Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ettaru t'art f'pajjiżna hija ntiża għal tkabbir ta' l-għeneb u l-patata, separatament?
Response (ZAMMIT, NINU)
Hu kkalkulat li f'Malta u Għawdex hawn madwar 300 ettaru għat-tkabbir tad-dwieli għall-produzzjoni ta' l-għeneb u madwar 1,700 ettaru għat-tkabbir tal-patata.
Jista' l-Ministru jgħid jekk mara li kienet taħdem għal madwar 6 snin qabel u wara li sseparat fl-1988 tistax tapplika biex toħroġ boarded out peress illi qegħdha ssoffri minn kundizzjoni li ma tippermettilhiex li taħdem?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-Mistoqsija Parlamentari m'hemmx biżżejjed informazzjoni biex id-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali jkun f'pożizzjoni li jistabbilixxi jekk il-persuna konċernata għandiex dritt għall-pensjoni ta' l-Invalidita'.
Għaldaqstant l-Onor. Interpellant huwa mitlub li jikkuntattja lid-Direttur tas-Sigurta' Soċjali biex il-persuna konċernata tagħmel appuntament ma xi uffiċċjal tat-Taqsima tal-Pensjonijiet biex il-każ tagħha jiġi trattat personalment.
Jista' l-Ministru jara li jsir tindif fi Ġnien Joanne f'Ħal Tarxien li jinsab kollu trab li nqala' meta dan l-aħħar ġew asfaltati xi toroq fl-inħawi (partikolarment l-area tal-Ġnien faċċata ta' Triq Pawlu Schembril-isfel lejn il-ħwienet fl-istess ġnien? Jaf l-Ministru li l-kunsill lokali qed jgħid li dan mhux inkarigu tiegħu u r-residenti saħansitra personalment ġabru xi trab f'kaxxi li tħallew hemm hekk?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25000 (Seduta 530).
Jista' l-Ministru jgħid f'hiex wasal it-tfassil tal-local plan tal-grand harbour area? Meta nbeda dan il-proċess u meta huwa maħsub li jiġi konkluzi?
Response (BORG, TONIO)
Il-Pjan Lokali tal-Port il-Kbir qieghed ghand il-Gvern ghal l-approvazzjoni.
Fl-1994 inbeda l-ewwel xoghol fuq il-Pjan. Fl-1997 hareg ghall-konsultazzjoni pubblika u fl-1998 kien approvat mill-Awtorita` u kien mghoddi lill-Gvern f'Novembru 1998.
F'Ottubru ta' l-1999 il-Gvern ta ir-risposta tieghu ghall-Pjan u f'April ta' l-2000 l-Awtorita` tat ir-risposta taghha. Wara dan saru diversi laqghat biex ikun inkorporat it-tibdil mitlub mill-Gvern. Dan ix-xoghol kien konkluz f'April ta' din is-sena.
Jista' l-Ministru jgħid kemm il-local plan hemm maħsub li jiġi konkluż mill-Awtorita' tal-Ippjanar? Dwar liema nħawi u meta huwa t-target dates biex dawn jiġu konklużi?
Response (BORG, TONIO)
Hemm mahsuba sebgha pjani lokali li jkopru it-territorju Malti u Ghawdxi. Dawn huma:
Il-Pjan tal-Bajja ta' Marsaxlokk
Dan ilu approvat minn Mejju ta' l-1995
Il-Pjan tal-Port il-Kbir
Dan qieghed ghand il-Gvern ghall-approvazzjoni
Il-Pjan ghal Portijiet tat-Tramuntana
Dan qed isir it-tibdil mehtieg wara l-konsultazzjoni pubblika
Il-Pjan ghal Majjistral ta' Malta
Dan wasal biex johrog ghall-konsultazzjoni pubblika f'Lulju
Il-Pjan Lokali ghal Ghawdex
Dan huwa fi stadju avvanzat u huwa mistenni li jkun ipprezentat lil Bord ta' l-Awtorita' lejn tmiem Ottubru ta' din is-sena biex immedjatament wara tkun tista' issir l-konsultazzjoni pubblika.
Il-Pjan Lokali ghac-Centru ta' Malta
Huwa mahsub li dan ikun ipprezentat lill-Bord ta' l-Awtorita' lejn tmiem Novembru ta' din is-sena biex immedjatament wara tkun tista' issir il-konsultazzjoni pubblika.
Il-Pjan Lokali ghan-Nofsinhar ta' Malta
Ix-xoghol fuq dan il-Pjan inbeda. Ingabret hafna informazzjoni mehtiega ghal Pjan u huwa mahsub li l-Pjan ikun ipprezentat lill-Bord ta' l-Awtorita` qabel tmiem is-sena.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista' ta' stamperiji li għandhom il-permess biex jaħdmu raħal raħal f'Malta u Għawdex? Kemm fil-fatt hemm fiż-żewġt gzejjer separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher fuq it-Tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jara li ssir mera faċċata tal-kanutniera ta' Triq l-Oratorju ma' Triq Ħal Tarxien f'Ħal Tarxien peress li din hija blind corner għall-karozzi u hija ferm perikoluża għal dawk ħerġin minn Triq l-Oratorju?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku m'għandu l-ebda oġġezzjoni biex tiġi nstallata mera fil-post indikat mill-Onor. Interpellant, u ser jikkomunika mal-Kunsill Lokali ta' Ħal Tarxien biex jagħmel talba formali biex isiru x-xogħolijiet li hemm bżonn.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex pprovdut servizz ta' barbier għall-irġiel anzjani/morda li ma jkollhomx min jarhom fl-Isptar San Luqa u fl-isptarijiet l-oħra kollha ta' Malta, separatament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Fl-Isptar San Luqa m'hawnx servizz ta` barbier, wara li min kien qiegħed jagħmel dan ix-xogħol spiċċa biż-żmien. Dan is-servizz bħalissa qed jingħad minn Nursing Aides jew mill-infermiera.
L-Isptar Monte Carmeli joffri servizz ta` żewġ barbiera għall-pazjenti rġiel kollha. L-Isptar Monte Carmeli joffri wkoll servizz ta` female hairdresser għall-pazjenti nisa. Fiż-żewġ każi s-servizz offruti huma fuq bażi "full time".
Ġewwa l-Isptar Boffa, kellna servizz ta` barbier li kien jiġi mill-Isptar San Luqa kull ħmistax. Dan baqa` jiġisat-12 t'April 2001 sa meta rtira. Bħalissa s-sitwazzjoni fl-Isptar Boffa hija l-istess bħal dik deskritta għall-Isptar San Luqa.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġu kompluti bit-tarmac Triq Pawlu Schembri u Triq is-Sorijiet f'Ħal Tarxien dan peress illi ngħataw sodda tal-konkos biex isir it-tarmac fil-każ ta' Triq Pawlu Schembri u s-servizi kollha ġew mgħoddija fiż-żewġt toroq? Jaf li fl-istess inħawi saħansitra saru l-konki għas-siġar fuq il-bankini waqt li dan iż-żewġt toroq baqgħu mingħajr asfalt?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li wara li ngħata s-cement stabilization kellu jgħaddi perjodu ta' żmien biex jingħata l-wiċċ fuqu u biex isiru t-testijiet meħtieġa.
Ir-riżultati issa ħarġu u t-tarmak qiegħed jingħata f'dawn il-ġranet.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux veru li l-mediċinali u l-apparat mediku li hemm fil-Air Disaster Boxes li hemm fil-klinika tal-Airport ilu ma jiġi ċċekkjat żmien twil? Meta l-aħħar li ġew iċċekjati? Veru li hemm items skaduti?
Jista' jara li l-affarijiet ikunu ċċekkjati peress li jekk Alla ħares qatt isir xi inċident tal-ajru, l-konsegwenzi kemm ikunu akbar?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li fil-Klinika ta` l-Ajruport Internazzjonali ta` Malta, jinżamm kwantita` ta` apparat u mediċinali fl-'Air Disaster Boxes', għal użu f'xi emerġenza f'inċident ta` l-ajru. Dawn huma estenzjonijiet ta` l-apparat li jinżamm ġewwa l-Isptar San Luqa bħala 'National Disaster Equipment'.
Kull darba li jinżamm 'Mock exercise' f'inċident ta` l-ajru ġewwa l-ajruport, dan l-apparat u mediċinali jintużaw, u dak li jinħela jiġi mibdul. L-aħħar 'mock exercise' sar fi tnax ta` Marzu, 2001.
Jinżamm akkont regolari tal-mediċinali w dak li joqrob id-data ta` l-iskadenza, jinbidel mill-provista regolari ta` mediċinali li jinżammu ġewwa l-istess klinika.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn scrap yards li għandhom il-permessi meħtieġa biex joperaw f'Malta kif wkoll f'Għawdex? Jista' jgħid fl'liema lokalitajiet jinstabu? Jista' jgħid wkoll kemm hawn scrap yards li qed joperaw u li ma għandhomx il-permessi meħtieġa? Jista' jgħid f'liema lokalita' jinstabu? X'qed isir dwar dawn u biex jirregolarizzaw il-posizzjoni tagħhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi hawn 8 liċenzji tal-Pulizija li jkopru scrapyards. Dawn jinsabu kif ġej:- 2 f`Ħal Luqa u 1 f`kull waħda minn dawn il-lokalitajiet: Kalkara, Għaxaq, Żejtun, Mosta, Burmarrad, San Pawl il-Baħar.
Min-naħa ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar ninsab infurmat illi hemm 73 azzjoni pendenti kontra scrap yards li m`għandhomx il-permessi meħtieġa f`dawn il-lokalitajiet:
Birżebbugia
9
Għajnsielem
4
Għaxaq
1
Gudja
2
Iklin
2
Luqa
3
Mġarr (Malta)
9
Mosta
5
Marsascala
1
Marsaxlokk
2
Naxxar
1
Qormi
1
Qrendi
1
Rabat (Malta)
3
Siġġiewi
1
San Lawrenz
1
San Pawl il-Baħar
3
Santa Luċija
2
Xagħra
5
Xewkija
3
Żabbar
3
Żebbuġ (Malta)
1
Żejtun
6
Żurrieq
4
Dawn il-każi huma f`diversi stadji ta` proċess jiġifieri:
Qegħdin fl-istadju fejn il-liġi tipprovdi għal sottomissjoni ta` appell kontra l-Avviż jew applikazzjoni sabiex jiġi ssanzjonat l-iżvilupp; jew
Qegħdin jistennew eżitu minn appell jew applikazzjoni; jew
Ġew riferuti sabiex tittieħed azzjoni diretta mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar stess.
Peress li ftit ilu ħarġet legal notice għas-sidien tal-klieb li jħammġu toroq u ma jnaddfux, jista' jgħid jekk din tapplikax wkoll għas-sidien taż-żwiemel u annimali oħra? Jista' jgħid jekk sa issa inqabdux sidien tal-klieb li kienu fit-toroq u kien bla boroż tal-plastic? Kemm kien dawn u kemm weħlu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk persuna ta' ċittadinanza Maltija li qatt ma ħadmet f'pajjiżna u li ġiet mill-Ingilterra 15 il-sena ilu u għexet dejjem fuq ir-relief tkunx intitolata għall-pensjoni tal-eta' malli tagħlaq il-61 allavolja qatt ma ħadmet? Jgħoddu l-bolol li kienu tħallsu minn dawn l-individwu l-Ingilterra għall-kalkolu ta' din il-pensjoni.
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li persuna li qatt ma ħadmet f'pajjiżna u allura qatt ma ħallset kontribuzzjonijiet tas-sigurta' soċjali ma tistax tikkwalifika għall-pensjoni kontributorja għal min jirtira (60 sena għal mara u 61 sena għal raġel). Għaldaqstant persuna bħal din tista biss tikkwlaifika għal pensjoni tal-eta' (dik mhux kontributorja) li tingħata skond 'test' tal-meżżi stabilit bl-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Kap 318 tal-Liġijiet ta' Malta) meta wieħed jew waħda jgħalqu 60 sena.
Fl-istess waqt jekk il-persuna ħadmet u ħallset il-kontribuzzjonijiet ġewwa l-Ingilterra, meta tagħlaq 65 sena tista' tikkwalifika għall-pensjoni taħt l-iskema tar-Renju Unit. It-talba għal din il-pensjoni tista' issir fid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali (fl-uffiċċini distrettwali) hawn Malta.
Inżid ngħid illi kif 'l-persuna msemmija tibda tirċievi il-pensjoni Ingliża il-pensjoni mhux kontributorja (dik lokali) tista' tonqos.
Jista' l-Ministru jgħid jekk teżistiex sistema ta' home help għall-anzjani/morda li fil-fatt jgħixu ma ħaddieħor li iżda minħabba x-xogħol ma jkunux jistgħu jagħtu l-għajnuna tagħhom matul xi ħinijiet filgħaxija? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti xi dettalji?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizz tal-Home Help jingħata matul il-ħin ta' filgħodu u mhux filgħaxija.
Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet l-inkjesta fuq il-ħajt tal-ex Embassy il-Belt meta kien qed jinbena mill-ġdid, li kien waqa' fit-8 ta' Lulju 1999? Jekk ingħalqet, jista' jgħid x'irriżulta minnha? Jekk le, meta huwa maħsub li tiġi konkluża?
Response (GATT, AUSTIN)
L-inkjesta in konnessjoni mal-kaz imsemmi f`din il-mistoqsija ghadha m`hijiex konkluza. Il-Magistrat Inkwerenti huwa Magistrat Dr Joseph Cassar.
Ma nistax nghid meta huwa mahsub li tigi konkluza ghax dan jiddependi mill-process gudizzjarju tal-Qorti kompetenti.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-responsabilitajiet tal-Car Park Attendants? Jista' jgħid per eżempju jekk dawn humiex responsabbli f'każ ta' ħsara ta' xi vetturi waqt li din tkun ipparkjata? Kemm hrmm car park attendants f'pajjiżna bħalissa f' Malta u f'Għawdex separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi d-doveri u responsabilitajiet ta` car park attendant huma dawk elenkati fir-regolament 65 tar-Regolamenti ta` l-1994 dwar il-Vetturi bil-Mutur. Infurmat ukoll illi fil-preżent hawn 47 persuna li għandhom liċenzja ta` car park attendant, 46 f`Malta u 1 f`Għawdex.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 21804?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-estimi tal-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi għas-sena 2000 huma mqassma skond id-diviżjonijiet li għadhom kif twaqqfu, jiġifieri dik tal-Kummerċ, tal-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur u tal-Politika Ekonomika. Il-flus għal dak li għandu x'jaqsam ma' "International Membership" jidhru taħt il-voti ta' dawn id-Diviżjonijiet.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex diversi stands jbiegħu matul il-festi fl-irħula qed isibu ħafna ostakoli mill-pulizija meta jiġu biex jarmaw f'ċerti postijiet mingħajr ma jingħataw l-ebda raġuni sempliċiment "għax hekk ħarġet l-ordni " u dan meta ħallsu Lm10 kull festa biex jarmaw, lill-pulizija għall-permess?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi minn dejjem kienet il-proċedura li meta l-pulizija toħroġ permessi għall-bejjiegħa minn post jew mobile kiosk matul il-ġranet tal-festa, ikun indikat il-post fejn dawn jistgħu jarmaw. Infurmat ukoll li ma kien hemm ebda tibdil f’din il-proċedura.
Jista' l-Ministru jara li l-parking bays li qed jiġu magħmulin fi Triq l-Isqof Tumas Gargallo, Tarxien jsiru fuq iż-żewġt naħat tat-triq minflok kif kien se jsir ċioe fuq naħa waħda biss u fuq in-naħa l-oħra yellow lines stante li din it-triq hija wiesgħa biżżejjed biex tippermetti dan li jsir?
Jaf l-Ministru li jekk dan mhux se jsir se jkun kaġun ta' diversi kwistjonijiet bejn il-ġirien f'din it-triq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-wisa' tat-Triq l-Isqof Tumas Gargallo ma tippermettix li jkun hemm parking fuq iż-żewġ naħat tat-Triq.