Fir-rigward tat-temporary landfills li hemm propost li jsiru fil-limiti tas-Siġġiewi u l-Qrendi sakemm jiġi żviluppat il-controlled landfill fil-limiti tan-Naxxar, jista' il-Ministru jgħid xi studji saru u minn min saru fir-rigward ta' l-impatt li se jkollhom dawn il-landfills fuq is-siti storiċi li hemm fil-viċinanzi?
Fir-rigward tat-temporary landfills li hemm propost li jsiru fil-limiti tas-Siġġiewi u l-Qrendi sakemm jiġi żviluppat il-controlled landfill fil-limiti tan-Naxxar, jista il-Ministru jgħid xi studji saru u minn min saru fuq l-impatt li se jkollha l-attivita' konnessa ma' dawn il-landfills fuq it-toroq ta' l-inħawi li diġa' huma fi stat ħażin ferm?
Peress li minkejja diversi rapporti li saru lill-Enemalta, arblu perikoluż ħafna biswit F/H id-dar Busketto Road l/o Dingli għadu ma ġiex sostitwit, jista' il-Ministru jindaga għaliex dan għadu ma sarx?
Response (GATT, AUSTIN)
Minn investigazzjoni li saret jirriżulta li l-arblu msemmi mhux fi stat perikoluż iżda xorta waħda qed tittieħed l-azzjoni meħtieġa biex jinbidel flimkien ma' xogħolijiet oħra simili.
Jista' il-Minstru jidaga meta se jitneħħew il-high tension cables tal-viċinanzi ta' Ħaż Żebbuġ u Ħal Qormi peress li dawn jgħaddu viċin ħafna ta' l-abitat u huwa pprovat li huma ta' dannu għas-saħħa tal-bniedem?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi jekk il-"high tension cable" li qed jirreferi għalihom hu, huma it-"33KV overhead double line" li jikkonnettjaw il-Marsa South DC mal-Mosta DC, minkejja li f'għajnejn il-pubbliku huma maħsuba ta' periklu, ma hemm l-ebda prova f'dan ir-rigward. Għalhekk l-Enemalta m'għandha l-ebda pjan li tneħħi dawn il-cables.
Peress li minkejja diversi rapporti li saru lill-Enemalta, arblu perikoluż ħafna biswit F/H id-dar Busketto Road l/o Dingli għadu ma ġiex sostitwit, jista' il-Ministru jindaga għaliex dan għadu ma sarx?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Minstru jara kif jagħmel biex juża l-influwenza tiegħu ħalli jitnaqqas it-tiġnis li joriġina mill-Fish Farms fil-bajiet l-aktar popolari f'pajjiżna?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jiena nfurmat li li l-fish farms kollha għandhom monitoring programme ambjentali xi jsegwu. Dan jiġi esegwit minn istituzzjoni approvata mill-MEPA u il-ħlas tal-monitoring programme isir mill-operaturi tal-fish farms. Minħabba dawn il-kontrolli il-fish farms u l-impatt li jista’ jkollhom fuq l-ambjent huma monitorati, u azzjonijiet korrettivi jittieħdu kif u meta jkun hemm bżonn.
Jista' il-Minstru jara kif jagħmel biex juża l-influwenza tiegħu ħalli jitnaqqas it-tiġnis li joriġina mill-Fish Farms fil-bajjiet l-aktar popolari f'pajjiżna?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu diġa' għamlet ir-rappreżentazzjonijiet tagħha fuq dan is-suġġett.
Jista'il-Ministru jidaga għalfejn għadu ma tlestiex ix-xogħol ta' culverts fiż-żona tal-Grazzja f' Ħaż Żebbuġ mill-Kunsill Lokali peress li x-xogħol li sar s'issa aggrava u mhux solva l-problema ta' flooding f'din iż-żona?
Response (BORG, TONIO)
Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali b`personalita` legali distinta.
Għaldaqstant nissuġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill tal-lokalita`.
Jista' il-Ministru jikkonsidra li jirrikkmanda li jingħata wiċċ xieraq lil Triq Indri Borg, f'Ħaż-Żebbuġ?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport qed tipprepara programm għal asfaltar ta' diversi toroq madwar Malta kollha u x-xogħol fit-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant isir aktar 'l quddiem skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 321 fejn intlabt inkun aktar speċifiku, filwaqt li jinnota li l-inkonvenjent jikkonsisti f'irwejjaħ u ħsejjes żejda, jista' il-Ministru jagħti tweġiba?
Response (DALLI, JOHN)
L-Interpellant għandu japprezza li l-post li qed jirreferi għalih huwa qasam industrijali li ilu stabbilit għal ħafna snin.
Għandhom isiru rapporti speċifiċi fuq kull inkonvenjent li jsir.
Peress li minn rapporti ta' leakages ta' drenaġġ fiż-żona tad-Dawl f'Ħaż Żebbuġ, jista' il-Ministru jinvestighom biex titteffa l-problema kkwawżata lil numru ta' residenti?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara fawran ta' dranaġġ ġo żewġ residenzi fiż-żona tad-Dawl f'Ħaż-Żebbug ġie mnaddaf u qiegħed jiġi mbattal u mnaddaf bir li ġie ikkontaminat bid-dranaġġ ukoll.
Jista' il-Ministru jirrakomanda li l-art tal-Gvern li hemm bejn Triq il-Ponsjetta u Triq Lorenzo Manche' f' Ħ'Attard tiġi żviluppata f'żona ta' rikreazzjoni?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment ikkonċernat ser jikkonsidra s-suġġeriment tiegħu.
Jista' il-Ministru jħeġġeġ lill-Kunsill Lokali ta' Ħaż Żebbuġ biex ilesti x-xogħol ta' culverts fiż-żona tal-Grazzja f'Ħaż Żebbuġ peress li x-xogħol li sar s'issa aggrava u mhux solva l-problema ta' flooding f'din iż-żona?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
B'referenza għal-mistoqsija parlamentari numru 320, jista' il-Ministru għallinqas jirrakkomanda li jsiru pelican lights biex jiffaċilitaw il-qsim ta' Triq l-Imdina li hi ferm traffikuża u li ma taqax taħt il-Kunsill Lokali?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Awtorita' Dwar it-Trasport ta' Malta ma rċeviet l-ebda talba biex isiru pelican lights fil-post imsemmi. Għaldqaqstant, l-Awtorita qed tikkunsidra t-talba ta' l-Onor. Interpellant.
Jista' il-Ministru jirrakomanda li jingħata wiċċ xieraq lil Triq Ġdida fi Triq il-Kandlora Żebbuġ Malta?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport qed tipprepara programm għal asfaltar ta' diversi toroq madwar Malta kollha u x-xogħol fit-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant isir aktar 'l quddiem skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.
Jista' il-Ministru jirrakkomanda li ż-żona mhux żviluppata li taqa' taħt id-Dipartiment tad-Djar wara l-ground ta' Ħad Dingli tiġi żviluppata bħala recreational area?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li hemm il-[sieb li ]-]ona ndikata mill-Onor. Interpellant tkun inklu]a fil-programm ta' ;onna li jsiru b'koperazzjoni bejn id-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar u l-Kunsilli Lokali.
Jista' il-Ministru jara jekk tistax issir xi ħaġa biex jitnaqqas l-inkonvenjent li qed jinħoloq lir-residenti fil-viċinanzi ta' l-Industrial Estate ħdejn Misraħ Kola, f'Ħ'Attard?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant ikun aktar speċifiku rigward l-inkonvenjent li qed jinħoloq lir-residenti fil-viċinanzi ta’ l-Industrial Estate ħdejn Misraħ Kola f’H’Attard.
Jista' il-Minisru jirrikkmanda li jsiru xi traffic calming measures fi Triq Victor Vassallo, f'Ħ'Attard minħabba l-periklu li jeżisti f'din it-triq bħala riżultat ta' overspeeding?
Response (BORG, TONIO)
Is-suġġeriment tal-membru ġie diġa` meħud in konsiderazzjoni di fatti nista` ninfurmah li jidher li sar survey bejn it-Traffic Control Board u l-MEPA iżda għad ma hemmx deċiżjoni finali fuq dan.
Jista' il-Ministru jikkonsidra li jirrikkmanda li l-art tal-gvern li hemm bejn Triq l-Imdina, Triq Wied Ħesri u Triq it-Tabib Nikol Zammit, fis-Siġġiewi tiġi mgħoddija lill-kunsill lokali tas-Siġġiewi biex tiġi żviluppata f'faċilita' għal persuni b'diżabilita' u l-anzjani?
Response (BORG, TONIO)
Jien infurmat li l-Ufficcju Kongunt jamministra diversi proprjetajiet li jinstabu bejn Triq l-Imdina, Triq Hesri u Triq it-Tabib Nikol Zammit, Siggiewi. Ghalhekk l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub sabiex jindika fuq pjanta l-art li qieghed jirrefferi ghaliha.