Jista' l-Ministru jgħid jekk in konnessjoni man-next day delivery (Delivery J+1) fil-Maltapost qed jiġi ntrodott night shift ġdid biex is-servizzi postali jkunu jistgħu jsiru mingħajr il-266 impjegat li qed jingħad li huma żejda?
Jikkonferma l-Ministru li sa ftit ilu ittra li kienet tiġi mpustata qabel is-7.00 a.m. kienet tasal fl-istess ġurnata? Jaqbel il-Ministru li llum din tasal l-għada jekk mhux aktar tard ukoll?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministri kkonċernat.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-futur tal-ħaddiema li jinstabu b'kuntratt mal-Maltapost fid-dawl tat-tnaqqis fin-numru ta' ħaddiema tal-kumpannija proġettat? Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm minn dawn u kemm minhom jinsabu fil-managment level?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni dwar il-ħaddiema tal-Maltapost li għandhom jiġu reinstated fis-servizz pubbliku? B'liema kondizzjonijiet in konnessjoni ma salarji għandu jsir dan?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
In konnessjoni mat-tnaqqis maħsub fil-work force tal-Maltapost b'madwar 266 impjegat, jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-Maltapost jekk dan l-iskop ma jintlaħaqx b'mod konsenswali mal-ħaddiema?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jgħid in konnessjoni mal-Maltapost, xi spejjeż huwa maħsub li jkun hemm biex jinħolqu delivery hubs? Kemm hu maħsub li jkun in-numru tal-workforce f'dawn id-delivery hubs?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-Maltapost dwar investiment li minn Lm204.000 għandu jaqbeż il-Lm1 miljun? Minn fejn huwa maħsub li ġejjin il-flus biex issir tali żieda fl-investiment mill-kumpannija?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lil-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jgħid kemm għandha konsulenti lokali u barranin il-Maltapost? X'inhu s-salarju ta' dawn it-tali u kwalunkwe benefiċċji oħrajn li jmorru mal-kariga?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jara li jogħla ċ-ċeiling ta' l-Income tax b'tali mod li l-pensjonanti ma jibqgħux iħallsu taxxa aktar fejn ma għandhomx xi dħul minn sorsi għajr il-pensjoni? Jaf il-Ministru li ċerti pensjonanti fuq il-pensjoni biss ukoll iħallsu t-taxxa? Jista' jsir xi ħaġa biex ma jġorrux dan il-piż?
Response (DALLI, JOHN)
Kemm hu komdu tgħum fis-sħab mill-bankijiet ta' l-oppożizzjoni.
Jista' il-Ministru jara li arretrati dovuti lill-persuna mejta li d-dettaliji tagħha qed jintbagħtu separatament jiġu mgħoddija lill-armla peress li għandha bżonnhom u qed jgħidulha li trid tistenna xi ħames xhur?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna konċernata ġiet avżata personalment dwar il-każ tagħha.
Jista' il-Ministru jara li ma jibqax isir parking tal-karozzi fl-aktar parti wiesgħa ta' sqaq it-Tramuntana Ħal Tarxien, minħabba li meta jkunu jridu jduru bil-karozzi biex joħorġu mill-isqaq qed isibuha ferm diffiċli minħabba li jkun hemm ipparkjati l-karozzi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Tajt struzzjonijiet lil-Awtorita' dwar it-Trasport biex tiċċekja t-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant sabiex jiġi deċiż xinhu l-aħjar li jsir.
Jista' il-Ministru jgħid kemm inqabdu skejjen tal-klandestini din is-sena? Jista' jgħid f'liema kundizzjoni huma, xi kemm jiswew il-waħda u xi ħsieb hemm li jsir bihom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul din is-sena kien hemm sittax (16) -il dgħajsa involuta fit-traġitt ta` klandestini. Tnejn kienu suġġett ta` operazzjoni ta` salvataġġ mill-Forzi Armati wara li kienu f`diffikultajiet. Waħda minnhom kienet għerqet waqt il-ħidma ta` salvataġġ, filwaqt li l-oħra għadha qed tkun miżmuma sakemm isiru l-investigazzjonijiet. Mill-erbatax l-oħra li kienu daħlu Malta bil-klandestini, waħda kienet ġiet ritornata lil sidha, oħra tkissret mal-blat waqt il-wasla, filwaqt li l-oħrajn ġew eżebiti fil-proċeduri quddiem il-Qorti li ordnat il-konfiska tagħhom. Għaldaqstant ġentilment nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-aħħar parti tal-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ il-Ministru jara li jinbidlu żewġ tabelli (Traffic Signs) li jindikaw id-destinazzjoni ta' l-irħula f'’Tal-Barrani Road Tarxien waħda li hemm bejn l-iskola u l-pompa tal-petrol u l-oħra aktar `l isfel kif taqbeż l-ewwel sett ta’ traffic lights qabel iddur lejn triq San Anard għax litteralment huma mqaxxra u ma jidher xejn bil-konsegwenza li ħafna turisti jipiċċaw mitlufa?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat illi d-Direttorat għat-Toroq diġa ħa l-passi biex dawn it-tabelli jiġu mibdula sabiex il-kitba li għandhom fuqhom tkun tista terġa tibda tinqara.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm oqbra ssiġillati fiċ-ċimiterju ta' l-Addolorata cioe' oqbra li s-sidien tagħhom ma jridux li jibqa jsir dfin fihom? Jista' jsir xi ħaġa biex wara ċertu żmien jerġgħu jibdew jintużaw biex isir użu sew mill-ispazju limitat li hemm fiċ-ċimiterju?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li jeżistu madwar 450 qabar issiġillat fiċ-ċimiterju ta` l-Addolorata.
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, tali siġillar ta` oqbra jsir permezz ta` dokument notarili, liema dokument jista` jsir peress li l-qabar ikun inxtara minn sidien privati u b'hekk huwa kkunsidrat bħala propjeta` privata.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn permessi validi bħalissa lill-persuni biex jarmaw f'open air market? Jista' il-Ministru jgħid kemm ilhom li reġgħu nfetħu l-applikazzjonijiet għal dawn it-tip ta' permessi, u kemm hemm pendenti applikazzjonijiet għal tali permessi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li bħalissa hawn 70 permessi validi li ingħataw lil persuni biex jarmaw f'open air markets. L-applikazzjonijiet għal dawn it-tipi ta' permessi infetħu fit-2 ta' Mejju 2002 u fil-preżent hemm 96 applikazzjoni għal tali permessi li għad iridu jitħallsu.
Dwar liċenzji ta' dan it-tip li nħarġu mill-Pulizija sa l-aħħar ta' April ta' din is-sena, nissuġġerixxi li l-mistoqsija issir lill-Ministru ikkonċernat.
Jista' il-Ministru jara li ma tibqax issir aktar ħsara lil arma tal-ġebel li hemm fuq l-opramorta tal-bieb prinċipali ta' l-iskola tal-kindergarten fi Triq l-Iskola Ħal Tarxien? Jista' il-Ministru jara li din tiġi rrestawrata kif xieraq qabel ma jkun tard wisq?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jara li jsiru traffic lights jew xi sistema oħra li jidderiġi t-traffiku aħjar f' salib it-toroq f' Raħal Ġdid, magħrufa aħjar bħala ta' ħdejn l-ispiżerija ta' Portelli, cioe' f'Palm Street kantuniera ma' Triq Luqa kantuniera ma' Triq Tarxien minħabba li ta' spiss qed ikun hemm konġestjoni ta' traffiku fejn ħadd ma jagħti d-dritta lil ħadd u qed jinħoloq ħafna traffic jam speċjalment f'ħinijiet tax-xogħol?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li d-Direttorat tat-Toroq kien analizza l-
junction
imsemmija mill-Onor. interpellant iżda rriżulta li ma jistax jiġi nstallat ebda' sistema ta'
traffic lights
minħabba li t-triq hija dejqa ma tistax tiġi ntrodotta
third lane
.
Jista' il-Ministru jara li tingħata attenzjoni għal mod ta' kif qed jitwaħħlu ċerti traffic signs peress li hemm ħafna minn dawk li twaħħlu ġodda dan l-aħħar li għandhom l-ittri żgħar ħafna u ma jinqrawx mill-bogħod ħlief meta tkun wasalt ħdejhom speċjalment meta jidlam u oħrajn huma bla dawl bħal dawk li hemm imwaħħla mal-bridge fi triq Aldo Moro l-Marsa kif ukoll peress li jeżistu oħrajn li twaħħlu quddiem xi arblu tad-dawl li meta fil-għaxija jinxtegħel jkun impossibli li taqra t-tabella? Jaf il-Ministru li hemm tabelli oħra li tant kemm kibru s-siġar ta' madwarhom li la jidhru bin-nhar u l-anqas bil-lejl?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li t-tabelli l-ġodda li qed jitwaħħlu fit-triq arterjali no. 1, mill-Freeport saċ-Ċirkewwa huma mamgħula skond l-istandards internazzjonali li jirregolaw dan ix-xogħol. Dawn huma magħmulin minn materjal li huwa retro-reflective illi jixgħel u b'hekk ikunu jidhru bid-dawl tal-karozzi infushom u għalhekk m'għandhomx bżonn jiddawlu bħal tabelli oħra li kienu jitwaħħlu qabel.
Id-Direttorat għat-Toroq għadu għaddej bix-xogħol biex jara li t-tabelli kollha li twaħħlu mhumiex mogħttija b'xi frieghi jew xi ostakli oħra.
Jista' il-Ministru jara li jitnaddaf it-terrapien tal-ġebel li tħalla barra fi triq il-Knisja kantuniera ma' triq id-Duttrina Ħal Tarxien li ilu akkumulat kważi sena?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nitolbu jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.