Jista' l-Ministru jinvestiga x'inhi r-raġuni li l-bankina li tinsab fil-kantuniera bejn Triq is-Sorijiet u Triq Santu Wistin, f'Ħal Tarxien nofsha saret u tranġat filwaqt li l-oħra baqgħet fi stat ħażin u bżonnjuż ta' tiswija? Jista' jara li tiġi rimedjata din is-sitwazzjoni?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Membru hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu direttament lill-Kunsill Lokali nteressat.
Dipartiment ta' l-Edukazzjoni — Studenti bid-dyslexia
Question
Jista' l-Ministru jgħid xi trattament speċjali jingħataw studenti bil-problema tad-dyslexia beix jagħmlu l-eżamijiet mid-Difficult Learning Section jew taqsimiet oħrajn tad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-arranġament speċjali li jingħataw lill-istudenti bid-dyslexia jiddependu minn kemm tkun serja l-kundizzjoni. Dan jiġi deċiż wara li l-istudent/a jkun assessjat mill-SpLD Unit (Dyslexia). Jistgħu jingħataw wieħed jew aktar minn dawn l-arranġamenti li ġejjin:
* Scribe
* Reader when requested
* Reader All
* Use of Table Square
Dipartiment ta' l-Edukazzjoni — Studenti bid-dyslexia
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hijiex il-prattika tad-Difficult Learning Section tad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni li ma jirrikonoxxix ċertifikati mediċi ta' speċjalisti privati li jiċċertifikaw id-dyslexia u b'hekk sabiex issir din iċ-ċertifikazzjoni l-affarijiet jitwalu għad-detriment ta' l-istudent konċernat?
X'inhi l-prattika adottata minn din it-taqsima f'dawn il-każijiet? Kemm hawn każijiet ta' dyslexia fost studenti rikonoxxuti minn din it-taqsima?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li dwar kull każ ta' dyslexia fl-iskejjel, il-prattika tad-Dipartiment tal-Kurrikulu (SpLD Unit) bħalissa hija li, meta jkun hemm ħjiel serji ta' problemi ta' tagħlim, il-ġenituri jirreferu l-każ lill-Kap ta' l-iskola. Min-naħa tagħhom il-kapijiet jgħaddu l-każ bl-evidenza kollha miġbura lil dik it-taqsima speċjalizzata, jiġifieri, jew l-iSchool Psycological Service jew lill-SpLD. Skond il-każ, it-taqsima SpLD tagħmel l-assessment. Għall-iskopijiet ta' dan l-assessment, l-uffiċjali ta' l-SpLD jieħdu konsiderazzjoni anke taċ-ċertifikati ta' tobba spejalizzati flimkien ma' l-evidenza mibgħuta mill-ġenituri u mill-kapijiet ta' l-iskola.
Bħalissa hemm madwar 300 każ ta' dyslexia fost studenti rikonoxxuti minn din it-taqsima.
Jista' il-Ministru jgħid lill-Kamra x'arranġamenti saru dwar il-parking area li nbniet ħdejn l-isptar San Luqa, kemm għall-viżitaturi fl-isptar kif ukoll għall-istaff ta' l-isptar? Veru li din qed tiġi operata minn ditta privata? X'inhu l-ħlas li qed tirċievi din id-ditta għal dan ix-xogħol? X'inhuma t-tariffi li qed iħallsu dawk li jipparkjaw f'din il-parking lot?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Parking area li nbniet ħdejn l-isptar San Luqa għaddiet għand il-Kunsill Lokali Pieta' b'kera mid-Dipartiment ta' l-Artijiet u l-operat tagħha qiegħed isir mill-Kunsill.
Peress illi l-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta u fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom jaġixxu skond il-prijoritajiet, esiġenzi u l-meżżi tagħhom.
Għaldaqstant nissuġġerixxi lill-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill tal-lokalita' billi l-funzjoni li qed jirreferi għaliha fil-fatt hija waħda mir-responsabbiltajiet tal-Kunsilli.
Jista' il- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 37178 u cioe' jista' il-Ministru jgħid jekk in konnessjoni man-next day delivery (Delivery J+1) fil-Maltapost qed jiġi ntrodott night shift ġdid biex is-servizzi postali jkunu jistgħu jsiru mingħajr il-266 impjegat li qed jingħad li huma żejda? Jikkonferma il-Ministru li sa ftit ilu ittra li kienet tiġi mpustata qabel is-sebgħa ta' filgħodu kienet tasal fl-istess ġurnata? Jaqbel il-Ministru li llum din tasal l-għada jekk mhux aktar tard ukoll?
Response (BONNICI, JOSEF)
Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija, jiena nfurmat li l-materja qed tiġi diskussa bejn il-Management tal-Kumpanija u l-Union bħala parti min-negozjati għall-ftehim kollettiv.
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, huwa minnu li ittri impustati qabel is-sebgħa ta' filgħodu kienu jitqassmu fl-istess ġurnata. Madanakollu tajjeb jingħad li dawn l-ittri kienu jammontaw biss għal madwar sitta fil-mija ta' l-ittri kollha mpustati.
Fir-rigward ta' l-aħħar parti tal-mistoqsija, jirriżulta li minn riċerka li saret mill-Maltapost, erbgħa u disgħin fil-mija ta' l-ittri qed jitqassmu l-għada, jiġifieri J + 1.
Jista' il-Ministru kkonċernat iwieġeb mistoqsija parlamentari numru 37154 u cioe' b'referenza għall-klawsola bejn il-Maltapost u t-Transend, dawn ta' l-aħħar huma marbutin biex iġibu investiment barrani lejn pajjiżna? Jekk din il-kumpannija ma tattwahx dan il-ftehim, huma se jissostitwixxu xi telf li jista' jirriżulta biex ma jsirx tnaqqis fil-workforce?
Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 37153 u cioe' jgħid x'kienet l-ispiża involuta biex saru uffiċini ġodda u strutturi ġodda fil-Maltapost? Ħarġu tenders għal dan ix-xogħol speċjalment in konnessjoni ma xogħol ta' aluminium? Jekk fl-affermattiv, x'kienu u lil min ġew ġġudikati? Jekk fin-negattiv, x'inhi r-raġuni?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni li qed jitlob l-Onrevoli Interpellant hija ta' natura kummerċjali u għalhekk ma naħsibx li jkun fl-interess ta' l-azjenda li l-istess informazzjoni issir ppubblika.
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 37152 u cioe' jgħid kemm għandha karozzi l-Maltapost għall-management tal-kumpannija, x'tip ta' karozzi huma, b'kemm u meta nxtraw u x'inhi l-average daily running cost expenses tagħhom, inkluż kemm jintefaq bħala fuel consumption?
Response (BONNICI, JOSEF)
Peress li l-Onorevoli Membru qed jitlob informazzjoni ta' natura kummerċjali, ma naħsibx li jkun fl-interess ta' l-istess Maltapost li tali nformazzjoni tixxandar.
Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 37151 u cioe' jgħid xi spiża ntefqet biex saret ir-rampa l-ġdida (loading bay) fil-Maltapost, kemm ilha li saret u jekk hux minnu li din se terġa' tinqala' u ssir mill-ġdid?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ma naħsibx li jkun fl-interess tal-Maltapost li nippubblika l-informazzjoni mitluba minħabba li hija ta' natura kummerċjali.
Jista' il-Ministru jindaga x'inhi r-raġuni li l-okkupant fi Flat 2, Belveder, Triq Sant Anna, Tarxien qiegħed ibati regolarment minn dawl baxx ħafna?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Membru ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni neċessarja u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-Maltapost dwar investiment li minn Lm204.000 għandu jaqbeż il-Lm1 miljun? Minn fejn huwa maħsub li ġejjin il-flus biex issir tali żieda fl-investiment mill-kumpannija?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni li qed tintalab hija ta' natura kummerċjali u għaldaqstant ma naħsibx li jkun fl-interess kummerċjali ta' l-azjenda li tali nformazzjoni tiġi ppubblikata.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni dwar il-ħaddiema tal-Maltapost li għandhom jiġu reinstated fis-servizz pubbliku? B'liema kondizzjonijiet in konnessjoni ma salarji għandu jsir dan?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li bħalissa għaddejjin negozjati bejn il-Gvern, il-Maltapost u l-Union dwar din il-materja u għaldaqstant għadu prematur biex jingħataw dettalji.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-futur tal-ħaddiema li jinstabu b'kuntratt mal-Maltapost fid-dawl tat-tnaqqis fin-numru ta' ħaddiema tal-kumpannija proġettat? Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm minn dawn u kemm minnhom jinsabu fil-management level?
In konnessjoni mat-tnaqqis maħsub fil-work force tal-Maltapost b'madwar 266 impjegat, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-Maltapost jekk dan l-iskop ma jintlaħaqx b'mod konsenswali mal-ħaddiema?
Response (BONNICI, JOSEF)
Peress li dwar din il-materja għadhom għaddejjin diskussjonijiet bejn il-Gvern, il-Maltapost u l-Union, ma jkunx prudenti li wieħed jagħti dettalji.
In konnessjoni mal-Maltapost, jista' l-Ministru jgħid xi spejjeż huwa maħsub li jkun hemm biex jinħolqu delivery hubs? Kemm hu maħsub li jkun in-numru tal-work force f'dawn id-delivery hubs?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni li qed jitlob l-Onrevoli Interpellant hija ta' natura kummerċjali u għaldaqstant ma jkunx fl-interess tal-kumpanija li tali nformazzjoni tiġi ppubblikata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandha konsulenti lokali u barranin il-Maltapost? X'inhu s-salarju ta' dawn it-tali u kwalunkwe benefiċċji oħrajn li jmorru mal-kariga?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni li qed jitlob l-Onrevoli Interpellant hija ta' natura kummerċjali u għaldaqstant ma jkunx fl-interess tal-kumpanija li tali nformazzjoni tiġi ppubblikata.
Jista' il-Ministru jgħid xi spiża ntefqet biex saret ir-rampa l-ġdida (loading bay) fil-Maltapost, kemm ilha li saret u jekk hux minnu li din se terġa' tinqala' u ssir mill-ġdid?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jgħid kemm għandha karozzi l-Maltapost għall-management tal-kumpannija, x'tip ta' karozzi huma, b'kemm u meta nxtraw u x'inhi l-average daily running cost expenses tagħhom, inkluż kemm jintefaq bħala fuel consumption?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lil-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jgħid x'kienet l-ispiża involuta biex saru uffiċini ġodda u strutturi ġodda fil-Maltapost? Ħarġu tenders għal dan ix-xogħol speċjalment in konnessjoni ma xogħol ta' aluminium? Jekk fl-affermattiv, x'kienu u lil min ġew ġġudikati? Jekk fin-negattiv, x'inhi r-raġuni?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
B'referenza għall-klawsola bejn il-Maltapost u t-Transend, dawn ta' l-aħħar huma marbutin biex iġibu investiment barrani lejn pajjiżna? Jekk din il-kumpannija ma tattwahx dan il-ftehim, huma se jissostitwixxu xi telf li jista' jirriżulta biex ma jsirx tnaqqis fil-workforce?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lil-Ministru kkonċernat.