Legislature:
Category:
Reset
Active:

Żebbuġ — Xogħol fuq is-sistema tad-drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jindaga meta se jinbeda x-xogħol fuq is-sistema ta' drenaġġ fiz-zona ta' Dawret Ħaż-Żebbuġ peress li leakages fis-sistema qed joħolqu inkonvenjent kbir lir-residenti?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment m'għandux rapporti ta' xi leakages tad-dranaġġ f'Ħaż-Żebbuġ, għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika l-isem jew ismijiet tat-toroq fejn qiegħed jgħid li hemm leakages tad-dranaġġ.

Attard — Triq il-Ponsjetta/Triq Lorenzo Manche' - art tal-gvern

Question

Jista' il-Minsitru jirrikkmanda li l-art tal-gvern li hemm bejn Triq il-Ponsjetta u Triq Lonrenzo Manche' f'Ħ'Attard tiġi żviluppata f'zona ta' rikreazzjoni?

Response (BORG, TONIO)

L-Uffiċċju Konġunt li jamministra din l-art ma jirrakkomandax l-użu tal-proprjeta`. Meta jkun hemm proposta ta` żvilupp ta` żona ta` rikreazzjoni mill-Ministeru responsabbli għal tali żvilupp, l-Uffiċċju jgħaddi din l-art lid-Dipartiment għal dak l-użu; sakemm ma jkunx hemm konsiderazzjonijiet oħra eż. valur li jimmilitaw kontra l-użu ta` dik l-art għal dak l-iskop.

Żebbuġ — Zona tal-Grazzja - Xogħol ta' culverts

Question

Jista' il-Ministru jgħid għalfejn għadu ma tkomplix ix-xogħol ta' culverts mibdi mill-kunsill lokali ta' Ħaż-Żebbuġ peress li dan qed joħloq inkonvenjent kbir lir-residenti taz-zona tal-Grazzja, f'Ħaż-Żebbuġ? Jista' il-Ministru jagħmel pressjoni biex dan ix-xogħol jitlesta?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Żebbuġ — Tal-Grazzja - Flooding

Question

Jista' il-Ministru jirrikkmanda li jitlesta x-xogħol li nbeda fiz-zona Tal-Grazzja, f'Ħaż-Żebbuġ biex tittaffa il-problema ta' flooding li jkun hemm kull meta tagħmel ħalba xita sew?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħtini aktar tagħrif dwar ix-xogħol li nbeda fiż-żona tal-Grazzja, Ħaż-Żebbuġ għaliex is-Sezzjoni responsabbli ma bdiet l-ebda xogħol konness mal-problema ta' l-għargħar peress li din iż-żona taqa' taħt ir-responsabbilta' tal-Kunsill Lokali.

Żebbuġ — Triq l-Imdina - traffic lights

Question

Jista' il-Ministru jikkonsidra li jirrikkmanda li jsiru traffic lights fil-viċinanzi tax-showroom ta' SMW Cortis fi Triq l-Imdina, f'Ħaż-Żebbuġ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li minn riċerka li saret fir-records tad-Direttorat għall-Immaniġjar tat-Traffiku, irriżulta li d-Direttorat ma rċieva ebda rikjesta mill-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ rigward Traffic Lights fi Triq l-Imdina u dan id-Direttorat ma jirrikomandax li din il-junction tiġi kkontrollata minn sistema ta' traffic lights għax ir-roundabout li hemm eżistenti għandha biżżejjed capacity għat-traffiku li jgħaddi minn din it-triq.

Attard — Provvista ta' l-ilma

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentrari numru 167, filwaqt li nehmeż under seperate cover indirizz speċifiku, jista' il-Minsitru jinnonta li din il-problema ma hijiex daqstant lokaliżżata?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat mill-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma li ser tara x`inhi l-problema ta` pressjoni baxxa fl-indirizz moghti mill-Onorevoli Interpellant u terga ticcekkja jekk din il-problema hix lokalizzata jew le.

Dingli — Ħajt perikoluż

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 166 peress li l-ħajt in kwistjoni ilu rapportat li huwa perikoluż għall ħafna xhur tant li r-residenti f'din it-triq saħansitra jibżgħu jipparkjaw taħtu, tista' ssir xi ħaġa biex dan il-periklu jitneħħa?

Response (ZAMMIT, NINU)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari numru 166, ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ground huwa mogħti b'ċens ta' 49 sena lill-Klabb Dingli Swallows taħt il-ħarsien tal-Kunsill għall-Isport. Għalhekk it-tiswija meħtieġa hija responsabbilta' tal-Klabb.

Dingli — Recreational area

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 164, jista' il-Ministru jikkunsidra li jirrakkomanda li din iż-żona tiġi żviluppata bħala recreational area?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ż-żona li qiegħed jirreferi għaliha tifforma parti mill-Qasam tad-Djar ta' Ħad-Dingli. Din iż-żona taqa' taħt ir-responsabbilta' tad-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni tad-Djar fil-Ministeru tal-Politika Soċjali, għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel id-domanta tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ħaż Żebbuġ — Pressjoni baxxa ta' ilma

Question

Jista' il-Ministru jindaga għalfejn hemm pressjoni baxxa ħafna ta' l-ilma fi Triq Adeodato Gatt, Ħaż Żebbuġ?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat mill-Korporazzjoni li l-problema ta` pressa baxxa ta` ilma fi Triq Addeodato Gatt, Haz-Zebbug hija wahda partikolari ghal xi flats li nbnew ricentament, liema flats huma aktar minn tliet sulari gholja. Minhabba problemi ta` leakage, il-korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-ilma qieghda taddotta policy li tkun marbuta li tipprovdi ilma bi pressjoni minima ta` 1 bar, li hija bizzejjed biex timla` tank fuq dar normali ta` tliet sulari. Din il-policy qed tigi addottata fejn hemm bini gdid u ssehh biss f`postijiet critici fiz-zoni (perezempju fl-oghla postijiet) u mhux fiz-zona kollha. Min jibni postijiet ta` aktar minn tliet sulari ghandu jiehu hsieb biex jinstalla` pompa biex ikun jista` jtella` l-ilma fis-sulari ta` fuq u fit-tank ta` fuq il-bejt. B`din il-policy, l-Korporazzjoni tkun tista` tikkontrolla l-leakage taz-zona ferm ahjar. Sadattant, peress li din il-policy ghadha relattivament gdida, il-Korporazzjoni qed tinvestiga jekk tistax issib xi soluzzjoni ohra ghal dan il-bini gdid.

Ħ'Attard — Tiswija ta' toroq

Question

Jista' il-Ministru jikkunsidra li jirrakkomanda li Triq in-Nebbieta, Ħ'Attard, tingħata wiċċ xieraq peress li ħafna minn din it-triq ilha żviluppata?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport qed tipprepara programm għal asfaltar ta' diversi toroq madwar Malta kollha u x-xogħol fi-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant isir aktar 'l quddiem skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.

MIA — Flight path ta' l-ajruplani

Question

Jista' il-Ministru jikkonsidra li jissuġġerixxi li l-flight path ta' l-ajruplani neżlin fil-mitjar ta' Ħal Luqa ma jgħaddix minn fuq built-up areas bħalma huwa Misraħ Kola f'Ħ'Attard?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li normalment l-ajruplani tat-trasport ikollhom jitniżżlu fuq waħda mir-runways prinċipali. Waħda minn dawn ir-runways hija r-runway 14 u li l-ajruplani javviċinawha mill-majjistral. Din ir- runway hija mgħammra b'Instrument Landing System (ILS) li tipprovdi lill-bdott bi flight path elettroniku preċiż ħafna sabiex tkun żgurata s-sigurta tat-titjir. Dan it-tgħamir ta' l-ILS huwa wieħed standard utiliżżat fuq kull ajruport internazzjonali. Il-karatteristiċi tekniċi ta' l-ILS ma jippermettux li l-flight path elettroniku tagħwġu jew iddawru b'xi mod għaliex irid ikun alinejat mal-linja ċentrali tar-runway li t-tgħamir ikun iservi. Għalhekk is-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant ma jistax jitwettaq minħabba raġunijiet tekniċi.

Attard — Triq Peter Paul Rubens

Question

Jista' il-Ministru jikkonsidra li jirrikkmanda li jingħata wiċċ xieraq lil Triq Peter Paul Rubens f'Ħ'Attard peress li ilha żviluppata ħafna?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi l-Awortita Dwar it-Trasport qed tipprepara programm għal-asfaltar ta' diversi toroq madwar Malta kollha u x-xogħol fit-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant isir aktar 'l quddiem skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.

Żebbuġ — Triq l-Innu Malti - problema ta' flooding

Question

Jista' il-Ministru jindaga meta se jsir ix-xogħol li hemm ippjanar li jsir biex tittaffa l-problema ta' flooding fi Triq l-Innu Malti, f'Ħaż Żebbuġ?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fit-triq imsemmija ma hemm l-ebda problema fis-sistema tad-dranaġġ f’sitwazzjoni normali . Il-flooding jirriżulta meta tagħmel ħafna xita. Tajjeb li wieħed jinnota li l-infrastruttura tas-sistema tad-dranaġġ hija ddisinjata biex tieħu biss id-dranaġġ u mhux l-ilma tax-xita. Madankollu, id-Dipartment tad-Dranaġġ ser jara x’jista’ jsir biex jilqa’ għal din is-sitwazzjoni.

Attard — Traffic lights

Question

Jista' il-Ministru jikkonsidra li jirrikkmanda li jsiru traffic lights fil-cross road li hemm bejn Triq Notabile u Triq Ħaż-Żebbuġ, f'Ħ'Attard?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Direttorat għall-Immaniġjar tat-Traffiku qçgħed f'konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali ta' Ħ'Attard rigward numru ta' Junctions li għandhom bżonn upgrading fil-lokalita'.

Dingli — Zona rikreattiva

Question

Jista' il-Ministru jindaga jekk kienx hemm progress biex tiġi żviluppata f'zona rikreattiva il-fetħa mhux żviluppata li hemm wara l-ground ta' Ħad-Dingli?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-Taqsima tax-Xogħlijiet qatt ma kellha talba biex isir xi xogħol fis-sit indikat mill-Onor. Interpellant.

Dingli — ground

Question

Jista' il-Ministru jindaga għalfejn għadu ma sar xejn fir-rigward tal-ħajt perikoluż li hemm fuq naħa waħda tal-ground ta' Ħad-Dingli?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa llum id-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni tat-Taqsima tax-Xogħlijiet ma rċieva l-ebda lment dwar dan il-ħajt. Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant jgħaddili d-dettalji ħalli d-Dipartiment jieħu l-passi neċessarji.

Attard — Provvista ta' ilma

Question

Jista' il-Ministru jindaga għalfejn qed ikun hemm problema persistenti ta' pressa baxxa ta' ilma fi Triq is-Sienja u Triq Dun Mikiel Xerri, f'Ħ'Attard?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta` l-Ilma ma kelliex rapporti ta` pressjoni baxxa f`dawn it-toroq u meta din ġiet imkejla fit-28 ta` Mejju 2003, irriżulta li din kienet sodisfaċenti. Jekk l-Onorevoli Interpellant għandu xi indirizz partikolari fejn kien hemm pressa baxxa, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta` l-Ilma, tkun tista` tagħmel investigazzjoni iktar lokalizzata.

Żebbuġ — Provvista ta' elettriku

Question

Jista' il-Ministru jindaga għalfejn għadha ma ssolvietx il-problema ta' vultaġġ baxx ta' dawl fit-toroq M.A. Sapiano, Triq G.B. Debono u 12th May, f'Ħaż-Żebbuġ?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-problema ta` vultaġġ baxx ġiet investigata u diġa` sar xogħol ta` tisħiħ fuq is-Sistema ta` Vultaġġ Baxx biex tittaffa. Hemm ukoll ippjanat li jsir substation ġdid biex tiġi solvuta din il-problema darba għal dejjem.