Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #21534 Sitting 441 2000-11-30 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għall-Ambjent

Tarxien — Triq il-Wilġa

Question

Jista' l-Ministru jara li titnaddaf l-għalqa mitluqa u żdingata li tinsab fi Triq il-Wilġa, Tarxien u jittella' ċint madwarha biex ma tibqax rubbish dump għad-detriment tas-saħħa u l-ambjent tar-residenti ta' l-inħawi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19922 (Seduta 392).

Pensjoni — Skemi Privati

Question

In konnessjoni mal-pensjoni ta' l-irtirar, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern dwar l-introduzzjoni ta' skemi privati li kontribuzzjoniijet mħallsa mill-individwu jitnaqqsu mill-kontribuzzjoni ta' l-N.I.

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għan-numru ta' Tweġibiet tiegħi f'dan il-parlament dwar il-pożizzjoni tal-Gvern fir-rigward tal-futur tas-sigurta' soċjali f'pajjiżna. B'mod partikolari nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġibiet tiegħi għal Mistoqsijiet Parlamentari Numri 12069 u 15843.
Leg 9 PQ #21536 Sitting 441 2000-11-30 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għalliema — Ħinijiet tax-Xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux qiegħed jikkonsidra xi tibdiliet fil-ħinijet tax-xogħol ta' l-għalliema u l-vaganzi tagħhom? Jekk fl-affermattiv, fejn waslet din il-konsiderazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Le.
Leg 9 PQ #21537 Sitting 441 2000-11-30 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Assessments

Question

Jista' l-Ministru jispjega x'inhi s-sistema tal-portofolios ta' l-għalliema u jagħti assessment ta' kif qed titħaddem? X'diffikultajiet qegħdin jinqalgħu?

Response (GALEA, LOUIS)

Mhux ċar għal-liema portoflios u assessment qed jirreferi l-Onor. Membru. Napprezza jekk jiċċara hux qed jirreferi għal dawn iż-żewġ suġġetti b'riferenza għall-implimentazzjoni tal-Kurrikulu Nazzjoali jew għal xi settur ieħor konness ma' l-Universita`.
Leg 9 PQ #21623 Sitting 441 2000-11-30 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għall-Ambjent

Trab Iswed

Question

B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 21442 dwar it-trab iswed, jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-konklużjonijiet jew żviluppi ġodda li ħarġu fl-aħħar laqgħa tiegħu mas-sindki tat-22/11/2000?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Kif diġa' ntqal fi stqarrija għall-istampa, fil-laqgħa li kelli mas-Sindki tan-naħa t'isfel ta' Malta fit-22 ta' Novembru 2000, jien infurmajthom x'wassal għall-kwestjoni u l-miżuri li qed jittieħdu, u se jkomplu jittieħdu, biex tiġi ndirizzata l-kwestjoni tat-trab iswed fl-interess ta' kulħadd. Inżid ngħid li kien hemm qbil mas-Sindki kollha li aktar dettalji jingħataw fiż-żmien opportun.
Leg 9 PQ #21525 Sitting 440 2000-11-30 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Impjegati Ġodda

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda matul is-sena 2000 ma' organizzazzjonijiet jew entitajiet parastatali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tagħha? Xi gradi qegħdin jokkupaw dawn il-ħaddiema? X'salarji/benefiċċji qed jieħdu l-imsemmija ħaddiema?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li ma ġie mpjegat l­ebda ħaddiema ġdid matul is­sena 2000 ma' organizzazzjonijiet jew entitajiet parastatali li jaqgħu taħt ir­responsabbilta' tal­Ministeru għal Għawdex.
Leg 9 PQ #21526 Sitting 440 2000-11-30 Oral · Interim From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Impjegati Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda matul is-sena 2000 ma' organizzazzjonijiet jew entitajiet parastatali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu? Xi gradi qegħdin jokkupaw dawn il-ħaddiema? X'salarji/benefiċċji qed jieħdu l-imsemmija ħaddiema?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għada qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #21527 Sitting 440 2000-11-30 Oral · Interim From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali — Impjegati Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda matul is-sena 2000 ma' organizzazzjonijiet jew entitajiet parastatali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu? Xi gradi qegħdin jokkupaw dawn il-ħaddiema? X'salarji/benefiċċji qed jieħdu l-imsemmija ħaddiema?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpllant li peress li l-informazzjoni ghadha qed tingabar, ir-risposta tinghata f'xi seduta ohra.
Leg 9 PQ #21530 Sitting 440 2000-11-30 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Trobbija ta' Fniek u Annimali Oħrajn

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hijiex kontravenzjoni kriminali u/jew ċivili t-trobbija ta' fniek jew annimali oħrajn fi bliet u nħawi abitati? Dawn kif jiġu regulati mill-pulizija?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-trobbija ta` ċertu annimali f`diversi lokalitajiet, huwa rregolat bil-Liġijiet tal-Pulizija (Kap. 10). Meta l-Pulizija ikollha rapport dwar din l-attivita`, dan jiġi nvestigat u tittieħed azzjoni skond ma jirriżulta mill-investigazzjonijiet.
Leg 9 PQ #21531 Sitting 440 2000-11-30 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Toroq — Sleeping Policeman

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir sleeping policeman ħdejn l-stop sign f'tarf Triq il-Pellikani int u dieħel għal Triq l-Isqof Tumas Gargallo, Tarxien peress illi hemm hekk ħafna jibqgħu ħerġin b'veloċita?

Response (GALEA, ĊENSU)

Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lill-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku biex jara x'jista' jsir.
Leg 9 PQ #21532 Sitting 440 2000-11-30 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għall-Ambjent

Tarxien — Manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jara li jitneħħa t-terrapien u ħmieġ li akkumula quddiem id-dar God Bless fi Triq il-Wilġa, Tarxien peress illi l-art ta' faċċata mhijiex għall-kostruzzjoni u tinsab żdingata?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19922 (Seduta 392).
Leg 9 PQ #21517 Sitting 439 2000-11-29 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għall-Ambjent — Impjegati Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda matul is-sena 2000 ma' organizzazzjonijiet jew entitajiet parastatali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu? Xi gradi qegħdin jokkupaw dawn il-ħaddiema? X'salarji/benefiċċji qed jieħdu l-imsemmija ħaddiema?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Matul is-sena 2000, in-numru ta' ħaddiema ġodda li ġew impjegati fid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru kienu kif jidher hawn taħt: GRAD DATA SALARJU BENEFIĊĊJI TAL-ĦATRA Consultant (On contract) 21.01.2000 Lm10,000p.a. -------- Clerk 24.04.2000 Skala 16 -------- Clerk 28.09.2000 Skala 16 -------- Ministry Communications Co-ordinator (On contract) 01.10.2000 Lm5,941p.a. Lm90 allowance fix-xahar Lm1680 car allowance p.a. Free telephone facilities Junior Legal Officer 16.10.2000 Lm4,451p.a. -------- 2 Environment Officers * 18.04.2000 Lm4,238p.a. -------- * Wieħed irriżenja minn mad-Dipartiment b'effett minn 16.10.2000
Leg 9 PQ #21518 Sitting 439 2000-11-29 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tat-Turiżmu

Ministeru tat-Turiżmu — Impjegati Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda matul is-sena 2000 ma' organizzazzjonijiet jew entitajiet parastatali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu? Xi gradi qegħdin jokkupaw dawn il-ħaddiema? X'salarji/benefiċċji qed jieħdu l-imsemmija ħaddiema?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li fid-Dipartiment tat-Turiżmu ġiet impjegata Part-Time Assistant Secretary b’salarju ta’ Lm 1560 fis-sena. Fl-I.T.S ġew impjegati 4 persuni kif ġej Konsulent (F.P.P) Lm 400 fix-xahar (4,800 p.a.) 2 Part-Time Lecturers Lm4 fis-siegħa 1 Part-Time Technician Lm2.30 fis-siegħa M.T.A impjegat dawn il-persuni 2 Diretturi Esekuttivi b’salarju ta’ Lm 10,298 1 Senior Manager b’salarju ta’ Lm 8069 14 Executives b’salarju ta’ Lm 6,478 kull wieħed 8 Skrivani b’salarju ta’ Lm 4,121 kull wieħed N.B. Ħames persuni ġew impjegati mill-M.T.A. minflok oħrajn li spiċċaw.
Leg 9 PQ #21520 Sitting 439 2000-11-29 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni — Impjegati Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda matul is-sena 2000 ma' organizzazzjonijiet jew entitajiet parastatali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu? Xi gradi qegħdin jokkupaw dawn il-ħaddiema? X'salarji/benefiċċji qed jieħdu l-imsemmija ħaddiema?

Response (GALEA, ĊENSU)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għal mistoqsijiet parlamentari Nru. 20915 u 19217, jien infurmat li ġew impjegati żewġ ħaddiema oħra ma' l-Awtorita' tat-Trasport Pubbliku, waħda bħala Accounts Officer u l-ieħor bħala I.T./Project Manager.
Leg 9 PQ #21521 Sitting 439 2000-11-29 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Impjegati Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda matul is-sena 2000 ma' organizzazzjonijiet jew entitajiet parastatali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu? Xi gradi qegħdin jokkupaw dawn il-ħaddiema? X'salarji/benefiċċji qed jieħdu l-imsemmija ħaddiema?

Response (BONNICI, JOSEF)

Peress li l-informazzjoni mitluba tinvolvi aktar minn sebgħa u għoxrin entita' bejn korporazzjonijiet u azjendi li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħi, ma narax għaliex għandha tinġabar tali informazzjoni daqshekk dettaljata sakemm ma ningħatax raġuni valida għaliex qed tintalab.
Leg 9 PQ #21522 Sitting 439 2000-11-29 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru ta' l-Intern — Impjegati Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda matul is-sena 2000 ma' organizzazzjonijiet jew entitajiet parastatali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu? Xi gradi qegħdin jokkupaw dawn il-ħaddiema? X'salarji/benefiċċji qed jieħdu l-imsemmija ħaddiema?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2000 l-Awtorita` ta` l-Ippjanar impjegat magħha 23 persuna li jinkludu 19-il persuna li qabel kienu jaħdmu bħala impressed drivers u li ġew offruti impjieg fiss ma` l-Awtorita` kif stabbilit f`deċiżjoni tal-Gvern aktar kmieni din is-sena. Il-grad tal-persuna, data ta` impjieg, u s-salarji/benefiċċji li qed jieħdu l-imsemmija ħaddiema huma hekk kif ġej: Grad Data ta` impjieg Salarju annwali (Lm) Benefiċċju annwali (Lm) 1 Secretarial Assistant (kuntratt definit ta` 6 xhur) 20 ta` Novembru 2000 4,332 Xejn 1 Junior Planning Executive (kuntratt definit ta` 12-il xahar) 23 ta` Ottubru 2000 5,490 ·Allowance għal spejjeżta` Lm225 ·Ħlas ta` miżata f`għaqda professjonali · Training credits ta` Lm100 · Performance Bonus (0-15%) tal-paga bażika annwali · Health insurance 1 Planning Officer (kuntratt definit ta` 24 xahar) 2 ta` Ottubru 2000 5,892 · Health insurance 1 Financial Controller 14 ta` Awissu 2000 7,222 ·Spejjeżta` telefon sa Lm200 · Allowance għal spejjeżta` Lm390 · Performance Bonus (0-15%) tal-paga bażika annwali · Health insurance ·Ħlas ta` miżata f`għaqda professjonali *19 Labourers 1 ta` Novembru 2000 2,635 · Ħlas ta` Lm698 għall-kirja tal-vettura * Dawn huma persuni li kienu diġa` qed jaħdmu bħala Impressed Drivers u li ġew offruti impjieg fiss ma` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar kif stabbilit f`deċiżjoni tal-Gvern aktar kmieni matul din is-sena.
Leg 9 PQ #21524 Sitting 439 2000-11-29 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd — Impjegati Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda matul is-sena 2000 ma' organizzazzjonijiet jew entitajiet parastatali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu? Xi gradi qegħdin jokkupaw dawn il-ħaddiema? X'salarji/benefiċċji qed jieħdu l-imsemmija ħaddiema?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd la hemm organizzazjonijiet u l-anqas entitajiet parastatali.
Leg 9 PQ #21507 Sitting 438 2000-11-28 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Prim Ministru — Kura fl-Amerika

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kura li ngħata dan l-aħħar il-Prim Ministru fl-Amerika ġietx mogħtija xi forma ta' għajnuna, anke dik finanzjarja mid-Divizjoni tas-Saħħa? Jekk iva, jista' jgħid x'kienet din l-għajnuna?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Sa issa ma ngħatat l-ebda forma ta' għajnuna finanzjarja għall-kura li ngħata dan l-aħħar il-Prim Ministru fl-Amerika. Hemm talba pendenti f'dan is-sens mill-konsulent Malti quddiem it-Treatment Abroad Board.
Leg 9 PQ #21509 Sitting 438 2000-11-28 Oral · Final From: JOE CILIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċju tal-Prim Ministru — Impjegati Ġodda

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda matul is-sena 2000 ma' organizzazzjonijiet jew entitajiet parastatali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu? Xi gradi qegħdin jokkupaw dawn il-ħaddiema? X'salarji/benefiċċji qed jieħdu l-imsemmija ħaddiema?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2000 f’organizzazzjonijiet jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà’ tiegħi ġew impjegati 38 nies ġodda u rriżenjaw 25. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra il-gradi u s-salarji/benefiċċji ta’ dawn l-impjegati.
Leg 9 PQ #21511 Sitting 438 2000-11-28 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Impjegati Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda matul is-sena 2000 ma' organizzazzjonijiet jew entitajiet parastatali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu? Xi gradi qegħdin jokkupaw dawn il-ħaddiema? X'salarji/benefiċċji qed jieħdu l-imsemmija ħaddiema?

Response (BORG, JOE)

Ma ġie mpjegat l-ebda ħaddiem ġdid ma organiżżazzjonijiet jew entitajiet parastatali li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi matul din is-sena. Nixtieq inżid pero illi għalkemm il-Malta EU Information Centre ma jaqax taħt ir-responsabbilta tiegħi, ġew impjegati sitt persuni ma' dan iċ-Ċentru matul is-sena elfejn.