Ministeru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari — ammont ta' flus lill-avukat u l-kumpanija
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont totali ta' flus imħallas tul dawn l-aħħar ħames snin mill-Ministeru tiegħu, kif ukoll minn entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, lill-avukat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Kemm kien l-ammont ta' flus imħallas lill-kumpanija, li d-dettalji dwarha ukoll qed jingħataw separatament li jifforma parti minnha?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi minn dan il-Ministeru u mill-Entitajiet li jifformaw parti minnu, ma jirriżultax illi ingħata xi ħlas lill-persuna u lill-kumpanija li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — ammont ta' flus lill-avukat u l-kumpanija
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont totali ta' flus imħallas tul dawn l-aħħar ħames snin mill-Ministeru tiegħu, kif ukoll minn entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, lill-avukat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Kemm kien l-ammont ta' flus imħallas lill-kumpanija, li d-dettalji dwarha ukoll qed jingħataw separatament li jifforma parti minnha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li tul dawn l-aħħar ħames snin, il-Ministeru tiegħi ħallas is-somma ta' €13,650.15 lill-avukat u €281.14 lill-kumpanija msemmija.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — ammont ta' flus lill-avukat u l-kumpanija
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont totali ta' flus imħallas tul dawn l-aħħar ħames snin mill-Ministeru tiegħu, kif ukoll minn entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, lill-avukat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Kemm kien l-ammont ta' flus imħallas lill-kumpanija, li d-dettalji dwarha ukoll qed jingħataw separatament li jifforma parti minnha?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — ammont ta' flus lill-avukat u l-kumpanija
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont totali ta' flus imħallas tul dawn l-aħħar ħames snin mill-Ministeru tiegħu, kif ukoll minn entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, lill-avukat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Kemm kien l-ammont ta' flus imħallas lill-kumpanija, li d-dettalji dwarha ukoll qed jingħataw separatament li jifforma parti minnha?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul dawn l-aħħar ħames snin l-ammont totali ta' flus imħallas lill-avukat u l-kumpanija imsemmija mil-Ministeru tiegħu, kif ukoll minn entitajiet kollha li jaqgħu taħtu kien ta’ €826.
pubblikazzjoni tal-liġi l tirregola l-koabitazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi pubblikata l-liġi li tirregola l-koabitazzjoni f'pajjiżna?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-Ministeru wasal fil-fażi finali tal-tfassal tal-liġi tal-koabitazzjoni f’pajjiżna wara li ħa inkonsiderazzjoni l-kontribuzzjonijiet mgħoddija lill-Ministeru. Hu ttamat li l-ewwel qari tal-Abbozz ta’ Liġi ikun ipprezentat fil-Kamra tar-Rapprezentati fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi ppubblikata l-liġi li tirregola l-IVF (in vitro fertilisation) f'pajjiżna?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru wasal fil-fażi finali tal-tfassal tal-liġi tal-IVF f’pajjiżna wara li ħa inkonsiderazzjoni l-kontribuzzjonijiet mgħoddija lill-Ministeru. Hu ttamat li l-ewwel qari tal-Abbozz ta’ Liġi ikun ipprezentat fil-Kamra tar-Rapprezentanti fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi dixxiplinarji beħsiebu jesiġi li jittieħdu fil-konfront taċ-Chairman tal-Gozo Channel, Joseph Grech minħabba l-arroganza li wera meta nsista li vapur li kien diġà telaq mill-Port tal-Imġarr, Għawdex, idur lura għalih biex hu u martu ma jaslux tard għal ikla li kellhom Malta?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-istqarrija maħruġa fil-21 ta’ Novembru 2011, u li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
sentence regarding priests found guilty of child abuse
Question
One of the priests recently found guilty of child abuse was freed of a rape charge due to a failing of the prosecution, led by the Attorney General. The charge sheet said the rape took place in Marfa, not Santa Venera, as the victim had testified, an error that could have been rectified up to the point when the prosecution closed its case during the eight year period leading up to the sentence which was passed last week. This has been confirmed by a number of criminal lawyers, including the Honourable Franco Debono. Does the Honourable Minister feel that this is a serious failing on the part of the Attorney General's Office? Does he feel that steps should be taken with respect to the responsible public officials? What steps does he consider to be adequate, considering the seriousness of this failing and its legal implications?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Il-fatti ta' dan il-każ għad iridu jiġu eżaminati fi grad ta' appell u dan kemm minħabba l-appell li ġie preżentat mill-akkużati fit-12 ta' Awwissu 2011, kif ukoll minħabba l-appell preżentat mill-Avukat Ġenerali fis-17 ta' Awwissu 2011.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk huwiex neċessarju li l-mobile food outlets bħalma huma hot dog stands jottjenu permess mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-Mepa ma tirregolax mobile food outlets.
Referendum tat-28 ta' Mejju 2011 — votanti eleġibbli
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid fejn waslu l-arranġamenti biex votanti elegibbli biex jivvotaw fir-referendum tat-28 ta’ Mejju 2011 jinġiebu Malta kif ġara fl-aħħar elezzjoni fir-referendum għad-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea?
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta ħa jibdew l-arranġamenti biex jinġiebu l-votanti Maltin għar-referendum nazzjonali tat-28 ta' Mejju, 2011? Kif irid jagħmel min huwa interessat jipparteċipa biex jassigura li d-dritt tiegħu ħa jkun jista' jeżerċitaħ, kif dejjem sar fil-passat?
Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jsir ix-xogħol neċessarju fuq Triq il-Feniċi, Triq il-Battaljun, Triq ir-Rumani, Triq l-Għerien tal-Wied, Triq l-Imsaqqfin u t-toroq tal-viċinanzi fil-Mosta li jeħtieġilhom wiċċ xieraq?
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex sew li l-gvern ikkonċentra fuq l-ħarsien tal-impiegi f'dawn l-aħħar tliet snin, kemm ilha ġejja fuqna r-riċessjoni mondjali u għaldaqstant jgħid kemm u lil min ingħatat għajnuna finanzjarja (f'Ewro) u forom oħra ta' għajnuna (tip ta' għajnuna u kkwantifikata monetarjament fejn possibbli) fis-settur industrijali fl-2008 (Marzu 'l quddiem), 2009 u 2010 rispettivament?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20753, fejn ingħata dettal tal-għajnuna finanzjarja li ngħatat mill-Gvern biex jiġu salvati l-impjiegi tal-ħaddiema fi 15 – il kumpanija.
Tajjeb li nżid illi wħud minn dawn il-kumpaniji, illum, mhux talli salvaw l-impjigi tagħhom, talli investew u żiedu l-produzzjoni tagħhom, b’aktar xogħol u overtime għall-istess ħaddiema tagħhom.
B'referenza għall-għajnuna finanzjarja li jingħad li ngħatat lill-NGOs li jikkonċernaw il-ħarsien tal-anninamli (imxandra bħala €450,000), jista' l-Ministru jagħtina breakdown ta' kif ġew imqassma dawn il-fondi u meta ġew imqassma?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi l-NGOs apparti li ingħataw għajnuna diretta mill-Gvern gawdew minn numru ta inizjattivi bħal ftuħ taċ-Ċentru San Franġisk u servizz ta ambulanzi.
Fl-2008 skond proposti li għamlu l-NGOs stess tqassmu dawn l-ammonti f’għajnuna diretta;
SPCA €102,500, AAA
€10,712,Animal Rights Group €1,100, Island Sanctuary
€10,712,Tomasina € 876, SASG € 7,307,Share Malta Foundation €3,000,SPCA Gozo
€10,000. Barra minnhekk l-NGOs gawdew minn skema ta’Neutering li tammonta għal
€175,000 u min investiment fil-bini taċ-ċentru f’ Ta’ Qali €150,000
Fis-sena 2009 Noah's Ark ingħatat €30,000 biex operat servizz ta’ ambulanza u biex sar aktar fencing fuq aktar min 20 tomna art tal-gvern li naghtatilhom għal użu tas-santwarju. Noah’s Ark irċeviet ukoll €2800 biex jinxtraw kennels u €1300 biex tigi nstalata CCTV. €1000 ingħataw lil AAA biex installaw CCTV u € 800 biex intbagħtu l-Ġermanja madwar 40 kelb għal adozzjoni. Inħarget ukoll tender ta' €60,000 biex jissewew klieb u qtates mill-NGOs.
Fis-sena 2010 tlesta u nfetaħ iċ-Ċentru San Franġisk bi spiża ta €300,000 u beda joffri servizz ta’ sptar għal -annimali 24 siegħa kuljum.
Jekk mal-għajnuna diretta wieħed jgħodd l-għajnuna indiretta li qed igawdu minnha l-NGOs wieħed isib li l-Gvern nefaq ‘l fuq minn €700,000 fl-aħħar tliet snin.
Tajjeb ukoll jingħad li minn Frar 2008 minn meta ġie stabbilit l-AWD intefqu ammont sostanzjali ta flus biex ġie provdut bi tlett ambulanzi u tmien uffiċjali magħmra u imħarga biex jinvestigaw każijiet ta’ krudelta u kif ukoll salvataġġ ta annimali mweġġa permezz ta’ servizz ta’ ambulanza li taħdem 24 siegħa kuljum.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm każijiet ta' separazzjoni u annullamenti pendenti quddiem il-Qrati lokali?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' każijiet ta' separazzjoni u annullamenti pendenti quddiem il-Qrati lokali sal-15 ta' Ottubru 2010, kien ta' 605 u 343 rispettivament.
Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — informazzjoni dwar bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra tar-Rappreżentanti kif ġej:
a. Liema Bordijiet jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu?
b. In-numru ta’ diretturi fuq dawn il-bordijiet?
ċ. Kemm minnhom huma nisa u kemm huma rġiel?
d. Kemm hemm
chairpersons
nisa fuq il-Bordijiet tal-Ministeru konċernat?
e. Kemm inħatru diretturi u
chairpersons
wara li saret sejħa għall-applikazzjonijiet?
Jista' l-Ministru jikkonsidra li jirrakkmanda li jsiru traffic calming measures fi Triq Borg Olivier, Rabat anke permezz ta' infurzur strett, low speed limit f'din it-triq? Diversi persuni sofrew ġrieħi f'din it-triq minħabba sewqan traskurat.
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku irriżulta kif ġej:
· It-taqsima ma rċeviet l-ebda talba mill-Kunsill Lokali għal
traffic calming
fi Triq Ġorg Borg Olivier
· It-taqsima kienet rċeviet talba għal
speed camera
fi Triq Ġorg Borg Olivier mill-Kunsill Lokali Rabat u din it-talba ġiet mgħoddija lill-
Local Enforcment
Committee.
It-taqsima kienet rċeviet talba mill-pubbliku għal
speed camera
u din ġiet mgħoddija lill-Kunsill Lokali.
Il-mizuri li gejjien tal-immaniggjar tat-traffiku li kienu mitlubin mill-kunsill lokali u li l-ADT kienet qablet maghhom, kienu gew konpluti bl-installazzjoni tas-sinjali neccesarji:
Triq Borg Olivier mis-Saqqajja sa "junction" ma Triq College: "No entry for Heavy Vehicles" minbarra meta jghatu serviżż u għat trasport pubbliku biss.
Minn Triq Borg Olivier "junction" ma' Triq College lejn Dingli: "No entry for Heavy Vehicles" minbarra biex jgħatu serviżż u għall-karozzi tal-linja biss.
Triq Borg Olivier minn Dingli għas-Saqqajja: "No entry for Heavy Vehicles" minbarra biex jgħatu serviżż u għall-karożżi tal-linja biss.
Hemm sinjali li juru li ma hemmx aċċess għall-"heavy vehicles" minn Triq Borg Olivier, ġo Triq Nikol Sawra, Saqqajja Hill, Triq ll-Buskett, Triq Hal-Tartani, Mtarfa roundabout and Ta' Srina roundabout.
Is-sinjali ta' hawn fuq kienu intenżjonati li jwaqffu "heavy vehicles" milli jaddu minn Triq Gorg Borg Olivier u jidderuġuhom minn Mtarfa Bypass.
Dan l-aħħar kien hemm anki talba for "extensive patching" għall Saqqajja Hill li kienet tlestit reċentament.