Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħaż Żebbuġ — Mdina Road

Question

Jista' il-Ministru jara li fit-twessigħ li hemm previst biex isir f'Mdina Road, Ħaż-Żebbuġ ma titteħidx art agrikola u t-twessigħ isir billi tidjieq is-central strip u tintuża l-art pubblika li hemm mhux żviluppata tul it-triq kollha?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li qed isir dak kollu possibli biex fejn ikun hemm bżonn ta' twessiegħ ta' toroq ma tittiħiedx art agrikola aktar milli hemm bżonn u dawn il-kriterji qegħdin jintużaw fil-proposti għall-iżvilupp tat-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant.

Ħaż Żebbuġ — Triq Mons. Anton Cilia

Question

Jista' il-Ministru jikkonsidra li jirrikmanda li Triq Mons. Anton Cilia, f'Ħaż-Żebbuġ tingħata wiċċ xieraq peress li din hija żviluppata kompletament?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fil-preżent għadu kif sar ftehim bejn l-Awtorita' dwar it-Trasport u l-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ sabiex ikunu jistgħu isiru Triq Ġdida fi Triq l-Għasfur, Triq Gulliermu Lorenzi, Triq Luigi Fontana kif ukoll Triq Mons Anton Cilia.

Esportazzjoni ta' frott u ħxejjex

Question

Jista' il-Ministru jgħid kif se tintlaqat l-esportazzjoni tal-frott u l-ħxejjex minn pajjiżi mhux membri ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Mad-dħul tagħna fl-Unjoni Ewropea ser ikun iktar possibbli li tiġi kkontrollata l-importazzjoni ta' frott u ħaxix minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea minħabba tariffi u infurzar fuq il-kwalita' ta’ prodotti agrikoli li jidħlu f' Malta.

Għallies — Engineered landfill

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta' l-applikazzjoni għall-iżvilupp tal-landfill il-ġdida ta' l-Għallies?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess ta' l-istudju dwar l-Impatt Ambjentali għadu għaddej. Kemm l-applikazzjoni kif ukoll id-disinji u dettalji tekniċi tal-kostruzzjoni ta' l-Engineered Landfills, inkluż dik għall-iskart perikoluż, ġew sottomessi lill-MEPA biex tiġi approvata it-teknoloġija li għandha tiġi addottata.

Għawdex — Waste transfer station

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta' l-applikazzjoni għall-iżvilupp tal-waste transfer station f'Għawdex in vista tal-fatt li hemm rabta ma' l-Unjoni Ewropea li l-miżbla tal-Qortin trid tagħlaq fl-1 ta' Mejju, 2004?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess ta' l-istudju dwar l-Impatt Ambjentali wassal biex intgħażel is-sit preferut. Għalkemm ġiet sottomessa l-applikazzjoni għal dan l-iżvilupp, il-MEPA għad trid tikkonferma dan is-sit u jitkompla l-istudju dwar l-Impatt Ambjentali fuqu.

Wied il-Għajn — Triq il-Lampuka - asfaltar

Question

Jista' il-Ministru jindaga jekk tistax tingħata wiċċ xieraq Triq il-Lampuka, f'Wied il-Għajn?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi l-Awtorita` dwar it-Trasport qed tipprepara programm għall-asfaltar ta' diversi toroq madwar Malta kollha u x-xogħol fil-lokalita` isir aktar il-quddiem skond il-prijoritajiet li jirriżultaw.

EIA — Studju arkeoloġiku

Question

Jista' il-Ministru jgħid min huma l-esperti arkeoloġiċi li wettqu l-istudju arkeoloġiku għall-EIA li ġie ppreżentat lill-MEPA fir-rigward ta' l-interim landfills li hemm proposti li jsiru ħdejn l-Imnajdra u Ħaġar Qim?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-esperti proposti li ħadmu fuq l-istudju arkeoloġiku għall-EIA li gie ppreżentat lill-MEPA fir-rigward ta' l-Interim Landfills huma, Dr Simon Nicholas Collcutt, li kopja tas-C.V. tiegħu qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, u s-Sur Godwin Vella B.A.(Hons) Archaeology, awtur ta' diversi rapporti u surveys dwar siti arkeoloġiċi f'Malta u Għawdex.

Siġġiewi — Sqaq il-Qajjiet - servizz ta' drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jikkonsidra li jirrakkomanda li għandu jiġi mgħoddi s-servizz ta' drenaġġ fi Sqaq il-Qajjiet, Siġġiewi, speċjalment in vista tal-fatt li hemm pjan mill-kunsill lokali tal-lokal li jagħti wiċċ lil din it-triq peress li jekk dan ma jsirx mill-aktar fis se jkollna naqilgħu xogħol il-kunsill fil-futur?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dil-materja qed tkun ikkunsidrata sew tant li bħalissa qed isir survey ta' l-area minħabba li hemm ġnien privat li qed jimblokka t-triq. Minħabba f'hekk qed tkun ikkonsidrata l-possibilita' li l-mejn jaqleb lejn in-naħa l-oħra tat-triq. Dan ifisser li l-mejn ikollu jitqiegħed f'livell taħt il-wiċċ tat-triq aktar fond milli jsir normalment.

Gvern Taljan — Fondi - 5th Protocol

Question

Jista' il-Ministru jgħidilna jekk il-fondi li ngħataw mill-Gvern Taljan bħala assistenza għat-tiswija tat-toroq tagħna fil-5th protocol relating to Economical, Technical and Financial Assistance għandhomx arbut magħhom li x-xogħlijiet jibqgħu jitwettqu minn kumpanniji barranin?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bħal ma ġara fil-Protokolli Finanzjarji l-oħra li Malta ffirmat ma' l-Italja, l-ispirtu tal-Ħames Protokoll Finanzjarju jirrikjedi li l-bicca l-kbira tax-xogħlijiet jitwettqu minn kumpaniji Taljani. Il-Protokoll jispeċifika wkoll li l-finanzjament ta' spejjeż u xogħlijiet Maltin jista' jlaħħaq sa ħmistax fil-mija tal-valur ta' kull proġett u f'ċerti każi din ir-rata tista' bi qbil bejn iż-żewġ partijiet titla' sa tletin fil-mija.

Temporary landfills

Question

Fir-rigward tat-temporary landfills li hemm propost li jsiru fil-limiti tas-Siġġiewi u l-Qrendi sakemm jiġi żviluppat il-controlled landfill fil-limiti tan-Naxxar, ma jaħsibx il-Ministru li biex jiġu riabilitati dawn il-barrieri kien ikun aħjar li kieku ntużaw għat-tfigħ ta' terrapien?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 1209.

Temporary landfills

Question

Fir-rigward tat-temporary landfills li hemm propost li jsiru fil-limiti tas-Siġġiewi u l-Qrendi sakemm jiġi żviluppat il-controlled landfill fil-limiti tan-Naxxar, jista' il-Ministru jgħid jekk ġietx ikkonsultata l-Malta tourism authority qabel ma saret din il-proposta?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 1202.

Temporary landfills

Question

Fir-rigward tat-temporary landfills li hemm propost li jsiru fil-limiti tas-Siġġiewi u l-Qrendi sakemm jiġi żviluppat il-controlled landfill fil-limiti tan-Naxxar, jista' il-Ministru jgħid jekk ġewx ikkonsultati persuni tekniċi tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma peress li l-landfills proposti huma viċin ferm tar-reverse osmosis plant li hemm f'Għar Lapsi?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 1202.

Temporary landfills

Question

Fir-rigward tat-temporary landfills li hemm propost li jsiru fil-limiti tas-Siġġiewi u l-Qrendi sakemm jiġi żviluppat il-controlled landfill fil-limiti tan-Naxxar, jista' il-Ministru jgħid jekk ġewx ikkonsultati l-kunsilli tas-Siġġiewi u tal-Qrendi qabel ma saret din il-proposta?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 1202.

Temporary landfills

Question

Fir-rigward tat-temporary landfills li hemm propost li jsiru fil-limiti tas-Siġġiewi u l-Qrendi sakemm jiġi żviluppat il-controlled landfill fil-limiti tan-Naxxar, jista' il-Ministru jgħid jekk ġiex ikkonsultat id-dipartiment tal-mużewijiet qabel ma saret din il-proposta?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 1202.

Temporary landfills

Question

Fir-rigward tat-temporary landfills li hemm propost li jsiru fil-limiti tas-Siġġiewi u l-Qrendi sakemm jiġi żviluppat il-controlled landfill fil-limiti tan-Naxxar, il-Ministru fil-press conference li ta l-bieraħ semma li kien hemm sitt barrieri li jistgħu jintużaw għal dan l-iskop f'Malta kollha minħabba l-bżonn li s-sit magħżul ikun 'il barra mill-ground water protection zone, jista' jgħid liema huma l-erba' barrieri l-oħra li għandhom il-potenzjal li jintużaw għal dan l-iskop?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-barrieri kollha li ġew ikkunsidrati fir-rigward ta' l-engineered temporary landfills u li qegħdin barra mill-ground water protection zone, jinsabu f'dokument li tħejja apposta sabiex fuqu jkunu jistgħu jibdew il-konsultazzjonijiet ma' l-entitajiet kollha kkonċernati fuq il-proġett propost. Dan id-dokument, magħruf aħjar bħala l-Project Description Statement (PDS), jinkludi l-informazzjoni kollha u dettalji oħra fuq dan il-proġett. Il-PDS ġie mgħoddi lill-MEPA u wieħed jista' jarah fuq il-website ta' l-Awtorita'

Temporary landfills

Question

Fir-rigward tat-temporary landfills li hemm propost li jsiru fil-limiti tas-Siġġiewi u l-Qrendi sakemm jiġi żviluppat il-controlled landfill fil-limiti tan-Naxxar, kulħadd jaqbel li l-barrieri li qed jiġi propost li jintużaw għal dan l-iskop għandhom jiġu riabilitati għax qed ikerrħu l-ambjent? Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li l-ministeru tiegħu jissuġġerixxi barriera oħra fil-viċinanzi li qed ikollha impatt ferm akbar fuq l-ambjent tiġi kkontrollata wkoll?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 1209.

Buġibba — Xogħol ta' asfalt

Question

Jista' il-Ministru jikkonsidra li jirrikmanda li z-zona shaded fuq is-site plan annessa separatament tingħata wiċċ xieraq minħabba l-inkonvenjent kbir u l-istat preżenti tagħha qed jikkawża?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tingħata f'xi seduta oħra.

Ħaż-Żebbuġ — Triq l-Imdina - roundabout

Question

Jista' il-Ministru jirrikmanda li r-roundabout li hemm fi Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ viċin l-iskola ta' St. Dorothy tiġi nkluża fl-istima tal-landscaping?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li r-roundabout li hemm fi Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ se tiġi mmantenuta u jsir program ta’ tisbieħ, wara li l-isponsor li kien qiegħed jieħu ħsiebha irtira l-isponsorship tiegħu.

Tiswija ta' toroq — Għajnuna finanzjarja mill-gvern Taljan

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk is-somma flus li se tingħata mill-gvern Taljan bħala għajnuna għat-tiswija tat-toroq tagħna ngħatatx bil-kondizzjoni li x-xogħlijiet li jsiru jkunu jistgħu jitwettqu minn kumpanniji barranin?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi peress li l-Onorevoli Interpellant qiegħed jirreferi essenzjalment għal-kundizzjonijiet relatati mal-ftehim magħruf bħala '5th Protocol relating to Economical, Technical and Financial Assistance' bejn il-Gvern Malti u dak Taljan, għalhekk l-Onorevoli Interpellant hu mitlub jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Temporary landfills

Question

Fir-rigward tat-temporary landfills li hemm propost li jsiru fil-limiti tas-Siġġiewi u l-Qrendi sakemm jiġi żviluppat il-controlled landfill fil-limiti tan-Naxxar, jista' il-Ministru jgħid xi studji saru u minn min saru fir-rigward ta' l-impatt ambjentali li se jkollhom dawn il-landfills f'din iz-zona pittoreska?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru qiegħed isegwi l-proċeduri kollha meħtieġa mill-Awtorita' Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar fir-rigward ta' engineered temporary landfills. Għal dan il-għan, tħejja il-Project Description Statement (PDS) sabiex fuqu jkunu jistgħu jibdew il-konsultazzjonijiet ma' l-entitajiet kollha konċernati. Dan il-PDS diġa' qiegħed għand il-MEPA sabiex jitqassam lil kull min jista' b'xi mod jew ieħor jiġi affettwat b'dan il-proġett. B'hekk l-entitajiet kollha konċernati qed jingħataw żmien biżżejjed biex jikkummentaw u jinfluwenzaw it-Terms of Reference li ser jinħareġ wara li jiskadi ż-żmien ta' konsultazzjoni. Wara dan l-istadju jsir l-Environment Impact Assessment (EIA) li fost l-affarijiet oħra, jara x'impatt ambjentali jista' jkun hemm ta' l-inħawi.