Legislature:
Category:
Reset
Active:

Rabat — Dingli Road

Question

Jista' l-Minsitru jikkonsidra li jirrakkmanda li tingħata wiċċ xieraq lil Dingli Road, Rabat peress li qegħda fi stat ħażin ħafna?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill Onorevoli Nterpellant li l-ADT qed tikkunsidra li tagħmel ‘extensive patching’ fit-triq imsemmija, speċjalment fil-bidu ta’ din it-triq kif titlaq minn ħdejn il-knisja ta’ San Duminku.

Imġarr — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jikkunsidra li jirrikkmanda li jingħata wiċċ xieraq lil Triq l-Iskorba, Triq l-Imqades u Triq is-Saqwi, fl-Imġarr peress li dawn qegħdin fi stat ħażin ħafna?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-toroq imsemmija huma diġa’ nklużi fil-programm ta’ toroq għall-perjodu 2006-2008.

Equal Partners Foundation

Question

Tista' l-Ministru tikkunsidra li tirrakkmanda li tingħata aktar għajnuna lill-Equal Partners Foundation peress li x-xogħol tagħhom, u allura l-ispejjeż involuti, żdied sostanzjalment?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Għaqda Volontarja ndikata mill-Onor. Interpellant għamlet talba għall-fondi lill-Kumitat għall-Għażla ta’ Proġetti mill-Għaqdiet mhux Governattivi. Din it-talba qed tiġi kkunsidrata minn dan il-kumitat li eventwalment jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu dwar l-allokazzjonijiet ta’ fondi lil dawn l-għaqdiet.

Imtarfa bypass

Question

Jista' l-Ministru jikkunsidra li jirrakkmanda li ssir zebra crossing bil-pelican lights fil-bypass ta' l-Imtarfa peress li din saret popolari ħafna mal-pedestrians mindu ġiet riabilitata? Inħoss li l-post ideali jkun faċċata tat-triq li tagħti għal Mtarfa?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ADT qed tikkunsidra din il- proposta u d-design uit ser taħdem biex tkun ippjanata din il- pelican crossing.

Studju dwar siġar

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jindaga f'liema stadju wasal l-istudju tal-Lands Department fir-rigward ta' l-effett li qed ikollhom is-siġar tal-Ficus fuq il-Kon-Kattidral ta' San Gwann?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi d-Dipartiment tal-Artijiet ma hu qiegħed jagħmel l-ebda studju fir-rigward tal-effetti li qed ikollhom is-siġar tal-Ficus fuq il-Kon-Katidral ta' San Ġwann.

Mosta — Triq il-Mitħna

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 22186, jista' l-Ministru jikkonsidra li jirrikmanda li Triq il-Mitħna, Mosta titwessa' mill-aktar fis possibbli kif hemm ħsieb li jsir?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li t-tender għat-twessiegħ tat-triq imsemmija inħareġ żmien konsiderevoli ilu pero’ qatt ma kien awarded peress li Triq il-Mitħna qatt ma setgħet tingħalaq minħabba xogħlijiet oħra fl-inħawi tal-Mosta. Sadattant, l-uniku tenderer li kien hemm għal dan ix-xogħol raħħas l-offerta tiegħu b’mod li ġiet bi prezz aċċettabbli għall-ADT. Peress li l-ammont ta’ l-orħos offerta xorta jaqbeż l-LM20.000, dan il-każ riċentament intbagħat lid-Dipartiment tal-Kuntratti għall-approvazzjoni tagħhom biex tkun tista’ toħroġ il-Letter of Acceptance.

Binġemma — Poles tad-Dawl

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra u jirrikmanda li l-poles tad-dawl immarkati fuq il-mappa li qed tintbagħat separatament, fil-limiti ta' Binġemma jinbidlu u jekk jista' ikun jitressqu għat-triq immarkata minħabba li qegħdin fi stat ħażin ħafna?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li minn investigazzjoni li saret ma jirriżultax li l-arbli li saret referenza għalihom jinsabu fi stat daqshekk ħażin, għaldaqstant mhux sejrin jinbidlu għalissa.

Mosta — Triq il-Mitħna

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 22186, jista' l-Ministru jikkonsidra li jirrikmanda li Triq il-Mitħna, Mosta titwessa' mill-aktar fis possibbli kif hemm ħsieb li jsir?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Mosta — Vjal l-Indipendenza

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 22187, jista' l-Ministru jikkonsidra u jirrikkmanda li ssir speed camera fi Vjal l-Indipendenza, Mosta minħabba l-overspeeding li hemm f'din it-triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li rrakomandazzjoni tiegħu qed tiġi kkunsidrata.

Attard — Triq il-Mosta - Car Park

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra li bħala parti mill-proġett governattiv li hemm il-ħsieb li jiġi fis-seħħ wara l-iskola primarja ta' H'Attard, jiġi inkluż car park għall-ġenituri li jkunu qegħdin iwasslu t-tfal biex tittaffa l-problema tat-traffiku fi Triq il-Mosta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Il-Ministru jixtieq jgħarraf lill-Onorevoli Nterpellant li l-proġett indikat minnu ma jaqax taħt ir-responsabilita’ tal-Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq iżda taħt il-Ministeru tal-Edukazzjoni. Il-mistoqsija tiegħu għandha tkun ndirizzata fejn suppost. Għalhekk nitob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Attard — Triq il-Mosta - Car Park

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra li bħala parti mill-proġett governattiv li hemm il-ħsieb li jiġi fis-seħħ wara l-iskola primarja ta' H'Attard, jiġi inkluż car park għall-ġenituri li jkunu qegħdin iwasslu t-tfal biex tittaffa l-problema tat-traffiku fi Triq il-Mosta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Twegiba ghal din il-mistaqsija tinghata f'seduta ohra

Mosta — Vjal l-Indipendenza

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 22187, jista' l-Ministru jikkonsidra u jirrikmanda li tiġi stallata speed camera fi Vjal l-Indipendenza, Mosta minħabba l-problema ta' overspeeding li hemm f"din it-triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat..

Binġemma — Poles tad-Dawl

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra u jirrikmanda li l-poles tad-dawl immarkati fuq il-mappa li qed tintbagħat separatament, fil-limiti ta' Binġemma jinbidlu u jekk jista' ikun jitressqu għat-triq immarkata minħabba li qegħdin fi stat ħażin ħafna?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Mosta — Vjal l-Indipendenza - speed camera

Question

Jista' il-Ministru jikkonsidra li jirrikkmanda li tiġi nstallata speed camera fi Vjal l-Indipendenza, il-Mosta minħabba l-problema ta' over speeding li hemm f'din it-triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Ħ'Attard — Car park wara l-iskola primarja

Question

Jista' il-Ministru jikkonsidra li, bħala parti mill-proġett li hemm il-ħsieb li jiġi fis-seħħ wara l-iskola primarja ta' Ħ'Attard, jiġi nkluż car park għall-ġenituri li jkunu qegħdin iwasslu t-tfal biex tittaffa' l-problema tat-traffiku fi Triq il-Mosta?

Response (GALEA, LOUIS)

Filwaqt li m'għandi l-ebda tagħrif li hemm xi ħsieb li jsir 'car park' wara l-iskola ta' Ħ'Attard, l-Onor. Membru jista' jkompli jindaga l-kwestjoni mal-Ministeru responsabbli mit-toroq u t-trasport.

Mosta — Triq il-Kungress Ewkaristiku

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21962 u jara jekk jistax jinbidel u jitwessa' l-culvert fi Triq il-Kungress Ewkaristiku l-Mosta minn nru. 160 'il fuq fid-direzzjoni ta' Birkirkara minħabba li dan mhux qed ilaħħaq ma' l-ilmijiet tax-xita u qed jikkawża inkonvenjent kbir lir-residenti ta' l-inħawi?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li wara l-ispezzjonijiet li saru il-każ sa jgħaddi għand id-Design Section sabiex jiġi verifikat jekk ix-xogħol imsemmi mill-Onorevoli Nterpellant jistax issir. Ninsab infurmat ukoll li ftit xhur ilu dan il- culvert ġie mnaddaf mill-Kunsill Lokali.