Jista' il-Ministru jikkonsidra li l-parking area ta' quddiem ir-Roman Villa fir-Rabat tingħata xi forma ta' wiċċ temporanju biex jitneħħa l-inkonvenjent kemm ta' min jipparkja kif ukoll tar-residenti tal-madwar?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li l-art li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant hi fil-parti kbira tagħha proprjetà ta’ terzi li dwarha hemm ukoll proċeduri fil-Qorti. Għaldaqstant, sakemm is-sitwazzjoni ma tinbidilx, ix-xogħlijiet li qed jintalbu ma jistgħux isiru. Dan apparti l-fatt li anki jekk il-Gvern finalment jirnexxilu jixtri l-proprjetà kollha, l-użu ta’ dik l-art, anki għal skop ta’ parkeġġ, irid jiġi studjat bir-reqqa peress li taħt dik l-art jista’ jeżisti wirt nazzjonali.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jindaga dwar x'inhu jiġri fir-rigward tal-parking diżorganizzat fuq ix-xtajta tal-Ġnejna? Jista' jara jekk hijiex qed issir forma ta' illegalita' u jekk mhux il-każ jara li l-parking isir b'mod aktar organizzat?
Response (BORG, TONIO)
L-immaniġar tat-traffiku, inkluż il-parkeġġ fil-lokalitajiet, jaqa' taħt ir-responsabbilita' tal-Kunsill Lokali. Bħal ma jaf l-Onor. Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta u għalhekk nissuġġerilu jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.
Jista' il-Ministru jindaga dwar x'inhu jiġri fir-rigward tal-parking diżorganizzat fuq ix-xtajta tal-Ġnejna? Jista' jara jekk hijiex qed issir forma ta' illegalita' u jekk mhux il-każ, jara li l-parking isir b'mod aktar organizzat?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lil-Onor. interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jikkonsidra li l-parking area ta' quddiem ir-Roman Villa fir-Rabat tingħata xi forma ta' wiċċ temporanju biex jitneħħa l-inkonvenjent kemm ta' min jipparkja kif ukoll tar-residenti tal-madwar?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jindaga dwar x'inhu jiġri fir-rigward tal-parking diżorganizzat ta' caravans fuq ir-ramel fix-xtajta tal-Ġnejna? Jista' jara jekk hijiex qed issir forma ta' illegalita' u jekk mhux il-każ jara li l-parking isir b'mod aktar organizzat?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Skond l-Att ta’ l-Awtorita’ dwar it-Trasport ta’ Malta ta’ l-2000 jirriżulta li l-Awtorita’ hija responsabbli biss mit-toroq kif definiti fl-istess Att. Ix-xtajta tal-Ġnejna fuq ir-ramel ma taqax taħt ir-responsabilta’ ta’ l-Awtorita’ dwar it-Trasport ta’ Malta.
Jista' il-Ministru jikkonsidra u jirrikmanda li dak li qed isir waqt l-eżamijiet tal-junior lyceum ta' kull sena, cioe' li numru ta' klassijiet jibdew tard għal ġimgħa sħiħa, jieqaf? Dan qed joħloq inkonvenjent kbir, speċjalment għal dawk l-ommijiet li jaħdmu u qed jisfratta ġimgħa sħiħa għal dawn it-tfal. Jistgħu dawn l-eżamijiet isiru filgħaxija kif isir fil-każ ta' dawk tal-common entrance?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-materja li qed iqanqal l-Onor. Kollega qed tiġi konsidrata biex jinstab l-aħjar mod kif tiġi riveduta.
In view of the anticipated amendments in the tax system, could the Prime Minister and Minister of Finance consider amending the system when it comes to parents of children with special needs, who often find it imperative to work, to cope with the financial burdens associated with their child?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li s-suġġeriment tiegħu bi ħsiebni ngħaddih lill-Kummisjoni li twaqqfet mill-Ministeru tal-Finanzi biex tirrevedi s-sistema tat-tassazzjoni f’Malta.
With reference to parliamentary question 11791 in reply to which the Minister had referred to the recommendations of the working group in the inclusive and special education report wherein this working group suggested that government funding should go to the agency of the parent's choice, has anything been done to implement this suggestion?
Response (GALEA, LOUIS)
The Ministry is giving due consideration to the policy implications of this recommendation to arrive at the necessary decision this year.
In view of the anticipated amendments in the tax system, could the Prime Minister and Minister of Finance consider amending the system when it comes to parents of children with special needs, who often find it imperative to work, to cope with the financial burdens associated with their child?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Ħ'Attard — Traffiku li jgħaddi minn Triq in-Nutar Zarb
Question
Jista' il-Ministru jgħidilna jekk għadx hemm il-ħsieb li t-traffiku li jgħaddi minn Notary Zarb Str, Attard fid-direzzjoni tar-Rabat jiġix devjat għal triq oħra li kellha tinbena fil-viċinanzi ta' Wied is-Sewda?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab informat illi l-pjanijiet biex tinbena t-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant għadhom
qed jiġu kkunsidrati.
Id-Direttorat qed iħejji program ta' bini ta' toroq ġodda w dawn ser isiru skond il-prijoritajiet li jirrizultaw.
Jista' il-Ministru jikkonsidra li jirrakkomanda li fis-sezzjoni ta' Notary Zarb Street faċċata taċ-ċimiterju ta' Ħ'Attard isiru l-modifikazzjonijiet neċessarji sabiex jitnaqqas il-periklu li hemm preżentement u biex jiġi evitat in-numru inaċċettabbli ta' inċidenti tat-traffiku?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi se jsir studju rigward is-sit hawn fuq imsemmi sabiex tiġi evalwata l-aħjar sistema għal dan il-lokal.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 18102 u cioe' li jikkunsidra u jirrikmanda li ssir mill-ġdid Triq M A Sapiano, Ħaż-Żebbuġ, peress li din tinsab fi stat diżastruż?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant kienet tintuża bħala deviation route għall-proġett ta' toroq finanzjati mill-Protokoll Taljan.
L-Awtorita' dwar it-Trasport qegħda tikkunsidra li x-xogħlijiet fuq Triq M.A.Sapiano jsiru direttament minnha ma' numru ta' toroq oħra f'Ħaż Żebbuġ.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 18092 u jgħid jekk għadx hemm il-ħsieb li t-traffiku li jgħaddi minn Notary Zarb Str, Attard fid-direzzjoni tar-Rabat jiġix devjat għal triq oħra li kellha tinbena fil-viċinanzi ta' Wied is-Sewda?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 18092.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 18095 u jikkonsidra li jirrakkomanda li fis-sezzjoni ta' Notary Zarb Street, faċċata taċ-ċimiterju ta' Ħ'Attard, isiru l-modifikazzjonijiet neċessarji sabiex jitnaqqas il-periklu li hemm preżentement u biex jiġi evitat in-numru inaċċettabbli ta' inċidenti tat-traffiku?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 18095. L-istudju msemmi f'din ir-risposta issa nbeda u għalhekk risposta definittiva tkun tista' tingħata hekk kif jitlesta dan l-istudju.
Wara numru ta' kuntatti ma' residenti tal-lokalita' ta' H'Attard, kif ukoll wara spezzjonijiet li għamilt personalment, jista' il-Ministru jikkonsidra numru ta' toroq - skond kif jidhru hawn taħt - f'dak li għandu x'jaqsam ma' xogħlijiet li naf li l-gvern beħsiebu jwettaq fix-xhur li ġejjin fuq toroq residenzjali?
Triq iż-Żahar, Triq il-Larinġ, Triq it-Taħħan, Triq l-Istringitur, Triq il-Bettiegħa, Triq il-Ġibjun c/w Triq Dun Alwiġ Galea, Triq il-Nebbieta (parti), Triq Il-Konti Ramiro Barbaro, Triq P.P. Rubens, Triq Emvin Cremona (parti), Triq it-Tut, Triq il-Ficus, Triq is-Sardinella, Triq iż-Żbiba, Triq iż-Żraġen (parti), Trejqet tar-Reġin, Triq Ġdida fi Trejqet Tar-Reġin, Triq Lorenzo Manche u Triq il-Mixtla.
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-toroq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant ser jiġu nklużi fil-program ta’ toroq li jridu jsiru.
Id-Direttorat qed ihejji program għal bini ta’ toroq ġodda u dawn se jsiru skond program li għandu jitfassal fil-ġimgħat li ġejjin.
Wara numru ta' kuntatti ma' residenti tal-lokalita' ta' Ħaż-Żebbuġ, kif ukoll wara spezzjonijet li għamilt personalment, jista' il-Ministru jikkonsidra numru ta' toroq - kif jidhru hawn taħt - f'dak li għandu x'jaqsam ma' xogħlijiet li naf li l-gvern beħsiebu jwettaq fix-xhur li ġejjin fuq toroq residenzjali?
Triq Għarram, Triq Ġiraldu Farrugia, Dawret in-Niżla ta' San Pawl, Triq il-Kaċċa, Triq l-Għeneb, Triq Ġdida fi Triq il-Kbira, Triq Ġanni Pullicino, Triq Patri Andrea Azzopardi, Triq l-Indipendenza, Triq Dun Filippu Calleja, Triq Ġdida fi Triq l-Indipendenza u Triq M.A. Sapiano.
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-toroq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant ser jiġu nklużi fil-program ta’ toroq li jridu jsiru.
Id-Direttorat qed ihejji program għal bini ta’ toroq ġodda u dawn se jsiru skond program li għandu jitfassal fil-ġimgħat li ġejjin.
Ħ'Attard — Traffiku li jgħaddi minn Triq in-Nutar Zarb
Question
Jista' il-Ministru jgħidilna jekk għadx hemm il-ħsieb li t-traffiku li jgħaddi minn Notary Zarb Str, Attard fid-direzzjoni tar-Rabat jiġix devjat għal triq oħra li kellha tinbena fil-viċinanzi ta' Wied is-Sewda?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tewġiba għal din il-Mistosija Parlamentari tingħata f'seduta oħra
Jista' il-Ministru jikkonsidra li jirrakkomanda li fis-sezzjoni ta' Notary Zarb Street faċċata taċ-ċimiterju ta' Ħ'Attard isiru l-modifikazzjonijiet neċessarji sabiex jitnaqqas il-periklu li hemm preżentement u biex jiġi evitat in-numru inaċċettabbli ta' inċidenti tat-traffiku?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-Mistoqsija Parlamentari tingħata f'seduta oħra
Peress li l-Independent insurance li kienet tagħmel motor vehicle insurance waqfet milli tkompli topera mill-1 ta' Settembru 2001 u dawk li kienu għadhom inxurjati magħha u kien għad għandhom il-polza valida ġew mgħarrfa li kellhom jingħataw lura pro-rata tal-premium mhux skadut, u peress li issa għaddew aktar minn tliet snin u nofs u min kien inxurjat magħhom kien ġie assigurat li hawn Malta kienu nżammu flus biżżejjed biex jagħmlu tajjeb għal ħlas lura tal-premium mhux skadut, jista' il-Prim Ministru jgħid jekk tħallasx xi ħadd lura u meta se jitħallsu l-flus lura lil dawk li kienu assigurati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li minħabba li l-kumpanija Independent Insurance Company Ltd hija kumpanija barranija, proċeduri ġudizzjarji ta’ likwidazzjoni qegħdin quddiem il-High Court of Justice ta’ l-Ingilterra. Din il-Qorti fis-17 ta’ Ġunju 2001 ħatru lis-Sur Dan Schwarzmann u s-Sur Mark Batten it-tnejn minn Pricewaterhouse Coopers ta’ Londra bħala Stralċjarji Proviżorji tal-kumpanija. Is-Stralċjarji Proviżorji tal-kumpanija ħatru l-kumpanija Micallef Insurance Agency Ltd sabiex ixxolji l-kummerċ ta’ l-assigurazzjoni li din l-kumpanija kellha f’Malta.
Micallef Insurance Agency Ltd ġie mitlub mis-Stralċjarji Proviżorji biex jibda jiftiehem claims kif ukoll premiums mhux maqlugħin ma’ brokers fl-assigurazzjoni li kkonkludew kuntratti ta’ l-assigurazzjoni ma’ l-Independent Insurance Company Ltd għan-nom ta’ klijenti tagħhom. Fil-futur immedjat Micallef Insurance Agency Ltd sa jibda l-istess proċess ma’ assigurati li l-kuntratt ta’ assigurazzjoni tagħhom kienu magħmulin minnu bħala l-aġent lokali ta’ l-Independent Insurance Company Ltd.
L-assi li l-kumpanija għandha hawn Malta huma miżmuma mill-Awtorita’ għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta skond il-Liġi. Wara li jiġu miftehmin il-claims u l-premiums mhux maqlugħin mal-claimants u l-assigurati kollha jibda ħlas ta’ dawn l-assi. B’hekk jiġi garantit li l-fondi jiġu mqassma b’mod ġust bejn dawk il-kredituri “in bona fide”.