Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #21816 Sitting 448 2000-12-05 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

Banek — Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn flus f'kontijiet bearer mal-banek qabel dawn twaqqfu? Kemm kien hemm bearer accounts li baqgħu miftuħin fejn ma kenux identifikati s-sidien tagħhom, x'sar mill-bilanċi rilevanti mill-banek lokali?

Response (DALLI, JOHN)

Ngharraf l-Onorevoli Interpellant li f'Dicembru ta' l-1999 il-Bank Centrali hareg direttiva lill-banek kummercjali sabiex ma jifthux aktar kontijiet bearer u jiehdu hsieb jghalqu dawk ezistenti sa Gunju tas-sena 2000. Tajjeb nghidu li mill-1994 l-hawn kull min jiftah kont bearer kien jigi identifikat skond ir-Regolament ta' l-1994 kontra l-Hasil ta' Flus. Il-kontijiet bearer pero' xorta baqghu trasferibbli u kien ghalhekk li l-Bank Centrali hareg din id-Direttiva f'Dicembru 1999. Fl-ahhar ta' Dicembru 1999 il-banek kellhom 8,137 kont bearer f'ammont ta' Lm29 miljun lira. Sa Ottubru li ghadda kien ghad fadal 2,890 kont b'ammont ta' Lm4 miljun lira li s-sidien taghhom ma gabruhomx mill-banek. Il-flus ghadhom fil-banek sakemm is-sidien taghhom jirrikorru fil-banek biex jigbruhom. Din hija sitwazzjoni li tezisti f'kull tip ta' accounts fejn il-banek izommu dawn il-kontijiet bhala Dormant jigifieri kontijiet li ma hemmx caqlieq fuqhom.
Leg 9 PQ #21817 Sitting 448 2000-12-05 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Żoni industrijali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn u liema huma ż-żoni industrijali ta' pajjiżna? Kemm hemm u liema areas ġew identifikati biex jiġu żviluppati bħala żoni industrijali ġodda?

Response (BONNICI, JOSEF)

Bħalissa l-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta tamministra tnax-il zona industrijali mqassmin f'dawn il-postijiet - Ħ'Attard, Bulebel, Ħal-Far, Ħal-Kirkop, Kordin, il-Marsa, il-Mosta, l-Mrieħel, Ricasoli, Ħal-Safi, San Gwann u x-Xewkija Għawdex. Minbarra dawn, hemm tlitt zoni oħra, tnejn ta' l-artiġjanat u waħda għan-nies tas-snajja. Iz-zoni ta' l-artiġjanat jinsabu f'Ta' Qali u f'Ta' Dbieġi u l-oħra ġewwa Ħal-Luqa. Peress li l-pjanijiet dwar zoni ġodda għadhom ma ġewx definiti, ma jkunx prudenti li f'dan l-istadju jingħataw dettalji.
Leg 9 PQ #21818 Sitting 448 2000-12-05 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ta' Qali Crafts Village

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hija kkalkolata l-ispiża biex jiġi żviluppat mill-ġdid it-Ta' Qali Crafts Village? Meta huwa mistenni li dan il-proġett jibda u jiġi fi tmiemu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol fuq il-proġett tal-Villaġġ tas-Snajja' f'Ta' Qali għadu għaddej u għaldaqstant ma jkunx prudenti li f'dan l-istadju jingħataw dettalji.
Leg 9 PQ #21819 Sitting 448 2000-12-05 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Kontravenzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm kontravenzjonijiet għal rimi ta' skart/littering sena b'sena mill-1996 sal-lum?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej: 1996 1997 1998 1999 2000* 31 50 35 72 49 *sat-30 ta` Novembru.
Leg 9 PQ #21821 Sitting 448 2000-12-05 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

Swatar — Karozza mitluqa

Question

Jista' l-Ministru jara li titneħħa l-karkassa ta' karozza li tinsab abbandunata u kollha ħmieġ b'konsegwenzi għas-saħħa ta' dawk li jkunu fl-inħawi, li tinsab faċċata tal-Price Club, fis-Swatar fejn jipparkjaw il-karozzi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-vettura li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant tneħħiet.

Benefiċċji soċjali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm jirċievu benefiċċji soċjali, bħala perċentaġġ tat-total fil-pajjiż, persuni kategorizzati bħala self-employed? Jista' jagħti breakdown tagħhom, per eżempju, pensjoni ta' l-eta', mard, eċċ.?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar u r-risposta tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #21804 Sitting 447 2000-12-04 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

International Membership

Question

Jista' l-Ministru jispjega kif għas-sena 2001 m'hemm l-ebda flus allokati lill-Ministeru għal "International Membership" taħt Vot 37 rikorrenti Item 25? Dan ifisser li kellna xi membership li twaqqfet? X'international membership kellu l-ministeru mill-1997 'il hawn?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #21805 Sitting 447 2000-12-04 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Vot No. 37

Question

B'riferenza għall-Vot 37 rikkorrenti għall-Ministeru tas-Servizzi Ekonomiċi, jista' l-Ministru jispjega d-differenza ta' madwar Lm10,605 anqas li hemm f'item 24 jiġifieri fuq ħlasijiet ta' kera stmat għas-sena 2001? Jista' jagħti breakdown ta' l-istess item għas-sena 2001?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont li hemm f'Item 24 taħt il-Vot numru 37 ma jinkludix lill-Ufficju tal-Kompetizzjoni Ġusta, lid-Dipartiment għall-Affarijiet tal-Konsumatur u d-Diviżjoni ta' l-Ippjanar Ekonomiku li issa qed jagħmlu parti minn diviżjonijiet oħra u allura jidhru taħt voti oħra.
Leg 9 PQ #21806 Sitting 447 2000-12-04 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

Kumpens lill-ġenituri

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpens lill-ġenituri bi tfal fi skejjel privati mħabbra minnu fil-budget huwiex se jkopru wkoll l-iskejjel tal-Knisja u d-donations li jingħataw minflok miżati f'dawn l-iskejjel?

Response (DALLI, JOHN)

Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li l-mizura mhabbra fil-budget tirreferi ghal kumpens lill-genituri bi tfal fi skejjel privati ili m'humiex tal-knisja. Il-Gvern diga qieghed jissussidja l-iskejjel tal-knisja b'disa miljun lira fis-sena.
Leg 9 PQ #21807 Sitting 447 2000-12-04 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Vot 37

Question

Peress li b'mod ġenerali n-nefqa tal-gvern fuq salarji u items konnessi ma' l-istess żidiet minħabba l-ftehim kollettiv taċ-ċivil, jista' l-Ministru jispjega kif taħt il-Vot 37 Rikorrenti, il-personal emoluments qed juri tnaqqis ta' madwar Lm270,000 minn din is-sena 2000 għal kif imbassar għas-sena 2001?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ammont anqas li hemm taħt "Personal Emoluments" fil-Vot 37 hu dovut għall-fatt li l-Ufficcju tal-Kompetizzjoni Ġusta, id-Dipartiment għall-Affarijiet tal-Konsumatur u d-Diviżjoni ta' l-Ippjanar Ekonomiku llum jagħmlu parti minn diviżjonijiet separati u għalhekk jidhru taħt Voti ohra.
Leg 9 PQ #21811 Sitting 447 2000-12-04 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

Self-employed

Question

Jista' l-Ministru jelabora dwar jekk l-ispejjeż ta' self-employed persons li normalment jitnaqqsu mit-taxxa, bħalma huma cleaning expenses, hospitality, petrol eċċ humiex se jibqgħu hekk u jekk humiex ukoll suġġetti għal fringe benefits tax li ħabbar fid-diskors tiegħu tal-budget għal din is-sena? Jista' l-Ministru jelabora fil-konfront tas-self-employed fuq diskors fejn qal li: "dawk li mhux se jkunu taxxabbli f'idejn minn jirċevihom mhux se jkunu meqjusa bħala spejjeż fil-kontijiet tan-negozju li fuqhom tinħadmilhom it-taxxa" (Paġna 56 tad-diskors tal-Budget)?

Response (DALLI, JOHN)

Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li fl-ewwel pagna tal-ktejjeb “Income Tax on Fringe Benefits - An Outline” li tpogga fuq il-mejda tal-Kamra mad-diskors tal-budget, hemm miktub li “fringe benefit” huwa beneficcju provdut f’rigward ta’ impjieg. Hemm ukoll definizzjoni ta’ xi tfisser impjieg f’dan ir-rigward. Persuni self-employed ma jaqghux taht din il-kategorija. Dak li hemm miktub f’pagna 56 tad-diskors tal-Budget rigward it-tieni parti tal-mistoqsija tapplika ghall-‘employers’ kollha u tirrigwarda dawk il-‘fringe benefits’ li mhumiex ser ikunu taxxabbli f’idejn min jircevihom.
Leg 9 PQ #21796 Sitting 446 2000-12-04 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Soyabean meal/grain prices

Question

Jista' l-Ministru jispjega kif jinkwadra s-sussidju ta' Lm100,000 għal soyabean meal/grain prices li jidher taħt Vot 39 Rikorrenti Item 5330 għall-Ministeru tas-Servizzi Ekonomiċi fl-Estimi Ġenerali li għadhom kif tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra, fid-dawl tal-politika għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea li tmur kontra l-prinċipju tas-sussidju?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Benefiċċji Soċjali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm mietu jew naqsu nies li baqgħu jirċievu l-pensjonijiet ta' l-eta' u sickness allowance sena sena mill-1995 sal-lum u bħala total? Kemm kien hemm benefiċċji ġodda għall-istess benefiċjarji fil-perijodu indikati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun aktar ċar fil-Mistoqsija tiegħu.
Leg 9 PQ #21799 Sitting 446 2000-12-04 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Econometric Model

Question

Jista' l-Ministru jagħti ftit tagħrif dwar l-econometric model u kif dan qiegħed jiffunzjona bħalissa?

Response (BONNICI, JOSEF)

Dan it-tip ta’ mudell għadu qed jiġi żvillupat mid-diviżjoni ta’ l-Ippjanar Ekonomiku u għal hekk għadu kmieni biex wieħed jagħti dettalji. Ma dan kollu meta ikun il-waqt jingħata tgħarif dwar dan il-mudell.
Leg 9 PQ #21800 Sitting 446 2000-12-04 Oral · Interim From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru set-offs mid-dipartiment tat-taxxi sena b'sena mill-1998 'l hawn ma' taxpayers li jagħtu lill-gvern iżda li fl-istess waqt kienu għadhom qed jistennew ħlasijiet mill-gvern lilhom?

Response (DALLI, JOHN)

Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qeda tingabar u ser tinghata f'xi seduta ohra.
Leg 9 PQ #21801 Sitting 446 2000-12-04 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — "Streets and Road Lighting"

Question

Jista' l-Ministru jispjega l-Item 5401 taħt il-Vot 37 rikorrenti "Streets and Road Lighting" li hemm ivvotati għalih Lm1 miljun, u dan fid-dawl tad-devoluzzjoni lill-kunsilli lokali tal-ħlas ta' l-elettriku fil-postijiet pubbliċi? Jista' jagħti breakdown ta' liema toroq qiegħed ikopri dan l-item?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #21785 Sitting 445 2000-12-02 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Equipment għas-Standard Laboratory

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema "equipment għas-standard laboratory li huma stmati li jħallsu Lm225,000 s-sena d-dieħla huwa maħsub li jinxtara (Vot VIII item 7102) Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #21788 Sitting 445 2000-12-02 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIMCOL — Direct investments

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown tad-direct investments (subvention) Vot VII Kapital għall-MIMCOL li għandha tammonta għal Lm3.88 miljun?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra
Leg 9 PQ #21790 Sitting 445 2000-12-02 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Cleaner Technology Centre

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn jinsab il-cleaner technology centre, x'inhu x-xogħol tiegħu, kemm nies jaħdmu fih u x'riżultati wettqu matul is-sena korrenti?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-Cleaner Technology Centre kien inħoloq fuq inizjattiva tal-Ministeru ta' l-Ambjent u jinsab fil-bini ta' l-Universita' f'Tal-Qroqq. L-għan ta' dan iċ-ċentru huwa li jwassal lill-industrija informazzjoni dwar materji ambjentali. Għal aktar informazzjoni nissuġġerixxi lill-Onorevoli Membru jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru ta' l-Ambjent.