Jista' l-Ministru jindaga għalfejn il-Methadone li jingħata lill-pazjenti tad-Detox Centre ma jkollux artificial sweetener minflok zokkor li qiegħed jikkawża problemi kbar fis-saħħa orali ta' dawn l-istess pazjenti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-pazjenti li jattendu d-Detox u li huma 'diabetics', kif ukoll dawk li qegħdin jistennew tarbija jingħataw 'Methadone' b' 'artificial sweetener'. Qegħdin isiru wkoll sforzi biex il-'Methadone' kollu li jinxtara jkun 'sugar-free'.
In vista ta' l-ammont kbir ta' xogħol li jidher li qegħdin jiffaċċjaw ċerti sezzjonijiet ta' l-Air Malta PLC, jista' l-Ministru jgħidilna jekk hemmx il-ħsieb li din il-kumpannija timpjega xi ħaddiema ġodda?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jekk il-kwantita' ta' xogħol li jkollha l-linja nazzjonali ta' l-ajru tirrikjedi li jkun fl-interess tagħha li timpjega ħaddiema ġodda, din mhux ser toqgħod lura milli tagħmel hekk.
Jista' l-Ministru jgħid kemm telgħet l-ispiża tal-ħsarat li twettqu f'Awissu 1999 fl-ajurport internazzjonali ta' Malta waqt l-azzjoni industrijali msejħa mill-GWU?
Huwa minnu li l-fire engines li fuqhom saret ħsara volontarja waqt l-inċidenti li nqalgħu ma setgħux jitranġaw u se jkollhom jinbidlu?
Kemm hi stmata li se tkun l-ispiża biex jinxtraw fire engines ġodda?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-ewwel parti tal-mistoqsija giet moghtija mill-Onorevoli Prim Ministru meta wiegeb il-mistoqsija parlamentari numru 9807.
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, jiena nfurmat li l-vetturi kienu ssewwew u regghu bdew jahdmu fi zmien qasir.
Rigward l-ahhar parti tal-mistoqsija, tajjeb jinghad li ghadhom ghaddejjin negozjati u peress li din il-materja hija ta` natura kummercjali, ma nhossx li huwa fl-interess ta` l-M.I.A. li din issir pubblika.
Jista' l-Ministru jgħid kemm telgħet l-ispiża tal-ħsarat li twettqu f'Awissu 1999 fl-ajruport internazzjonali ta' Malta waqt l-azzjoni industrijali ordnata mill-General Workers Union?
Huwa minnu li l-fire engines li fuqhom saret ħsara volontarja waqt l-inċidenti li nqalgħu ma setgħux jitranġaw u se jkollhom jinbidlu?
Kemm hi stmata li se tkun l-ispiża biex jinxtraw fire engines ġodda?
Jista' l-Prim Ministru jindaga għalfejn għadha ma ngħatatx sentenza fuq rapport li kien sar mill-Kummissjoni ta' l-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja fil-21 ta' Ottubru, 1997 (Ref. KAG/Comp 51/97) wara li x-xhieda kollha spiċċat fit-8 ta' April, 1999?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant, illi l-Att XI tal-1994 jirregola l-proċeduri tal-Kummissjoni, u l-Artikolu 7 ta' l-istess Att, jipprovdi li dawn jinżammu in camera.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li tissolva l-problema gravi li qed jiffaċċjaw ir-residenti ta' Triq Prof. Daniel Callus, Żebbuġ, f'dak li jirrigwarda kontroll ta' l-ilma li jinġabar wara maltempata xita?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment qiegħed jieħu passi biex tiġi akkwistata l-art li fuqha trid tgħaddi t-triq li tgħaqqad Triq D. Callus ma Triq F. Mattei biex din tkun asfaltatha u b`hekk tinqata l-problema ta` l-għargħar.
Jista' l-Ministru jgħid x'se tkun il-pożizzjoni tal-Ministeru tiegħu fir-rigward tal-problema li nibtet dan l-aħħar fil-kwestjoni ta' Triq Ġorġ Borg Olivier, fir-Rabat peress li kif jaf il-Ministru sar suġġeriment li din it-triq issir one way u dan jaf ikun ta' inkonvenjent kbir għar-residenti ta' Ħad-Dingli?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari Nru. 4281.
Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji ġew magħżula speċifikament il-kliniċi wżati mid-dentisti għall-ħlas ta' Lm100 fis-sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Minħabba li x-xogħol li jsir fil-kliniċi tad-dentisti u tal-veterinarji huwa simili għal dak li jsir fi kliniċi mediċi li fihom isiru 'day cases', ġie adottat l-istess parametru ta' ħlas ta' liċenzji. Għaldaqstant mhux korrett li jingħad li l-ħlas ta' Lm 100 għall-liċenzja gie adottat speċifikament għall-kliniċi użati mid-dentisti.
Jista' l-Ministru jgħidilna jekk hemmx ħsieb għal xi proġett biex itaffi mill-problema ta' flooding li qed jiffaċċjaw r-residenti taz-zona "Tad-Dawl" ta' Ħaż-Żebbuġ, peress li dawk ir-residenti sofrew minn ħsarat konsiderevoli fil-proprjeta' tagħhom, partikolarment fil-maltemp ta' Jannar ta' l-1998?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Din il-problema li d-Dipartiment huwa konxju tagħha, ġiet mgħoddija lill-Konsulenti ta' l-iStorm-Water Master Plan tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma. Dawn għamlu studju profond, u għaddew rapport b'suġġerimenti preliminarji li qegħdin jiġu kkunsidrati mid-Dipartiment.
Ir-residenti milquta kellhom laqgħa ma' rappreżentanti tal-Ministeru għall-Ambjent u tad-Dipartiment fejn ġie spjegat lilhom dan kollu.