Jista' il-Ministru jikkonsidra li jirrikkmanda li ssir Triq Durumblat, Mosta?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li t-triq imsemmija mill-Onorevoli Nterpellant m'hijiex triq arterjali u l-anqas distributorja u b’hekk ma taqax taħt ir-responsabilita tal-Gvern Ċentrali, iżda xorta waħda kienu saru xogħlijiet ta’ maintenance fuq din it-triq.
Jista' il-Ministru jara jekk tistax tingħata risposta għall-mistoqsija parlamentari 20772 u cioe' jikkonsidra li jirrikmanda li l-aħħar parti ta' Triq Fra Fred Mattei, f'Ħaż-Żebbuġ - mappa qed tintbagħat separatament - tingħata wiċċ xieraq minħabba l-inkonvenjent kbir li qegħdin isofru r-residenti affettwati?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li wara spezzjoni li saret mill-periti ta' l-ADT, il-parti tat-triq imsemmija se tiġi nkluża fil-lista ta' toroq li jridu jinbnew mill-ADT.
Ix-xogħol meħtieġ fit-triq imsemmija ma jinkludix biss li jingħata wiċċ ġdid imma li ssir l-infrastruttura meħtieġa u li t-triq tinbena skond l-istandards ta' l-ADT.
Jista' il-Ministru jikkonsidra li jirrikmanda li l-lighting f' Ta' Ħaġrat Temples jingħaqad bħala servizz ma' l-istreet lighting f'din il-lokalita' u jiġi transferred għall-electricity poles fil-lokalita' peress li qed ikun hemm min ibagħbas l-ispotlights eżistenti li huma fil-baxx ħafna?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li Heritage Malta ma ssib ebda oġġezzjoni li d-dwal li hemm ġewwa s-sit Ta’ Ħaġrat jiġu mqqabbda mad-dawl tat-triq.
Jista' il-Ministru jara jekk tistax tingħata risposta għall-mistoqsija parlamentari 20760 u cioe' jikkonsidra li jirrakkomanda li jingħata wiċċ xieraq lis-segwenti toroq f'Ħaż-Żebbuġ: Triq Anthony Aquilina, Triq Patri Pelaġju Mifsud, Triq John Zammit, Triq il-Prinċep Bażiliku, Triq Ħal Dwin, Triq Pietru Buttigieg, Triq Serafin Tanti, Triq Karlu Gimach u Triq Ħal Sajd u dan minħabba inkonvenjent kbir li qegħdin isofru r-residenti?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-toroq imsemmija mill-Onorevoli Inteprellant huma toroq li diġa inbnew mill-Gvern u għalhekk il-manutenzjoni tagħhom taqa' taħt ir-responsabilitajiet tal-Kunsill Lokali.
Ta' min jgħid li dawn it-toroq ma kienux intużaw bħala rotot alternattivi waqt li kienet qed tinbena mill-ġdid il-parti ta' Triq l-Imdina bejn Bieb de Rohan u r-roundabout ta' ħdejn Cortis. Dan ifisser li l-kundizzjoni ħażina tagħhom żviluppat minħabba nuqqas ta' manutenzjoni adegwata fuqhom mill-Kunsill Lokali ta' Ħaż Żebbuġ.
Jista' il-Ministru jara jekk tistax tingħata risposta għall-mistoqsija parlamentari 20772 u cioe' jikkonsidra li jirrikmanda li l-aħħar parti ta' Triq Fra Fred Mattei, f'Ħaż-Żebbuġ - mappa qed tintbagħat separatament - tingħata wiċċ xieraq minħabba l-inkonvenjent kbir li qegħdin isofru r-residenti affettwati?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 20807 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu, jista' il-Ministru jgħid jekk hemx xi ħsieb biex isiru xi sistemi ta' culverts biex jieħdu ħsieb ir-run-off ta' l-ilma li se jinġabar wara li jitlesta l-bini fi Triq Vanilja, l-Imġarr?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li m’hemm l-ebda pjani li jsiru culverts fil-post li għalih qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant.
Jista' il-Ministru juża l-mezzi kollha disponibbli għalih biex jara li ma jingħalqux it-toqob li huma essenzjali biex ma jkunx hemm flooding fi Triq Ħali, Ħaż-Żebbuġ, fil-ħajt tal-proprjeta' magħrufa bħala Tal-Baruni, kif, fil-fatt, kien hemm attentat li jseħħ dan l-aħħar?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru juża l-mezzi kollha disponibbli għalih biex jara li ma jingħalqux it-toqob li huma essenzjali biex ma jkunx hemm flooding fi Triq Ħali, Ħaż-Żebbuġ, fil-ħajt tal-proprjeta' magħrufa bħala Tal-Baruni, kif, fil-fatt, kien hemm attentat li jseħħ dan l-aħħar?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru juża l-mezzi kollha disponibbli għalih biex jara li ma jingħalqux it-toqob li huma essenzjali biex ma jkunx hemm flooding fi Triq Ħali, Ħaż-Żebbuġ, fil-ħajt tal-proprjeta' magħrufa bħala Tal-Baruni, kif, fil-fatt, kien hemm attentat li jseħħ dan l-aħħar?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninstab infurmat li saru spezzjonijiet meħtieġa fit-triq imsemmija mill-Onorevoli Nterpellant u nstab li qiegħed jittela ħajt ġo triq pubblika mingħajr il-permessi neċessarji mill-ADT.
F’dan ir-rigward ser jittieħdu l-passi neċessarji.
Jista' il-Ministru jindaga x'qed iżomm milli jiġu stallati bus shelters mill-ADT fi Triq il-Kandlora - parti ta' ħdejn il-mitħna - Ħal-Muxi - wara l-istatwa tal-Madonna - u fi Triq il-Mitħna - ħdejn il-flats tal-gvern - kollha siti f'Ħaż-Żebbuġ, minħabba li deħlin ix-xhur tax-xitwa u l-bżonn immedjat tagħhom għat-tfal Żebbuġin huwa ovvju?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li fil-postijiet imsemmija ma jgħaddux karozzi tal-linja li jaħdmu bi skeda. Għaldaqstant, l-ADT m’għandha l-ebda ħsieb li tinstalla bus shelter fil-postijiet imsemmija.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemx xi ħsieb biex isiru xi sistemi ta' culverts biex jieħdu ħsieb ir-run-off ta' l-ilma li se jinġabar wara li jitlesta l-bini fi Triq Vanilja, l-Imġarr?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jikkonsidra li jirrakkomanda li jingħata wiċċ xieraq lis-segwenti toroq f'Ħaż-Żebbuġ: Triq Anthony Aquilina, Triq Patri Pelaġju Mifsud, Triq John Zammit, Triq il-Prinċep Bażiliku, Triq Ħal Dwin, Triq Pietru Buttigieg, Triq Serafin Tanti, Triq Karlu Gimach u Triq Ħal Sajd u dan minħabba inkonvenjent kbir li qegħdin isofru r-residenti?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jikkonsidra li jirrakkommanda li x-xogħlijiet fuq is-sistema tad-drenaġġ li qegħdin isiru fiż-Żebbiegħ jiġu estiżi għaż-żona Ta' Mrejnu, l/o ta' l-Imġarr?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li huwa ppjanat li d-drenaġġ jiġi estiż għaż-żona ta' Mrejnu l/o ta' l-Imġarr matul is-sena 2007.
Jista' il-Ministru jikkonsidra li jirrikmanda li l-aħħar parti ta' Triq Fra Fred Mattei, f'Ħaż-Żebbuġ - mappa qed tintbagħat separatament - tingħata wiċċ xieraq minħabba l-inkonvenjent kbir li qegħdin isofru r-residenti affettwati?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jindaga x'qed iżomm milli jiġu stallati bus shelters mill-ADT fi Triq il-Kandlora - parti ta' ħdejn il-mitħna - Ħal-Muxi - wara l-istatwa tal-Madonna - u fi Triq il-Mitħna - ħdejn il-flats tal-gvern - kollha siti f'Ħaż-Żebbuġ, minħabba li deħlin ix-xhur tax-xitwa u l-bżonn immedjat tagħhom għat-tfal Żebbuġin huwa ovvju?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jindaga meta se jaslu l-arbli tad-dawl ordnati mill-Enemalta?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-konsenja li jmiss ta' l-arbli tad-dawl ordnati mill-Enemalta huma mistennija jaslu lejn l-ahhar t'Ottobru 2006.
Il-konsenja ta' qabel kienet waslet lejn l-aħħar t'Awissu 2006.