Jista' l-Ministru jara jekk jistax ikun possibbli li X-Rays ordnati mill-Health Centres jiġu rrapportati qabel xahar meta t-tabib li jkun issuġġerih jidhirlu li hemm urġenza?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-X-Rays ordnati mill-Health Centres fil-maġġor parti tagħhom jiġu rrapportati qabel xahar, u l-medja hi ta' ħmistax-il ġurnata. Meta t-tabib jidhirlu li hem xi urgenza speċjali dan jista' jikkuntattja lid-Dipartiment tal-X-Rays f'St Luke's sabiex jieħu r-riżultat qabel u anke fl-istess jum jekk jintbgħat il-wet film St Luke's dak in-nhar.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu t-tul ta' żmien biex pazjent jingħata appuntament għal:
1) Surgical out-patients;
2) Medical out-patients;
3) Orthopaedic out-patients;
4) Gynae out-patients;
5) Antenatal clinic;
6) Dermatology out-patients; ui
7) Ophthalmic out-patients?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm u fejn hu maħsub li jiġu stallati speed cameras?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li huwa maħsub li l-ispeed cameras jintużaw f'toroq prinċipali. Infurmat ukoll li hemm tender pendenti fuq dan is-suġġett, u għalhekk ma naħsibx li jkun għaqli li jingħata aktar tagħrif f'dan l-istadju.
12.10.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inħarġu persuni b'pensjoni ta' l-invalidita' għall-ewwel darba, sena b'sena f'dawn l-aħħar ħames snin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni li talab l-Onor. Interpellant tinsab fit-tabella kif ġej:
Tabella A - Pensjonijiet ta' l-Invalidita' ġodda
SENA NUMRU TA'
PENSJONANTI
1994 425
1995 678
1996 770
1997 637
1998 964
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw għajnuna għall-mard għall-ewwel darba persuni, sena b'sena f'dawn l-aħħar ħames snin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fil-każ ta' benefiċċji mhux kontributorji, id-dritt għall-benefiċċju jiddependi fost affarijiet oħra mit-test tal-mezzi. Għalhekk numru ta' benefiċċjarji minn żmien għal żmien jistgħu jitilfu dan id-dritt u mbagħad jerġgħu jikwalifikaw xi żmien wara. Fiċ-ċirkostanzi ma tinħassx il-ħtieġa li tinżamm statistika ta' kemm benefiċċjarji għall-Għajnuna għall-Mard tħallsu għall-ewwel darba.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm minn numru totali ta' persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol huma mill-Belt, Furjana, Ħamrun, Pieta' u Santa Venera?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta' persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fl-aħħar ta' Awissu 1999 fil-lokalitajiet mitluba kien kif ġej:
LOKALITA' AWISSU 1999
--------- -----------
Belt 297
Floriana 65
Hamrun 320
Pieta' 80
Sta. Venera 129
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru totali ta' pensjonanti, sena b'sena, f'dawn l-aħħar ħames snin?
Kemm kien it-total tan-nefqa għall-pensjonijiet, sena b'sena matul l-aħħar ħames snin?
Kemm kien in-numru ta' persuni li jħallsu l-kontribuzzjonijiet tas-sigurta' soċjali u kemm kien id-dħul total, sena b'sena f'dawn l-aħħar ħames snin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni li talab l-Onor. Interpellant tinsab fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid liema proġetti ta' slum clearance huma maħsuba għal Belt Valletta/Furjana fi żmien li ġej?
Hemm pjanijiet għal opportunitajiet ta' housing mhux ta' natura soċjali fil-Belt Valletta u fil-Furjana fis-snin li ġejjin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-proġetti ta' "slum clearance" maħsuba għall-Belt, Valletta/Furjana fiż-żmien li ġej huma dawk ta' Triq Sant Ursula l-Belt u ta' Triq Argotti l-Furjana. Sal-llum għad m'hemmx pjanijiet għal housing ta' natura mhux soċjali fil-Belt, Valletta. Madankollu din l-ideja qed tiġi diskussa mal-"Management & Efficiency Unit" b'mod esploratorju f'dan l-istadju.
Barra dan il-Gvern huwa dejjem impenjat sabiex isib "areas" fejn jistaw isiru proġetti oħrajn ta' "slum clearance".
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu n-negozjati ma' sid stabbiliment f'Balzunetta, l-Furjana, bit-tir li jinbeda kemm jista' jkun malajr il-proġett ta' slum clearance fl-inħawi ta' l-Argotti Street kantuniera ma' Lion Street?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed isiru diskussjonijiet mas-sid in kwestjoni u nista' ngħid li sar progress sabiex inkunu nistgħu naslu għal ftehim. Ta min isemmi li dawn id-diskussjonijiet qegħdin isiru sabiex il-Gvern ikun jista' jagħmel proġett fl-"area" ta' Balzunetta, l-Floriana ħafna ikbar minn dak li kien oriġininarjament ippjanat.
Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali — Applikanti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikanti quddiem id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali għal akkomodazzjoni alternattiva mill-Belt, Furjana, Ħamrun, Pieta' u Sta. Venera?
Jista' l-Ministru jagħti din l-informazzjoni, kategorija, kategorija skond ir-raġuni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm applikaw persuni għall-Iskema ta' l-Awtorita' tad-Djar dwar l-istallazzjoni ta' l-lifts f'postijiet tal-Gvern fil-Belt u l-Furjana?
Liema huma l-appartamenti li fihom se jiġi stallat il-lift l-ewwel?
Meta se jinbeda x-xogħol?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Taħt l-iskema għall-irranġar ta' lifts, l-Awtorita' rċeviet
20 applikazzjoni mill-Furjana
32 applikazzjoni mill-Belt, Valletta
Wara spezzjonijiet li saru, jistgħu jiġu installati 3 fil-Furjana u 13 fil-Belt, Valletta.
Barra mill-applikazzjonijiet li rċeviet taħt din l-iskema, l-Awtorita' talbet u rċeviet mingħand il-Kunsilli Lokali fil-Kottonera, Kalkara, il-Belt, Valletta u Furjana lista ta' blokki/entraturi ta' appartamenti fil-lokal rispettivi tagħhom.
Ir-riżultat huwa dan:
ENTRATURI SPEZZJONATI JISTGĦU JIĠU NSTALLATI LIFTS
Valletta 66 (20) (inkluż it-tlettax li
applikaw taħt l-iskema)
Floriana 38 (7) (inkluż it-tlieta li
applikaw taħt l-iskema)
L-Awtorita' sejra toħroġ sejħa pubblika biex jiġi ngaġġat Mechanical Enginier kwalifikat. Hu ttamat li jinbeda l-proċess fi ftit taż-żmien ieħor.
Jista' l-Ministru jgħid x'tibdil hu propost mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar rigward permessi għall-ftuħ ta' uffiċini fil-Belt u fil-Furjana?
Response (BORG, TONIO)
Kif jaf l-Onor. Membru l-Awtorita` tal-Ippjanar bagħtet il-Pjan Lokali għall-Area tal-Port il-Kbir lill-Gvern għall-konsiderazzjoni tiegħu. Il-Gvern studja l-pjan u qiegħed jipproponi numru ta' tibdiliet għal dan il-Pjan. Fost it-tibdiliet proposti hemm dik li tiġi ntrodotta flessibilita` fl-għoti ta' permessi għal użu ta' proprjeta` għall-uffiċini sakemm l-applikant jagħti kontribuzzjoni bbażata fuq l-area proposti ta' uffiċini. Din il-kontribuzzjoni tmur f'fond li jgħin fir-riabilitazzjoni ta' postijiet residenzjali. Dan il-fond ikun amministrat flimkien bejn l-Awtorita` ta' l-Ippjanar u l-Kunsill Lokali. Il-proposta tipprovdi ukoll biex fejn ikun hemm re-development mill-privat, l-ispazju għall-uffiċini ma jiddominax fuq dak residenzjali.
07.10.99
Persuni b'Diżabilita' — Servizzi taħt is-60/61 sena
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b'diżabilita' taħt il-60/61 il-sena li qed jibbenefikaw minn xi forma ta' servizz għall-anzjani? Kemm hemm, f'kull każ, servizz, servizz?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Id-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Anzjani jagħti dawn is-servizzi lill-persuni b'diżabilita' li għandhom anqas minn 60/61:
Servizz ta' għajnuna fid-Djar 282 persuna;
Servizz ta' Inkontinenza 538 persuna;
Servizz ta' Telecare 256 persuna;
Servizz ta' Handyman 146 persuna.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal sit ta' qabar? Fiex waslu l-pjanijiet għal xogħol ta' estensjoni taċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata risposta f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jsir it-tqegħid ta' tarmac fit-toroq fl-inħawi ta' Tar-Rabbat, il-Ħamrun?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li qed isiru diskussjonijiet ma' l-Assoċjazzjoni tal-Kunsill Lokali sabiex jiġu stabbiliti kriterji li jiddeterminaw il-prijorita' ta' xogħol ta' asfaltar ta' toroq bħal dawn f' tar-Rabbat, fuq bażi nazzjonali li tkun tapplika fiż-żoni ta' Kunsill Lokali kollha.
Minbarra hekk, iżda d-Dipartiment tat-toroq qed ukoll jieħu passi biex areas bħal dawn ikunu jistgħu jiġu rranġati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-livell ta' emissions mill-Power Station tal-Marsa? Kemm hu l-livell aċċettabbli mill-EU f'kull każ?
Response (BONNICI, JOSEF)
Testijiet riċenti li saru fuq l-emissjoni tal-boilers tal-power station tal-Marsa wasslu għal dawn ir-riżultati:
So2 (Korretta għal 3% O2) 3200-4900 mg/Nm3
NoX (Korretta għal 3% O2) 340-600 mg/Nm3
Particulates 80-210 mg/Nm3
Id-Direttiva 88/609/EEC ta' l-Unjoni Ewropea ma tagħtix limiti għall-emissjoni minn impjant li nbena qabel l-1987, iżda titlob li jkun hemm tnaqqis ta' l-emissjoni totali skond tabella approvata mill-Kummissjoni.
Bħala paragun, il-limiti ta' pollutant fuq impjant ġdid ta' dak id-daqs huma dawn:
So2 (Korretta għal 3% O2) 1700mg/Nm3
Nox (Korretta għal 3% O2) 450mg/Nm3
Particualtes 100mg/Nm3