Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #29075 Sitting 629 2001-10-30 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Inspectors

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm l-ispezzjoni fuq impjegati fid-dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabilita' tiegħu saru matul din is-sena? Min qed ikun inkarigat minn dan ix-xogħol u kemm hemm impjegati li qed jaħdmu bħala jew iservu ta' inspectors?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li fid-dipartimenti li jiffurmaw parti mid-dekasteru li għalih jiena responsabbli ma hemmx impjegati li qed jaħdmu jew iservu bħala inspectors fuq impjegati oħra. Huwa d-dmir ta' kull kap tad-dipartiment li jara li l-impjegati li tagħhom huwa responsabbli jaqdu d-doveri tagħhom bl-abbilta' kollha f'kull ħin.
Leg 9 PQ #29076 Sitting 629 2001-10-30 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

Inspectors

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm l-ispezzjoni fuq impjegati fid-dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabilita' tiegħu saru matul din is-sena? Min qed ikun inkarigat minn dan ix-xogħol u kemm hemm impjegati li qed jaħdmu bħala jew iservu ta' inspectors?

Response (BORG, TONIO)

Ghalkemm ninsab infurmat illi fid-dipartimenti li jaqghu taht id-dekasteru tieghi ma jsirux spezzjonijiet formali, irid jinghad illi huwa d-dover tal-kapijiet tad-dipartimenti li jaghmlu dak kollu possibli biex ma jsirux abbuzi u biex ix-xoghol ta' l-impjegati taghhom isir dejjem izjed efficjenti u effettiv.
Leg 9 PQ #29065 Sitting 628 2001-10-30 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

Dazju u Sisa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħal flus il-Gvern minn fuq dazju u sisa min fuq is-sigaretti u prodotti relatati bħal tabakk matul din is-sena?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bejn Jannar u Settembru 2001 inġabru Lm13,059,869 u Lm269,579 bħala dazju tas-sisa fuq sigaretti u prodotti relatati bħal tabakk rispettivament. M'hemmx dazju ta' mportazzjoni fuq il-prodotti msemmija.
Leg 9 PQ #29066 Sitting 628 2001-10-30 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

Budget

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jikkunsidra issa li riesaq budget ieħor biex iħaffi l-problema ta' min jieħu xi żieda żgħira fil-pensjoni/paga ikollu jħallas ħafna aktar taxxa fuq id-dħul u jinqatgħlu xi benefiċċji soċjali, bħaċ-children allowance peress illi c-ceiling tal-income tax ikun baqa l-istess, b'mod li min suppost ikun żdiedlu d-dħul fil-fatt jispiċċa jaqbad dħul anqas f'idejh

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li jkun infurmat meta jitħabbar il-Budget.
Leg 9 PQ #29067 Sitting 628 2001-10-30 Oral · Final From: JOE CILIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Inspectors

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm l-ispezzjoni fuq impjegati fid-dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabilita' tiegħu saru matul din is-sena? Min qed ikun inkarigat minn dan ix-xogħol u kemm hemm impjegati li qed jaħdmu bħala jew iservu ta' inspectors?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li fid-dipartimenti li jaqgħu fid-dikasteru tiegħi m’hemmx impjegati li jagħmluha ta’ “inspectors”. Kull Kap ta’ Dipartiment u kull Kap ta’ sezzjoni jagħmel dak li hu meħtieġ biex l-impjegati li jaqgħu taħtu jaqdu d-doveri tagħhom kif suppost.

Inspectors

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm l-ispezzjoni fuq impjegati fid-dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabilita' tiegħu saru matul din is-sena? Min qed ikun inkarigat minn dan ix-xogħol u kemm hemm impjegati li qed jaħdmu bħala jew iservu ta' inspectors?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li matul din is-sena, sad-19 ta' Ottubru, saru 1,260 spezzjoni fuq impjegati tad-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi. Dawn l-ispezzjonijiet saru minn kumpannija privata ta' tobba, ingaġġiata biex tivverifika dwar is-sick leave ta' dawn l-impjegati.
Leg 9 PQ #29069 Sitting 628 2001-10-30 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Inspectors

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm l-ispezzjoni fuq impjegati fid-dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabilita' tiegħu saru matul din is-sena? Min qed ikun inkarigat minn dan ix-xogħol u kemm hemm impjegati li qed jaħdmu bħala jew iservu ta' inspectors?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li kemm fid-Dipartiment tas-Servizzi Korporattivi, Uffiċju tas-Segretarju Parlamentari, Dipartiment taż-Żgħażagż u Sport, Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji kif ukoll fid-Dipartiment tal-Kultura din is-sena ma saret ebda spezzjoni, u f'dawn id-Dipartimenti ma hemmx impjegati li jaħdmu jew iservu ta' Inspectors. Id-Dipartiment ta' l-Eżamijiet, li jagħmel parti mill-Ministeru u għandu l-Quality Service Charter li jżomm l-impjegati marbutin bih. Id-Direttur u l-Assistent Direttur iżommu kuntatt regolari ma' kull taqsima biex jaraw li x-xogħol jitwettaq. F'dan id-Dipartiment ma hemmx persuni impjegati sabiex iservu ta' Inspectors. Informat ukoll li fil-bidu ta' din is-sena saret inspection waħda mill-Officer in Charge Minor fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. Din saret għax kien hemm raġuni, pero` fid-Diviżjoni ma hemmx Inspectors biex jagħmlu dan ix-xogħol. Fid-Dipartiment tal-Mużewijiet, s'issa spezzjonijiet fuq impjegati qed isiru b'mod regolari mill-AFM. Dawn l-ispezzjonijiet isiru kuljum. Inkarigat hemm l-uffiċjal inkarigat mill-'personnel' u hemm jgħinuh tlett persuni oħra. Ser isiru aktar spezzjonijiet, din id-darba mid-Dipartiment tal-Mużewijiet stess.
Leg 9 PQ #29070 Sitting 628 2001-10-30 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Inspectors

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm l-ispezzjoni fuq impjegati fid-dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabilita' tiegħu saru matul din is-sena? Min qed ikun inkarigat minn dan ix-xogħol u kemm hemm impjegati li qed jaħdmu bħala jew iservu ta' inspectors?

Response (BORG, JOE)

Il-Ministeru tiegħi ma jimpjegax inspectors iżda l-Kapijiet tad-Direttorati huma fid-dover li jissorveljaw l-istaff fid-Direttorati rispettivi.
Leg 9 PQ #29059 Sitting 627 2001-10-29 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' ta' Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu persuni fl-Universita' ta' Malta fil-bidu ta' dan ix-xahar? Kemm minnhom hemm studenti full time u kemm minnhom studenti part-time? Kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa? Liema fakultajiet huma l-iktar poplari fl-Universita'

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-istudenti li daħlu fl-Universita` din is-sena huwa dan li ġej: Undergraduate Full-time Part-time Irġiel Nisa Total Irġiel Nisa Total 748 1060 1809 152 139 291 Postgraduate Full-time Part-time Irġiel Nisa Total Irġiel Nisa Total 79 123 202 143 99 242 Il-Fakultajiet li fihom l-aktar li daħlu studenti kienu l-Fakulta` ta' l-Economics, Management & Accountancy, il-Fakulta` ta' l-Edukazzjoni u l-Istitut għall-Ħarsien tas-Saħħa u l-Fakulta` ta' l-Arti.
Leg 9 PQ #29060 Sitting 627 2001-10-29 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Ħlassijiet Pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħlasijiet pendenti bħal issa dovuti lill-kuntratturi tat-toroq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-kuntratturi kollha qed jirċievu pagamenti regolari għal xogħol li qed jagħmlu u għalhekk m`hemmx ħlasijiet pendenti f`dan ir-rigward. Ta` min jinnota li peress li issa jkun qiegħed joqrob it-tmiem tas-sena finanzjarja, l-kuntratturi u d-Dipartimenti ikunu qed jagħlqu ħafna mill-kontijiet u għalhekk ikun hemm diversi claims qed jiġu vverifikati minn diversi Dipatimenti tal-Gvern ikkonċernati fuq dan ix-xogħol sabiex il-ħlasijiet ikunu jistgħu jsiru.
Leg 9 PQ #29061 Sitting 627 2001-10-29 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Bilanċi tal-Pagamenti Pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-bilanċi tal-pagamenti pendenti li għandu l-Ministeru tas-Saħħa ma' ditti farmaċewtiċi f'pajjiżna? Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji separatament, ditta, ditta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-ammonti ta` pagamenti pendenti li l-Ministeru tas-Saħħa għandu ma ditti farmaċewtiċi sat-23 t'Ottubru 2001 ditta, ditta huma kif jidhru fil-paġni li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #29062 Sitting 627 2001-10-29 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Divizjoni tas-Saħħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm impjegati dipartimentali fid-divizjoni tas-saħħa irreżenjaw u rtiraw mis-settur pubbliku matul din is-sena? Jista' l-jgħid f'liema grad kienu dawn u jekk bdietx il-proċedura biex il-postijiet battala jimtlew?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta` mpjegati fid-Diviżjoni tas-Saħħa li rreżenjaw u rtiraw matul din is-sena huwa ta` mija u għaxra (110). Tobba 16 Dentisti 2 Spiżjara/Pharmacy Technician 7 Infermiera 25 Paramediċi 7 Klerikali 12 Awżiljari 14 Industrijali 18 Gradi oħra 9 ------------------- 110 ------------------- Inbdew proċeduri biex f'xi gradi jintlew il-postijiet vakanti.
Leg 9 PQ #29063 Sitting 627 2001-10-29 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

Inċidenti Varji — Telf ta' Ħajja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-persuni li tilfu ħajjithom b'inċidenti varji matul din is-sena? Jista' jgħid b'liema mod tilfu ħajjithom l-imsemmija persuni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi din is-sena, sas-16 ta` Ottubru 2001, il-Pulizija kellha 26 rapport ta` inċidenti fejn persuni tilfu ħajjithom b`inċidenti varji. F`inċident minnhom tilfu ħajjithom żewġ persuni. It-tipi ta` inċidenti kienu kif ġej:- Stradali 11 Waqa` minn għoli 6 Għarqa 7 Sofra ħruq 1 Xokk elettriku 1 Intlaqat minn jet-ski 1
Leg 9 PQ #29064 Sitting 627 2001-10-29 Oral · Final From: JOE CILIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Trasferimenti ta' Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm it-trasferiment ta' impjegati sar matul is-sena? Jista' jgħid f'liema gradi huma dawn l-impjegati? Kemm minnhom talbu huma li jiġu trasferiti u kemm minnhom ġew trasferiti mingħajr ma talbu huma?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li kien hemm 196 “transfer” minn Ministeru għal ieħor li ġew approvati mill-“Management and Personnel Office” bejn l-1 ta’ Jannar, 2001 u d-19 ta’ Ottubru, 2001. Dawn l-impjegati huma mqassma kif ġej: Gradi Servizz Ġenerali 92 Gradi ta’ Messaġġiera 4 Gradi Dipartimentali 44 Gradi Tekniċi 12 Gradi Industrijali 44 Dawn it-trasferimenti saru: 116 fuq talba ta’ l-impjegati stess 49 minħabba esiġenzi tas-servizz 31 f’Segretarjati Privati tal-Ministri jew tas-Segretarji Parlamentari Fil-każ ta’ “transfers” bejn dipartimenti fl-Uffiċċju tiegħi, ġew approvati tliet transfers fil-gradi “Servizzi Ġenerali” u wieħed fil-gradi ta’ Messaġġiera. Tlieta minn dawn it-“transfers” saru fuq talba ta’ l-impjegati stess u l-ieħor minħabba esigenżi tas-servizz. Tagħrif dwar “transfers” li ngħataw minn dipartiment għal ieħor f’Ministeri oħra bl-approvazzjoni tas-Segretarji Permanenti rispettivi għandu jintalab lill-Ministri risponsabbli.
Leg 9 PQ #29053 Sitting 626 2001-10-24 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Ħal Tarxien — Sisters Street

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser titlesta Sisters Street ġewwa Ħal Tarxien issa li ilha maqlugħa għal dawn l-aħħar xhur u dan b'inkonvenjent għar-residenti kollha?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol f'Sisters Street, Ħal Tarxien kien jinkludi tqegħid ta' mains ġodda ta' l-ilma u xi xogħolijiet ta' culverts li issa tlestew. Fil-preżent qed isiru l-bankini u dan ix-xogħol ta' l-asfalt tat-triq għandu jkun lest sa l-ewwel nofs ta' Novembru.
Leg 9 PQ #29054 Sitting 626 2001-10-24 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Postijiet Storiċi — Security Guards

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li xi żmien ilu kienu qed isiru preparamenti biex postijiet u sitijiet storiċi jiġu mgħassa u protetti minn security guards li huma ħaddiema fis-servizz pubbliku? Jekk fl-affermattiv, fejn waslet is-selezzjoni ta' dawn il-ħaddiema?

Response (GALEA, LOUIS)

Iva, qed isir dak meħtieġ biex impjegati tal-Gvern jaqdu dmirijiet ta' Security ma' dawn is-siti.
Leg 9 PQ #29055 Sitting 626 2001-10-24 Oral · Final From: JOE CILIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati li huma preżentament sospiżi mis-Servizz Pubbliku? F'liema grad jokkupaw? Għal liema raġunijiet ġew sospiżi?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li bħalissa hemm 47 uffiċjal pubbliku li jinsabu interdetti mill-eżerċizzju tas-setgħat u tal-funzjonijiet tal-kariga taghħom. L-informazzjoni l-oħra mitluba mill-Onorevoli Interpellant tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #29056 Sitting 626 2001-10-24 Oral · Final From: JOE CILIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati li tkeċċew mis-servizz pubbliku minħabba imġieba ħażina matul is-snin 1999, 2000 u 2001 separatament ? Xi grad kienu jokkupaw u f'liema dipartiment kienu jaħdmu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tinsab fit-tabelli A u B li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #29057 Sitting 626 2001-10-24 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

Tipjip f'Postijiet fejn mhux suppost

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna nqabdet tpejjep f'postijiet li mhux suppost tpejjep fihom skond il-liġi u tressqu l-Qorti matul l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul dawn l-aħħar ħames snin, ċioe` mill-1997 sad-19 ta` Ottubru 2001, il-Pulizija ressqet 20 persuna quddiem il-Qorti talli nstabu f`postijiet fejn it-tipjip mhux permess skond il-liġi. Dawn kienu kif ġej: 1997 1998 1999 2000 2001 17 nil 1 1 1
Leg 9 PQ #29058 Sitting 626 2001-10-24 Oral · Interim From: JOE CILIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Watchmen

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm watchmen impjegati fis-Servizz Pubbliku? F'liema dipartiment qed iservu? Fuq liema roster ta' ħin qed jaħdmu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.