' xi 30 pazjent?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għal din il-mistoqsija parlamentari qiegħda tinġabar u r-risposta tingħata fil-futur qarib.
Leg 9 PQ #21487 Sitting 437 2000-11-28 Oral · Interim From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-kuntratturi tal-ħaxix, frott, ħoż u laħam li jfornu l-Isptar Monte Carmeli? Kemm ilhom jingħataw dawn il-kuntratti lill-istess kuntrattur f'kull każ? Kull meta joħorġu t-tenders?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #21490 Sitting 437 2000-11-28 Oral · Interim From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Monte Carmeli

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il porzjon ta' ikel joħroġ kuljum għall-impjegati mill-kċina ta' l-IsptarMonte Carmeli? Kemm hi l-ispiża ta' dan l-ikel kull sena? Kemm minn dawk li jieklu jikkontribwixxu għal dan l-ikel? Kemm minn dawk li jieklu ma jikkontribwixxux għal dan l-ikel? Veru li l-porzjon ta' dawk li huma ntitolati għall-ikel ġie mnaqqas biex jagħmel tajjeb għal dawk li mhux intitolati?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #21459 Sitting 436 2000-11-27 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex fl-Isptar Monte Carmeli lill-pazjenti qed jingħatawlhom kutri ferm inferjuri u ta' kwalita' ħażina, fis-sens li tant ilhom jintużaw li saru rqaq daqs il-lożor u flok qed tintuża kutra waħda jkun hemm bżonn ta' tnejn jew aktar bi spiża akbar għas-swali?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-Management ta` l-Isptar għamel kuntatt ma diversi swali u ma nstabx li hemm xi problema dwar kutri li jinstabu f'kundizzjoni ħażina. Il-proċedura użata hi li meta dawn il-kutri jkunu qed jinħaslu fil-Laundry, jiġu magħżula biex dawk li huma f'kundizzjoni ħażina jiġu mwarrba u mibdula ma oħrajn ġodda. Jekk l-Onor. Interpellant jaf b'xi każ nitolbu jinfurmani bih.
Leg 9 PQ #21465 Sitting 436 2000-11-27 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

Budget

Question

B'riferenza għad-diskors tal-budget, jista' l-Ministru jgħid kif sejjer jikkontrolla n-nefqa tal-gvern fuq l-overtime? Se jsiru laqgħat u joħorġu linji ta' gwidi dwar kif għandu jiġi approvat l-overtime?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bħala parti mill-proċess ta' kontroll fuq in-nefqa Pubblika, il-Ministeru tal-Finanzi, fir-riġward tal-overtime ħareġ ċirkulari, aktar kmieni din is-sena, fejn antiċpa l-arranġament li se jiġu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar li ġej kif se jingħad: 1. li l-allokazzjoni ta' flus għall-ħlas ta'overtime se tkun iffriżata fuq il-livell ta' l-allokazzjoni orġinarjament approvata (i.e. mhux riveduta) għas-sena 2000; 2. li mhux se jkunu permessi trasferimenti ta' ammonti oħra ta'flus minn allokazzjonijiet oħra (virements) ħlief f'ċirkustanzi speċjali, per eżempju, nuqqas ta' staff, u dan wara l-awtorita' bil-miktub, mill-Finanzi; 3. li, bħala miżura pro-attiva u bħala inċentiv għall-Ministeri u d-Dipartimenti li jnaqqsu l-infiq fuq l-overtime, 50% ta' l-ammont allokat għall-overtime li jibqa' bla minfuq se jerġa jkun allokat mill-ġdid s-sena ta' wara lill-istess Ministeru/Departiment għall-użu ta' provvedimenti oħra basta dawn ikunu nfiq speċjali u ta' darba biss u approvati mill-Finanzi; 4. li l-approvazzjoni ta' overtime mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru se titħaddem f'sistema struturata. Din l-approvazzjoni ma tkunx għal aktar minn tliet xhur u tkun marbuta' ma' biċċiet 'ad hoc' b'miri specifiċi. L-awtorita' tas-Segretarju Permanenti ma tkunx delegata lill-ebda uffiċċjal ieħor fil-Ministeru. It-talba għall-ħdim ta'overtime issir fuq applikazzjoni mfassla għal dan il-għan u annessa mill-Finanzi flimkien maċ-cirku;ari msemmija; 5 li ebda uffiċċjal pubbliku mhu se jitħalla jaħdem l-overtime f'Ministeru jew f'Dipartiment ieħor li mhux toegħu; 6. li overtime minn uffiċċjal pubbliċi fi grad 7 u grad ekwivalenti mhux permessibli u li r-rata tal-ħlas tal-overtime tibqa' marbuta mal-paga fuq skala 10.
Leg 9 PQ #21467 Sitting 436 2000-11-27 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Kunsilli Lokali — Kunsilliera

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kunsilliera rriżenjaw matul din is-sena? Mil-liema lokalita' kienu?

Response (GATT, AUSTIN)

Matul din is-sena irrizenjaw tmien (8) kunsillieri - wiehed minn kull lokalita` imsemmija hawn taht: Bormla, Fgura, Isla, Xaghra, Xewkija, Zebbug , Zebbug (Ghawdex) u Msida.
Leg 9 PQ #21468 Sitting 436 2000-11-27 Oral · Interim From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fid-Diviżjoni tas-Saħħa li jieħdu xi forma ta' allowance fissa? Għal-liema raġuni jieħu din l-allowance u kemm jieħu f'termini ta' flus ta' din l-allowance?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #21470 Sitting 436 2000-11-27 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Ħaddiema - Passi dixxiplinarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ittieħdu passi dixxiplinarji matul din is-sena u s-sena l-oħra kontra l-ħaddiema li jaħdmu fid-Diviżjoni tas-Saħħa? Liema gradi jokkupaw l-imsemmija ħaddiema? X'tip ta' passi dixxiplinarji ttieħdu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li n-numru ta` passi dixxiplinarji li 'ttieħdu matul is-snin 1999-2000 kontra ħaddiema li jaħdmu fid-Diviżjoni tas-Saħħa huwa kif ġej: SENA 1999 Gradi Misjuba Ħ atja Mhux Ħ atja Mwissija Mmultati Total Tobba 33 4 30 3 37 Infermiera u Qwiebel 20 20 18 2 40 Paramediċi 11 4 7 4 15 Klerikali 6 1 6 - 7 Sigurta` 18 15 15 3 33 Industrijali 15 6 6 9 21 Health Assistants/Hospital Auxiliaries 31 9 19 12 40 TOTAL 193 SENA 2000 Gradi Misjuba Ħ atja Mhux Ħ atja Mwissija Mmultati Pendenti Total Tobba 10 8 8 2 2 20 Infermiera u Qwiebel 6 35 6 - 45 86 Paramediċi 101 6 100 1 5 112 Klerikali 109 3 109 - 3 115 Sigurta` 31 16 29 2 10 57 Industrijali 32 16 29 3 22 70 Health Assistants/Hospital Auxiliaries 29 55 23 6 13 97 TOTAL 557
Leg 9 PQ #21473 Sitting 436 2000-11-27 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Impjegati każwali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm bdew jaħdmu mpjegati fuq bażi casual fid-Diviżjoni tas-Saħħa fl-FMS matul is-sena 1999 u din is-sena? Xi gradi kienu jokkupaw dawn il-ħaddiema? Kemm minnhom inqalbu fuq bażi permanenti mal-gvern?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni dwar nies li bdew jaħdmu fuq bażi każwali fid-Diviżjoni tas-Saħħa fl-1999 u din is-sena hija kif ġej: 1999 Bdew jaħ dmu fuq baż i każ wali Inqalbu fuq baż i permanenti Enrolled Nurse 30 24 Health Inspector 6 6 House Surgeon (Dentistry) 8 8 Medical Laboratory Technologist 16 15 Pharmacist 1 1 Physiotherapist 2 2 Radiographer 2 2 Speech Therapist 15 15 Staff Nurse 60 2 Occupational Therapist 1 - 2000 Bdew jaħ dmu fuq baż i każ wali Inqalbu fuq baż i permanenti Enrolled Nurse 48 - Health Inspector 6 - Medical Officer 1 - Midwife 18 - Pharmacist 16 - Physiotherapist 10 - Speech Therapist 1 - Pharmacy Technician 2 - Radiographer 6 - Staff Nurse 43 - Dwar l-impjegati li għadhom ma nqalbux fuq bażi permanenti, s-sejħiet għall-applikazzjonijiet qed jiġu pproċessati mill-Kummissjoni dwar is-servizz Pubbliku ħlief fil-każ tal-Medical Officer. Fil-każ ta' l-F.M.S., ma ġie mpjegat ħadd fuq bażi casual matul is-sena 1999 u din is-sena.
Leg 9 PQ #21438 Sitting 435 2000-11-24 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

Fringe benefits — Tassazzjoni

Question

B'riferenza għad-diskors tal-budget, b'mod partikolari dwar it-tassazzjoni fuq il-fringe benefits, jista' l-Ministru jgħid jekk humiex se jkunu taxxabbli wkoll il-mobile phones, petrol, telephones u benefiċċji oħra li għandhom l-istaff fil-ministeri tal-gvern?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-dettalji ta' kif il-liġi eżistenti dwar il-Frindge Benefits se tiġi mplimentata tqiegħdu fuq il-mejda tal-kamra. Dawk imsemmija fil-mistoqsija mhux se jkollhom ezenzjoni minn dawn ir-regoli.
Leg 9 PQ #21440 Sitting 435 2000-11-24 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Avviżi

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm intnefqu finanzi f'avviżi fuq il-ġurnali u mezzi tax-xandir b'mod separat (partikolarment mill-MIC)? Jista' jindika l-istazzjonijiet u l-ġurnali u media, wieħed wieħed u kemm ħadu finanzi kull wieħed?

Response (BORG, JOE)

L-informażżjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #21441 Sitting 435 2000-11-24 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Dipartiment ta' l-Emerġenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni ddaħħlu jew marru jagħmlu użu mid-Dipartiment ta' l-Emerġenza fl-Isptar San Luqa mill-bidu tas-sena sal-lum, xahar b'xahar bħala total globali?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li persuni li ddaħħlu jew marru jagħmlu użu mid-Dipartiment ta` l-Emerġenza fl-Isptar San Luqa minn Jannar 2000 sa Ottubru 2000 huma:- Jannar 8529 Frar 8379 Marzu 9289 April 8797 Mejju 9258 Ġunju 8945 Lulju 9389 Awwissu 9249 Settembru 8760 Ottubru 8469
Leg 9 PQ #21442 Sitting 435 2000-11-24 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għall-Ambjent

Trab iswed

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn waslu d-diskussjonijiet bejn il-Ministeru ta' l-Ambjent u s-sindki tan-naħa t'isfel ta' Malta dwar il-problema ta' trab iswed?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Jiena qed inżomm lis-Sindki tan-naħa t'isfel ta' Malta infurmati dwar l-iżvilupp li qed ikun hemm biex tinstab soluzzjoni għall-problema tat-trab iswed. L-aħħar laqgħa li kelli magħhom saret nhar l-Erbgħa, 22 ta' Novembru, 2000.
Leg 9 PQ #21443 Sitting 435 2000-11-24 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

Malta Government Privatistation plc — Bonds

Question

Jikkonferma l-Ministru li l-bonds tal-Malta Government Privatistation plc (MAP) ma nbiegħux kollha? Kemm eventwalment nbiegħu? Kemm kien hemm applikazzjonijiet mill-banek u minn ċittadini jew individwi separatament? Dan in-nuqqas ta' bejgħ ta' bonds huwa turija ta' sfiduċja mill-pubblika fil-privatizzazzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ħarġa ta’ 100,000 Privatisation Bonds, li għalqet fl-14 ta’ Novembru, kienet sottoskritta kif gej: Il-valur ta’ Bonds li ttieħdu permezz ta' Pre-Placement Arrangement minn tmien intermedjarji finanzjarji, stock brokers u aġenti awtorizzati mill-Borża ta’ Malta biex ibiegħu dawn il-Bonds, huwa ta’ Lm 2,854,400. Tmien mitt investitur privat xtraw Bonds għall-valur ta’ Lm 2,156,900 filwaqt li l-bilanċ tal-ħarġa, li jammonta għal Lm 4,988,700 ttieħed mill-Bank of Valletta p.l.c. bħala underwriter tal-ħarġa. Ta’ min wieħed isemmi li kif semmejt diġa` fid-diskors tal-Budget, dan it-tip ta` Bond huwa l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu fuq is-suq Malti li qed joffri lill-pubbliku ċerti benefiċċji minflok il-ħlas ta’ imgħax. Kif għidt ukoll fid-diskors tal-budget, din l-issue saret biex ikun mgħaruf ir-reazjoni tas-suq għal dan it-tip ta' nvestiment. L-ammont zgħir maħruġ jindika dan.