Jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex ikkummissjonat xi studju mill-Gvern jew xi entita' oħra governattiva dwar il-jewellers jew artiġanat simili u kif ser jintlaqat bi sħubija sħiħa fl-UE kif qed jipproponi l-Gvern?
Jekk fl-affermativ, jista' jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma ġie kkummissjonat ebda studju mill-Gvern jew xi entita' oħra formanti parti mid-dekasteru dwar il-ġojjellerija jew artiġjanat simili
Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Impjegati Ġodda
Question
B'referenza għat-tweġiba mogħtija mill-Ministru għal mistoqsija parlamentari nru 21521, fejn qali li jrid ikun jaf għalfejn qed nagħmillu l-mistoqsija biex iweġibni, jaf l-Ministru illi l-mistoqsija identika tpoġġiet quddiem il-kabinett kollhu separatament in konnessjoni mad-dekasteri rispettivi tagħhom u sal-lum kollha wieġbu mingħajr ma sabu l-istess oġġezzjoni tal-Ministru?
Fid-dawl ta' dan it-tagħrif, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija nru. 21521?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jingħad li fit-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 21521, jiena għidt li għandha tingħata raġuni valida għaliex kienet qed tintalab informazzjoni daqshekk dettaljata. Dan għamiltu peress li n-numru ta' entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru li għalih jiena responsabbli huwa mdaqqas u allura biex tinġabar tali informazzjoni jinħela ħafna żmien u enerġija lu jistgħu jiġu utlizzati aħjar.
Madankollu jekk l-Onorevoli Membru qed jibqa' jinsisti biex jingħata dik l-informazzjoni kollha anke jekk mhux lest li jagħti raġuni valida, għaliex qed jitlobha u anke jekk konxju tal-ħela taż-żmien u riżorsi, l-istess informazzjoni tingħata meta tkun inġabret kollha.
Jista' l-Ministru jordna li jiġi nvestigat tfiegħ ta' kwantita ta' żebgħa li qed jintefgħa regolarment fil-kanal tal-ilma fit-triq tal-Lloyd's Shoes fl-Industrial Estate, San Ġwann?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li spezzjonijiet li saru minn spetturi tad-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent urew li vandali kienu qegħdin jitfgħu din iż-żebgħa fil-kanali ta' l-ilma.
Il-każ ġie riferut lill-pulizija biex tagħmel l-istħarriġ neċessarju. Bil-każ ġie nfurmat ukoll iċ-Chairman ta' l-MDC.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm kumpanniji li xoljew jew ġew illikwidati f'pajjiżna sena b'sena mill-1995 sal-lum?
Response (DALLI, JOHN)
Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li skond informazzjoni mizmuma mir-Registratur tal-Kumpanniji, n-numru ta' kumpanniji li xoljew f'Malta matul is-snin 1995-2000 kienu :
1995 - 166
1996 - 424
1997 - 325
1998 - 622
1999 - 394
2000 - 397 (sat-30 ta' Novembru 2000).
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies ingaġġati bħalissa fl-SBU? Kemm kienu l-costs biex twaqqfet din il-unit u x'inhuma l-operational costs tagħha? Tinżamm statistika ta' kemm jirrikorru għandha?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm żdiedu u naqsu impjegati maċ-Ċivil sena b'sena mill-1992 sal-lum?
Jista' jagħmel l-istess eżerċizzju fir-rigward ta' l-entitajiet parastatali jew li għandu maġġoranza fihom il-gvern għall-istess perijodu?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar, u tingħata tweġiba f’ xi seduta oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm mietu jew naqsu nies li kienu jirċievu l-pensjonijiet ta' l-eta' u sickness allowance sena sena mill-1995 sal-lum u bħala total? Kemm kien hemm benefiċċji ġodda għall-istess benefiċjarji fil-perijodu indikat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li ma tinżammx statistika dwar l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda matul is-sena 2000 ma' organizzazzjonijiet jew entitajiet parastatali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu?
Xi gradi qegħdin jokkupaw dawn il-ħaddiema?
X'salarji/benefiċċji qed jieħdu l-imsemmija ħaddiema?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta` impjegati ġodda matul il-perjodu Jannar/Novembru 2000 kienu tlieta u erbgħin (34) kif jidher hawn taħt:
Organizzazzjonijiet jew Entitajiet Parastatali
Numru ta` Ħ
addiema
Grad Tagħ
hom
Benefiċ
ċ
ji eċ
ċ
.
Fondazzjoni għ
as-Servizzi Mediċ
i
1
Head Engineering Operations
LM12,000/Car/Professional
Membership - LM200/Health Insurance
1
Procurement Officer
LM9,500/Consultancy Services
LM1,200/Petrol Allowance
LM155 per month/Professional
Membership - LM200/Health Insurance
1
Architect & Civil Engineer
LM8,500/Petrol Allowance
LM155 per month/Professional
Membership - LM200/Health Insurance
1
Executive Institutional Operations
LM6,500/Health Insurance
1
Board Secretary
LM6,500/Health Insurance
1
Secretary
LM3,600/Health Insurance
1
Site Supervisor
LM6,000/Allowance of LM1000/Health Insurance
1
Secretary
LM3,600/Health Insurance
1
Messenger/Driver
LM3,810/Health Insurance
1
Administration & Personnel Officer
LM4,500/Health Insurance
1
Safety Officer/Planner
LM6,000/Overtime Allowance
LM1,000/Health Insurance
1
Accounts Clerk
LM48.38 per week for 3 months
1
Architect & Civil Engineer
LM48.38 per week for 2 months
1
Architect & Civil Engineer
LM48.38 per week for 2 months and LM400 per month for 3 months
Zammit Clapp Hospital
10
Nursing Aide
Salarji/benefiċċji skond il-ftehim kollettiv li taħtu jaqgħu
3
Staff Nurse
Salarji/benefiċċji skond il-ftehim kollettiv li taħtu jaqgħu
2
Occupational Therapy Aide
Salarji/benefiċċji skond il-ftehim kollettiv li taħtu jaqgħu
1
Physiotherapist
Salarji/benefiċċji skond il-ftehim kollettiv li taħtu jaqgħu
3
Child Carer
Salarji/benefiċċji skond il-ftehim kollettiv li taħtu jaqgħu
1
Domestic Cleaner
Salarji/benefiċċji skond il-ftehim kollettiv li taħtu jaqgħu
Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu mwaqqaf il-Cleaner Technology Centre fl-Universita' Tal-Qroqq?
Jista' l-Ministru jgħid fuq linji ġenerali, x'informazzjoni dwar materji ambjentali wassal lill-industrija f'dawn l-aħħar snin?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-'Cleaner Technology Centre' twaqqaf fl-1993.
F'dawn l-aħħar snin, iċ-Ċentru pprovda servizz ta' pariri lil industrija fuq 'disposal' ta' skart u ekonomija fl-użu ta' materjal u energija. Iċ-Ċentru dan għamlu l-aktar permezz ta' l-organizazzjoni ta' konferenzi u 'seminars' u l-pubblikazzjoni ta' 'pamphlets'.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 21715 li oriġinarjament kienet saret lill-Viċi Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': jista' jgħid jekk hux minnu li kien imġiegħel espert fil-garage tal-gvern biex jara jekk il-fannijiet li hemm humiex biżżejjed skond il-kubaġġ ta' l-area kif stabilit mir-regoli internazzjonali fuq is-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol?
Jista' jgħid meta saret din iż-żjara? Tlesta r-rapport? Jekk fl-affermattaiv, jista' jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra?
X'inhuma l-konklużjonijiet ewlenin f'dan ir-rapport? X'reazzjonijiet kellu l-Gvern?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-Ministeru huwa nfurmat li mhux minnu li kien imġiegħel expert fil-Garaxx tal-Gvern biex jara jekk il-fannijiet li hemm humiex biżżejjed skond il-kubaġġ ta' l-area.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ta' overdose kien hemm fis-Sala Nru 2 ta' l-irġiel fl-isptar Monte Carmeli mill-ewwel ta' din is-sena sal-lum?
X'kienu l-każi ta' overdose?
X'passi ttieħdu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li mill-ewwel ta' din is-sena sal-lum kien hemm sitt (6) individwi fis-sala numru 2 ta' l-irġiel fl-Isptar Monte Carmeli illi bejniethom kienu nvoluti fi tnax (12)-il inċident ta' "overdose".
Biex wieħed jistabilixxi x'kienu l-każijiet ta' "overdose" jirrikjedi illi wieħed jifli l-"files" tal-pazjenti kemm ta' l-Isptar Monte Carmeli kif ukoll ta' l-Isptar San Luqa. Dan jinvolvi xogħol illi forsi jista' jintuża aħjar għal benefiċċju tal-pazjenti, iżda jekk ikun neċessarju niġbru din l-informazzjoni aktar 'l quddiem.
Il-każijiet kollha ntbagħtu fl-isptar San Luqa għal kura neċessarja.
Jista' l-Ministru jgħid u jispjega għaliex meta t-tobba fl-Isptar Monte Carmeli jirriferu pazjent "b'urġenza" fl-Isptar San Luqa, dawn ġieli jdumu anke sa sitt (6) sigħat?
Jaf li kull darba li jiġri hekk qed jinħoloq inkonvenjent kemm lil pazjent u kemm lin-nurse li jkun mal-marid? Jaf li minħabba f'hekk, ħafna drabi, speċjalment bil-lejl, is-sala minn fejn ikun intbagħat il-pazjent tibqa' b'nurse waħdu ma' xi 30 pazjent?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li seta` kien hemm każi fejn pazjenti li ntbagħtu l-Isptar San Luqa damu anke sa sitt sigħat. Teżisti sistema ta` 'triage' biex jiġi deċiż b'mod oġġettiv liema huma l-aktar każijiet urġenti. Id-dewmien jiddependi wkoll mill-ammont totali ta` xogħol li jkun hemm fil-Casualty Department.
Seta` kien hemm xi każ rari fejn nurse baqgħet waħedha/waħdu minħabba xi trasferiment ta` pazjent lejn l-Isptar San Luqa. L-amministrazzjoni ta` l-Isptar dejjem tagħmel l-almu tagħha biex dan l-inkonvenjent jiġi evitat.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-kuntratturi tal-ħaxix, frott, ħoż u laħam li jfornu l-Isptar Monte Carmeli? Kemm ilhom jingħataw dawn il-kuntratti lill-istess kuntrattur f'kull każ? Kull meta joħorġu t-tenders?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-ismijiet tal-kuntratturi mitluba huma kif ġej:-
Is-Sur Anthony Borg
-
Ħaxix
-
(1998-2000)
Is-Sur Raymond Abdilla
-
Frott
-
(1990-2000)
Is-Sur Anthony Borg
-
Laħam
-
(1997-2000)
Is-Sur George Muscat
-
Ħobż
-
(1995-2000)
Sejħa għall-offerti tiġi pubblika darba kull sena.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il porzjon ta' ikel joħroġ kuljum għall-impjegati mill-kċina ta' l-IsptarMonte Carmeli? Kemm hi l-ispiża ta' dan l-ikel kull sena? Kemm minn dawk li jieklu jikkontribwixxu għal dan l-ikel? Kemm minn dawk li jieklu ma jikkontribwixxux għal dan l-ikel? Veru li l-porzjon ta' dawk li huma ntitolati għall-ikel ġie mnaqqas biex jagħmel tajjeb għal dawk li mhux intitolati?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li mill-kċina ta' l-Isptar Monte Carmeli joħorgu madwar 150 porzjon ta' ikel kuljum li fis-sena jiġu jiswew madwar Lm25,000. Hadd minn dawk li jieklu ma jintalab iħallas xi flus għal dan l-ikel.
Matul dan l-aħħar żmien il-porzjonijiet żdiedu kemm fid-daqs kif ukoll fil-varjeta.
Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena mill-1995 sal-lum kemm kienu jammontaw: (a) id-depożiti fissi; (b) kontijiet ta' tifdil; u (c) kontijiet kurrenti f'pajjiżna?
Response (DALLI, JOHN)
Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni li jixtieq qed tigi ppublikata kull tlett xhur mill-Bank Centrali fil-Quarterly Review. Din l-informazzjoni tinsab fit-Tabella 1.2 f'pagna 78 tal-Quarterly Review ta' Settembru 2000.
Jista' l-Ministru jgħid kemm swiet l-importazzjoni taż-żejt f'pajjiżna sena b'sena mill-1995 sal-lum u bħala total globali għall-istess perjodu?
Minn liema pajjiżi saret l-importazzjoni bħala perċentwali għal kull pajjiż matul l-istess perjodu?
Response (BONNICI, JOSEF)
Qed inpoġġi fuq il - mejda tal - kamra l - informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 21668 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru tal-Finanzi u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe’ jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-ex-servicemen mhux se jieħdu ż-żieda ta' Lm1.50 mħabbra mill-gvern fl-aħħar budget?
Il-pensjonanti bl-eta' se jeħduha din iż-żieda?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Membru li pensjonanti li jirċievu pensjoni kontributorja tas-Sigurta' Soċjali bis-saħħa tal-kontribuzzjonijiet imħallsa jew akkreditati f'Malta jieħdu minimu ta' 2/3 taż-żieda ta' Lm1.50 (cioe' Lm1) fil-ġimgħa li ngħatat għall-għoli tal-ħajja.
Ninforma wkoll l-Onor. Membru li l-istess żieda tingħata lil dawk il-persuni li jirċievu l-pensjoni ta' l-Eta'.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 21675 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru tas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe’ jista' jgħid kemm hawn CSAs bħalissa li jmorru jagħtu servizz lill-anzjani f'darhom? Veru li dawn ma jistgħux jew mhux qed jingħataw aktar minn massimu ta' 30 siegħa fil-ġimgħa? X'inhi r-raġuni li dawn huma kkunsidrati bħala self-employed u mhux impjegati tad-dipartiment tas-saħħa ta' l-anzjani u qed ikollhom iħallsu bolla b'rata għolja u m'għandhomx sick/vacation leave waqt li biex jitilqu jridu jagħtu notice period bħala impjegati normali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Preżentement hemm 461 Casual Social Assistants li qiegħdin jagħtu servizz lill-anzjani f'darhom. Kull Casual Social Assistant tista' taħdem massimu ta' 30 siegħa fil-ġimgħa. Għall-finijiet ta' kontribuzzjoni tas-Sigurta' Soċjali, skond kif joħroġ mill-Att tas-Sigurta' Soċjali, dawn il-Casual Social Assistants huma meqjusa bħala self-employed.
Fl-interess ta' l-anzjani u l-kontinwita' tas-servizz, kull Casual Social Assistant li tkun qiegħda taħseb biex tħalli x-xogħol, hija mitluba li tavża lid-Dipartiment ħmistax qabel ma titlaq sabiex tkun tista' tinsab persuna li tkompli tagħti s-servizz minn flokha.
Jista' l-Ministru jgħid kemm baqa' refużjonijiet ta' income tax x'jitħallsu mill-gvern għas-snin ta' qabel l-1998 separatament sena b'sena minn meta dawn huma dovuti u bħala totali globali?
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet u miri ta-gvern biex dawn it-taxpayers jirċievu lura ħlasijiet dovuti lilhom?
Kemm minn dawn huma dovuti lill-self-employed, kumpanniji/ditti kummerċjali separatament?
Response (DALLI, JOHN)
Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qeda tingabar u ser tinghata f'xi seduta ohra.