Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #12052 Sitting 210 1999-12-15 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Furjana — King George V Playing Fields

Question

Rigward xogħlijiet ippjanati mill-Valletta Rehabilitation Committee Project fil-King George V playing fields fil-Furjana, jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jitkompla x-xogħol fuq dan il-proġett?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 9814 (Seduta 148).

Djar — Persuni b'diżabilita'

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk familja li tinkludi persuna b'diżabilita', bi problema ta'mobilita' reġistrata, tapplika għal Skema V ta'l-Awtorita' tad-Djar peress li toqgħod f'binja tal-gvern? Tista' din il-familja tapplika u tibbenefika mill-Iskema Numru 7 għar-raġuni li l-fond tal-familja jkun inxtara mill-istess familja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Taħt Skema 7 jista japplika. Skema V ġiet estiża għal dawk il-familji li joqgħodu fi Blokki/Entraturi tal-Gvern u li jkollhom xi membru tal-familja ibati minn diżabilita' ta' mobilta'. Fir-rigward Skema 7, kull minn joqgħod f'residenza okkupata minnhom, kemm bħala inkwilini kif ukoll bħala sid, u xi ħadd mill-membri tal-familja tiegħu ikun ibati minn diżabilita' ikun jista japplika taħt il-kundizzjonijiet ta' l-iskema.

Ħamrun — Tar-Rabbat - Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-estimi dwar toroq hemmx inkluż l-għoti tat-tarmac fit-toroq fl-inħawi tar-Rabbat, il-Ħamrun? Jekk fl-affermattiv, liema toroq huma nklużi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li xogħol tat-tip imsemmi mill-Onor. Interpellant isir taħt il-Vot `VII Capital Item 35 sub head 10 - Levelling and Asphalting of private streets`. Id-Dipartiment tat-Toroq flimkien mal-Kunsilli Lokali qed jipprepara programm għal asfaltar ta` toroq simili ma` Malta kollha w x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.
Leg 9 PQ #11502 Sitting 186 1999-11-23 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Litter Act — Ksur tal-liġi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqbdu persuni jiksru l-Litter Act matul l-1999? Kemm minnhom inqabdu fil-Belt, Furjana, Ħamrun u Pieta'?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li din is-sena, (sal-31 ta` Ottubru, 1999), in-numru ta` persuni li nqabdu mill-Pulizija jiksru l-Litter Act kien ta` 55. Minn dawn, 5 kienu fil-Ħamrun, 5 oħra fil-Belt Valletta u 1 il-Floriana, filwaqt li f`Tal Pieta` ma kien hemm ħadd.

PTA — Park and Ride Scheme

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku dwar il-Park and Ride Scheme?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-pjanijiet dwar il-`Park` and `Ride Scheme` qegħdin jiġu studjati flimkien ma possibiltajiet ta` alternattivi oħra biex jitjieb it-trasport pubbliku.

Parkeġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma t-target dates għall-introduzzjoni ta' residents only parking fid-diversi lokalitajiet f'pajjiżna? Hemm xi bliet u rħula li fihom din se tiġi nfurzata qabel oħrajn?

Response (GATT, AUSTIN)

`Billi, kif indikajt fit-twegiba tieghi ghall-Mistoqsija Nru. 11181, il-Ministeru ghadu ma rceviex ir-rapport preliminari fuq l-area tal-Belt u l-Furjana, mhux il-każ li nista` nwiegeb ghall-Mistoqsija prezenti li tirrigwarda d-diversi lokalitajiet l-ohrajn.`

Djar — Stallazjoni ta' lift

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11003, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jinbeda dan ix-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Wara sejħa pubblika biex jiġu mpjegati Perit u Mechanical Engineer in konnessjoni ma' l-Iskema għall-istallar ta' lifts, l-Awtorita' tad-Djar irċeviet aplikazzjonijiet għal mili ta' dawn iż-żewġ postijiet. Hu ttamat li dawn il-postijiet jintlew fi ftit ta' żmien ieħor.

Valletta — Bus terminus

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet short-term għal bus terminus f'Bieb il-Belt?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-pjanijiet għall-`bus terminus` f`Bieb il-Belt huma nklużi fix-xogħol `long term` meħtieġ għal l-inħawi.
Leg 9 PQ #11507 Sitting 186 1999-11-23 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Applikazzjonijiet miċħuda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew miċħuda applikazzjonijiet mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar sena b'sena minn sidien ta' djar fil-Belt u fil-Furjana li kellhom offerti għax-xiri tagħhom minn sidien ta' kumpanniji kummerċjali jew uffiċini?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li ma tinżammx statistika dwar it-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant.

Ħamrun — Okella Agius - Common parts

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara jistax jinstab mezz li bih il-common parts tal-kerrejja Okella Agius f'Qormi Rd, Ħamrun jiġu mnaddfa regolarment?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Kif jista' japprezza l-Onor Interpellant, ir-responsabbilta' tat-tindif tal-partijiet komuni hija tar-residenti. Waqt li nifhem l-ispirtu wara din il-mistoqsija, jiddispjaċini li ma jkunx għaqli li jinħoloq preċedent biex ix-xogħol ta' tindif isir mill-Gvern f'dan il-każ partikolari.

Djar — Appartamenti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li l-għarajjes ikollhom l-opportunita' japplika għal appartamenti ta' l-Awtorita' tad-Djar b'kera b'mod partikolari fejn wieħed jew it-tnejn ikunu: (i) bla xogħol; u (ii) b'impjieg b'kuntratt definit?

Response (GONZI, LAWRENCE)

S'issa il-policy tal-Gvern kienet li ma jiġux allokati postijiet b'kera lill-għarajjes. Biss, l-Awtorita' tad-Djar ser tistudja l-possibilita' jekk dan jistax isir fid-dawl ta' tant talbiet minn familji li qegħdin jitolbu akkomodazzjoni alternattiva.

ETC — Parkers tal-karozzi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-ETC qabditx parkers tal-karozzi jaħdmu mingħajr permess matul 1999? Fejn inqabdu f'kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Bejn Jannar u Settembru 1999, l-Ispetturi tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ, qabdu jaħdmu tmien (8) "parkers" tal-karozzi li ma kienux irreġistrati mal-ETC. Dawn instabu: Il-Parking Area tal-Isptar San Luqa - G'Mangia Il-Parking Area ta' viċin il-Barrakka ta' Fuq - Valletta Il-Parking Area ta' viċin ic-Central Bank - Valletta Il-Parking Area tat-Teatru l-Imwaqqa - Valletta Il-Parking Area ta' viċin Hastings - Valletta Il-Parking Area ta' viċin Phoenicia Hotel - Floriana Il-Parking Area ta' viċin il-Preluna Hotel - Sliema Il-Parking Area ta' Tigne - Sliema

PTA — Karozzi tal-linja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu karozzi tal-linja b'diesel imħallat bil-pitrolju matul l-1999?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li ma tul l-1999 ma kien hemm l-ebda każ ta` karozzi tal-linja li nqabad b`diesel imħallat bil-pitrolju.

PTA — Trasport pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jara jistax jiġi kkonsidrat li l-karozzi tal-linja jgħaddu minn Triq Sant'Anna, il-Furjana huma u deħlin lura l-Belt, matul ix-xhur tax-xitwa biex jonqos l-inkonvenjent lir-residenti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li dan is-servizz jingħata matul is-sena kollha wara s-6.00 ta` filgħaxija. Matul il-ġurnata s-servizz jingħata minn Triq Sarria minħabba l-bżonnijiet ta` dawk li jirrikorru fid-Dipartimenti tal-Gvern. Madankollu r-rotta 98 (ċirkulari madwar il-Belt), titla sa ħdejn il-Policlinic u tmur lejn il-Belt minn Triq San Franġisk.
Leg 9 PQ #11501 Sitting 185 1999-11-22 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Monument ta' Kristu Re — Bankijiet

Question

Jista' jara jekk jistgħux jissewwew il-bankijiet madwar il-monument ta' Kristu Re u l-lukanda fil-viċin fil-Furjana?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li din l-area kollha se tiġi upgraded max-xogħol li se jsir tal-bus terminus ġdid.

Djar — Tiswijiet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara jekk jistgħux jiġu evicted l-inkwilini fid-djar bl-indirizz li qed jintbagħat separatament peress li saritilhom ħsara b'periklu serju fid-djar tagħhom il-lejl li għadda? Jista' jinstabilhom post alternattiv fil-Furjana stess?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi d-dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali ħa ħsieb joffri akkomodazzjoni lill-persuni involuti. Il-lokalita' tal-postijiet offruti jiddependi minn numru ta' postijiet vojta li ikollu d-Dipartiment fil-ġurnata li joffrihom.

Persuni b'diżabilita' — P

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 10049, jista' jingħata breakdown ta' l-etajiet: Mit-twelid sa 16-il sena; 17-il sena sa 35 sena; u 36-il sena sa 60/61 sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Mhux possibbli li tingħata risposta dwar l-etajiet kif mitluba fil-Mistoqsija. Sabiex tinġabar l-informazzjoni kif mitluba, wieħed irid idur l-applikazzjonijiet ta' aktar minn 1,000 persuna sabiex jikklassifika l-etajiet skond il-Mistoqsija. L-Onor. Interpellant japprezza li dan jirrekjedi ħafna xogħol.
Leg 9 PQ #11002 Sitting 174 1999-11-04 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Suq tal-Belt — Ġrieden

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk tistax tinsab soluzzjoni għall-problema ta' infestazzjoni ta' ġrieden li hemm fl-inħawi tas-Suq tal-Belt fejn hemm it-triq mħaffra fi Triq San Pawl kantuniera ma' Triq it-Teatru l-Antik, Valletta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl'area indikata fl-inħawi tas-Suq tal-Belt isir trattament regolari mill-`Rodent Control Section' tad-dipartiment tas-Saħħa għal kontra il-ġrieden. L-aħħar żewġ trattamenti saru fis-sitta ta' Settembru u fil-wieħed u għoxrin ta' Ottubru 1999.

Djar — Stallazzjoni ta' lift

Question

B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 10059 jistgħu jingħataw l-indirizzi ta' l-entraturi li fihom jistgħu jiġu nstallati lifts fil-Belt u fil-Floriana?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi Seduta oħra.