Barranin li huma mpjegati hawn Malta u għalhekk iħallsu l-kontribuzzjonijiet tas-sigurta' soċjali u taxxa fuq id-dħul, huma ntitolati li jużaw is-servizzi tas-saħħa b'xejn?
Jekk b'mod generali fin-negattiv, hemm xi nazzjonalitajiet li għandhom xi ftehim partikolari u f'dak il-każ liema huma dawn il-pajjiżi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-barranin li huma mpjegati legalment haw Malta u li allura qegħdin iħallsu hemm il-kontribuzzjonijiet tas-Sigurta' Soċjali u anke' t-taxxa fuq id-dħul, huma ntitolati għas-servizzi tas-Saħħa b'xejn.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal sit ta' qabar? Fiex waslu l-pjanijiet għal xogħol ta' estensjoni taċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' applikazzjonijiet pendenti għal sit ta' qabar huma kif indikat:
Ċimiterju Applikanti
_______________________________________________
Żebbuġ 94
Mosta 273
Rabat 573
St. Maria Addolorata 1492
Burmarrad 172
Ta' Braxia 48
Mġarr 5
Mellieħa 6
Tal-Ġermaniżi- Kalkara 22
____________________________________________
TOTAL pending applications 2685
____________________________________________
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, id-Dipartiment tas-Saħħa qiegħed ikompli b' konsultazzjonijet mal-Awtorita' tal-Ippjanar.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu t-tul ta' żmien biex pazjent jingħata appuntament għal:
1) Surgical out-patients;
2) Medical out-patients;
3) Orthopaedic out-patients;
4) Gynae out-patients;
5) Antenatal clinic;
6) Dermatology out-patients; ui
7) Ophthalmic out-patients?
Response (DEGUARA, LOUIS)
1. Kif jaf l-Onor Interpellant it-tul ta' żmien għal appuntament
ta' każ ġdid ivarja minn konsulent għall-ieħor.
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni dwar kif
kienet il-waiting list fil-11 ta' Ottubru 1999 rigward
l-Isptar San Luqa.
2. Fid-Dermatology Outpatients ta' l-Isptar Boffa:
i. Każijiet urġenti jinqdew minnufih;
ii. Każijiet mhux urġenti iżda li xorta waħda jistħoqqilhom
l-attenzjoni meħtieġa fl-aqsar żmien possibli jinqdew wara
ġimgħa, f'dan il-każ il-clinic li ssir darba f' ġimgħa,
jiġifieri kull nhar t' Erbgħa. Il-Clinic li jmiss sejra
ssir nhar l-Erbgħa 20 ta' Ottubru. Din il-clinic ta' kull
ġimgħa ssir minn Konsulent wieħed skond min ikun imissu,
li ġeneralment ikun il-Konsulent ta' l-għassa; u
iii. Felul u każijiet bierda oħra qed jingħataw appuntament
għal Jannar li ġej. Dawn ta' l-aħħar huma kif ġej:
Dr. D. Vella Briffa - 25 ta' Jannar 2000
Dr. L. Scerri - 20 ta' Jannar 2000
Dr. M. Boffa - 21 ta' Jannar 2000
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 10068?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Peress li għal dan il-mard ma hemmx mediċini li ġew ippruvati li jfejquhom, ma jidhirx li hemm indikazzjoni li dan il-mard jiġi inkluż fil-Ħames Skeda.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 10186, ċioe' jista' jgħid x'inhu t-tul ta' żmien biex out-patient jingħata appuntament għal tip ta' investigazzjoni speċifika f'dawn il-każijiet:
(1) Colonoscopy;
(2) Arthroscopy;
(3) Coronary angiogram;
(4) Echo cardiogram;
(5) CT san; u
(6) Cystoscopy?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni għada qed tinġabar. Risposta tingħata f`seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 10187, ċioe' jista' l-Ministru jgħid x'inhu t-tul ta' żmien biex out-patient jingħata appuntament għall-operazzjoni f'dawn il-każijiet:
(a) Tneħħija ta' kataretti;
(b) Total abdominal Hysterectomy mhux minħabba kanċer;
(ċ) Dilatation and curettage;
(d) Pelvic floor repair;
(e) Hip replacement;
(f) Knee replacement; u
(g) Inguinal Herniotomy?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni qed tinġabar. Risposta tingħata f`seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk persuni li bdew il-kors għal Certificate Nursing Practice dan ix-xahar jeħdux xi forma ta' stipendju? Jekk fl-affermattiv, kemm hu f'kull sena tal-kors?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-persuni li bdew il-kors għal Certificate in Nursing Practice dan ix-xahar ser jieħdu l-istess allowance bħal studenti oħra ta' qabilhom. Din hija Lm2464 fis-sena għall-ewwel sena, Lm2494 fis-sena għat-tieni sena u Lm2524 fis-sena għat-tielet sena.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 10061?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li biex jinġabar it-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 10061 irid isir eżami manwali tal-files u r-records li jinħtieġ ħafna żmien u ħafna riżorsi. Ma jidhirlix li l-użu ta' dan iż-żmien u riżorsi biex isir dan l-eżami hu ġustifikat.
18.10.99
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-VRP approvax l-istallazzjoni ta' airconditioner fuq barra fil-gallerija tal-każin tal-Malta Labour Party fi Triq ir-Repubblika, il-Belt?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta qatt ma approva li jistgħu jitwaħħlu air-conditioners jew ħwejjeġ oħrajn sporġuti 'l barra. Kwalunkwe ħaġa sporġuta 'l barra fil-Belt Valletta għandha bżonn permess. Wieħed irid jiċċara wkoll li l-VRP ma japprova l-ebda permess iżda biss jagħti l-parir tiegħu lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx applikazzjoni u jekk fl-affermattiv ġietx approvata, għall-istallazzjoni ta' airconditioner fuq barra mill-każin tal-Malta Labour Party fi Triq ir-Repubblika, il-Belt?
Response (BORG, TONIO)
B'riferenza għal-Mistoqsija Parlamentari Nru. 10405 dwar jekk hemmx applikazzjoni għall-installazzjoni ta' airconditioner fuq barra mill-każin tal-Malta Labour Party fi Triq ir-Repubblika, il-Belt, jirriżulta li nħareġ Stop and Enforcement Notice skond l-Att I ta' l-1992 dwar l-Iżvilupp, avviż numru ECF 874/99, fis-7 ta' Ottubru 1999 għall-installazzjoni ta' kompressur a/c fuq il-faċċata tal-Każin tal-MLP f'numru 41, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta. Sal-lum ma saret l-ebda applikazzjoni jew appell sabiex tissanzjona din l-Enforcement Notice.
18.10.99
Peress li l-każin tal-Malta Labour Party fi Triq ir-Repubblika, il-Belt, jirriklama permezz ta' menu s-servizz ta' restaurant, jista' l-Ministru jgħid hemmx permess u sarux l-ispezzjonijiet neċessarji f'dan ir-rigward?
Response (REFALO, MICHAEL)
Jien infurmat li bosta każini, mhux fil-Belt biss, joperaw ristorant. S'issa l-liċenzji ta' dawn toħroġ mill-Pulizija u għalhekk il-mistoqsija għandha ssir lill-Ministru konċernat.
Madankollu qed isiru taħdidiet mal-Pulizija biex din ir-responsabbilta', u oħrajn konnessi mal-'catering', igħaddu f'idejn l-Awtorita' tat-Turiżmu f'qasir żmien.
Peress li l-każin tal-Malta Labour Party fi Triq ir-Repubblika, il-Belt jirriklama permezz ta' menu s-servizz ta' restaurant, jirriżultalux li dan il-post hu reġistrat għall-VAT?
Minħabba s-sitwazzjoni ta' perikolu wara l-kumplikazzjonijiet fid-demolition ta' bini fi Triq Santa Lucia, kantuniera ma' Triq id-Dejqa, il-Belt, jista' l-Ministru jara li jsir sforz sabiex il-fond 43/8 Triq id-Dejqa, il-Belt, jerġa jinħareġ b'tender għall-bejgħ mill-aktar fis sabiex isiru t-tiswijiet meħtieġa mis-sid il-ġdid mill-aktar fis, bi prevenzjoni ta' danni għall-inkwilin fl-appartamenti fl-istess block? (Ref. L618/63/1?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fit-30 ta' Lulju, 1999, ħarġet tender għal bejgħ tal-post li rrefera għalih l-Onor. Interpellant. It-tender li għalqet fid-19 ta' Awissu, 1999, qed tiġi aġġudikata mill-Kumitat tal-Kuntratti.
18.10.99
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu t-tul ta' żmien biex out-patient jingħata appuntament għal tip ta' investigazzjoni speċifika f'dawn il-każijiet:
1) Colonoscopy;
2) Arthroscopy;
3) Coronary angiogram;
4) Echo cardiogram;
5) CT scan; u
6) Cystoscopy?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu t-tul ta' żmien biex out-patient jingħata appuntament għall-operazzjoni f'dawn il-każijiet:
1) Tneħħija ta' kataretti;
2) Total abdominal Hysterectomy mhux minħabba kanċer;
3) Dilatation and curettage;
4) Pelvic Floor repair;
5) Hip replacement;
6) Knee replacement; u
7) Inguinal Herniotomy?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jinħarġu applikazzjonijiet oħra għal djar għall-għarajjes mill-Awtorita' tad-Djar? F'liema lokalita' se jkunu dawn id-djar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Hu ttamat li l-Awtorita' tad-Djar toħroġ sejħa oħra fl-ewwel parti tas-sena d-dieħla u għalhekk il-lokalita' ikunu mħabbra fl-istess sejħa.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa l-benefiċċju tal-wens meta xebba ddur kemm b'ommha kif ukoll b'missierha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ir-rata fil-ġimgħa tal-Pensjoni għal-Wens hi ta' Lm28.77. Din ir-rata ma tiddependix minn jekk ix-xebba tkunx qegħda tieħu ħsieb ta' ġenitur wieħed jew iż-żewġ ġenituri tagħha.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-kondizzjonijiet i) Muscular Dystrophy u ii) Icchthyosis jiġu nklużi fil-Ħames Skeda dwar mediċini b'xejn peress li huma mardiet kroniċi mhux komuni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma l-Onor. Interpellant li kull tibdil fil-lista ta' mard u kundizzjonijiet li huma ndikati fil-Ħames Skeda tal-Att dwar is-Sigurta' Soċjali, issir wara li d-"Drugs and Therapeutics Committe" jagħti parir f'dan is-sens lid-Direttur Ġenerali responsabbli mid-Dipartiment tas-Saħħa li taħtu jaqa' l-kumitat imsemmi. Sussegwentament, id-Dipartiment tas-Saħħa, bl-approvazzjoni tal-Ministru konċernat flimkien mal-Ministru responsabbli mill-Finanzi, jirreferu l-emendi mitluba lid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.
Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni fulltime u part-time fid-diversi korporazzjonijiet jew kumpanniji li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru tiegħu minn Settembru 1998 sa Settembru 1999, kumpannija, kumpannija? Jista' jiġi speċifikat ukoll il-grad tal-ħaddiema mpjegati?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.