Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #13581 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Pazjenti

Question

Matul l-1999, fl-iSptar San Luqa: (a) kemm attendew: (i) pazjenti fid-Dipartment ta' l-Emerġenza; u (ii) fl-out-patients bħala new cases u bħala follow-up? (b) Kemm ġew admitted pazjenti fil-wards u kemm kien l-average length of stay?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Matul l-1999 fl-Isptar San Luqa:- attendew fid-Dipartiment ta' l-Emerġenza - 106,670 attendew bħala new cases fl-Out Patients - 71,140 attendew bħala follow-ups fl-Out Patients - 233,692 Dwar l-In-Patients, mill-1 ta' Jannar 1999 sa l-aħħar ta' Settembru 1999, iddaħħlu fis-swali ta' l-Isptar San Luqa 33,651 persuna. L-average length of stay kienet ta' 4.3 ġranet.
Leg 9 PQ #13582 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Skrivani

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jsiru l-interviews għall-ingaġġ ta' skrivani mal-gvern li għalihom diġa' kienet saret sejħa għal applikazzjonijiet?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi l-interviews għall-ingaġġ ta' skrivani mal-Gvern ser jibdew fl-14 ta' Frar 2000.

Djar — Furjana - Lifts

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex l-appartamenti f'68, Triq San Tumas, Furjana ma ġewx inklużi fl-appartamenti li fihom l-Awtorita' tad-Djar se tinstalla l-lifts, ġaladarba saru applikazzjonijiet mill-inkwilini u hemm biżżejjed spazju bejn it-taraġ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Peress li jinħtieġ aktar studju dettaljat biex jiġi stabbilit jekk jistax jiġi installat lift, l-Awtorita' tad-Djar tkun tista tagħti deċiżjoni finali wara li jiġu impjegati Perit u Mechanical Engineer. Pero, prima facie, lift ikun jista jiġi installat jekk isir użu minn sħafts biswit dan il-blokk. Jeżistu twieqi fit-tromba tat-taraġ tal-blokk li jagħtu għal dawn ix-shafts. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' pjanta tal-appartamenti msemmija.
Leg 9 PQ #13584 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Ħamrun

Question

Jista' tifel bil-kondizzjoni ADHD (Hyperactivity) fil-Kindergarten fl-iskola primarja f'School Street, Ħamrun li l-file no.tiegħu qed ngħaddih b'mod kunfidenzjali u separatament, jingħata l-opportunita' ta' facilitator kif ġie rakkmandat diġa'?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-tifel imsemmi ġie referut fis-26 ta' Novembru (STM 257/99) u l-każ tiegħu għadu pendenti.
Leg 9 PQ #13649 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Festi tal-Millenju — Furjana - Ħsarat

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitlesta r-rapport dwar l-istima ta' ħsarat li saru fl-arena ta' l-Indipendenza fil-Furjana fil-festi tal-millenju? Meta hu maħsub li jinbdew ix-xogħlijiet meħtieġa? Jistgħu jsiru konsultazzjonijiet ma' l-għaqdiet sportivi konċernati li jużaw il-faċilitajiet fl-arena, bl-iskop li jsir l-upgrading meħtieġ ta' l-istess faċilitajiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li r-rapport preliminari dwar l-istima ta' ħsarat li saru fl-Arena ta' l-Indipendenza fil-Furjana fil-Festi tal-Millennju tlesta u qed jiġi analizzat. Ix-xogħlijiet meħtieġa mistennija jibdew hekk kif jitlestew il-formalitajiet amministrattivi meħtieġa. Informat ukoll li f'dan l-istadju mhux posibbli li ssir stima tax-xogħol li jrid isir fuq il-ħaxix tal-pitch, billi l-Kumitat tal-Floriana Football Club irrakkomanda li dan l-eżerċizzju għandu jitħalla għal wara Marzu, meta t-temp ikun aktar jippermetti li ssir evalwazzjoni xierqa tax-xogħlijiet u ta' l-ispejjeż involuti. Madanakollu għaddejja konsultazzjoni regolari mal-Kumitat tal-Floriana F.C. dwar l-'upgrading' tal-faċilitajiet fl-Arena.

Valletta — Triq il-Merkanti - Parkeġġ

Question

Jista' l-Ministru jara jistax jiġi kkonsidrat li fi Triq Merkanti, l-Belt Valletta fil-parti bejn numru 145 u 151, ikun hemm ukoll possibbilta' ta' pparkjar ta' vetturi fuq dik in-naħa tat-triq bħalma hu l-każ tul dik il-parti kollha ta' Triq Merkanti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku talab lill-Kunsill Lokali tal-Belt biex jagħmel l-istess arranġamenti ta` `parking` f`dik il-biċċa triq bejn Nru. 141 u 151 bħal dawk li diġa jeżistu f`partijiet oħra fi triq il-Merkanti.

Enemalta — Furjana - Bozoz

Question

Peress li l-bozoz tad-dawl f'dawn il-lokalitajiet fil-Furjana: (i) Capucchin Street, kantuniera ma' P. Floriani Street; (ii) St. Anne Square; (iii) V. Dimech Street, fejn il-klabb tal-boċċi u ħdejn it-telephone booth ihom maqtugħin ix-xhur, tista' l-Korporazzjoni Enemalta tieħu ħsieb mill-aktar fis?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment ta` l-Onorevoli Interpellant gie mghoddi lill-Korporazzjoni Enemalta biex tiehu l-passi necessarji.

Malta Drydocks — Vapuri mill-Afrika

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu vapuri ta' pajjiżi ta' l-Afrika ta' Fuq kull sena f'dawn l-aħħar ħames snin fil-Malta Drydocks? Kemm ħallew flus?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tingabar u twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.
Leg 9 PQ #13041 Sitting 225 2000-01-24 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Medical/paediatric wards

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu pazjenti f'medical/paediatric wards fl-isptarijiet San Luqa, Karen Grech, Boffa u Zammit Clapp b'chest infection u gastroenteritis mill-bidu tas-sena 'l hawn?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata risposta f'seduta oħra.

Djar — Lifts

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorita' tad-Djar tikkonsidrax li tinstalla lifts iżgħar f'appartamenti tal-gvern bħal: 104, Triq il-Kapuċċini, Floriana; u 24 Triq Sant'Anna, Floriana fejn fil-lift space bejn it-taraġ hemm spazju għal lift box għal żewġ jew tliet persuni għax fihom joqogħdu ħafna anzjani fis-sulari ta' fuq?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Awtorita' tad-Djar qegħda fil-proċess li timpjega Mechanical Engineer u Architect għall-installar tal-lifts fi blokki tal-Gvern. Meta dawn jiġu ingaġġati fi ftit ta' żmien ieħor, ikun jista' jiġi konstatat jekk jistax jiġu installati l-lifts.
Leg 9 PQ #12344 Sitting 220 2000-01-17 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Valletta — Strada Stretta - Fond Nru. 43/8

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir il-kuntratt ta' xiri tal-fond 43/8, Strait Street, Valletta? Jista' l-Ministru jara li jitħaffef il-proċess peress li taħt dan il-fond perikoluż joqogħdu residenti kif ukoll jinstabu uffiċini u stabbilimenti kummerċjali?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tender għall-bejgħ tal-fond li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant qiegħed għal 'adjudication' tal-Kumitat tal-Kuntratti. Ninsab infurmat ukoll li d-Dipartiment ta` l-Artijiet lest li jagħmel il-kuntratt appena jiġi nfurmat mill-Kumitat imsemmi li l-prezz li ġie offrut għax-xiri tal-fond huwa aċċettabli.

Valletta — Strada Stretta - Fond Nru. 43/8

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jissewwa l-periklu fil-fond 43/8 Strait Street, Valletta peress li taħtu joqogħdu residenti kif ukoll jinstabu uffiċini u stabbilimenti kummerċjali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li l-fond 43/8 Strait Street mhuwiex wieħed residenzjali u b'hekk ir-responsabilita' għat-tiswija tiegħu ma taqax taħt id-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar. Madankollu jien infurmat ukoll li d-Dipartiment ta' l-Estates Management ħareġ sejħa għal offerti biex il-flat in kwistjoni jintuża bħala uffiċċju. Għal aktar informazzjoni nagħi parir lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru għall-Intern li taħtu jaqa' d-Dipartiment ta' l-Estates Management.

Valletta — Triq Melita - Appartamenti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar jikkonsidra li l-ħitan tat-taraġ fl-appartament f'Nru. 2, Triq Melita, il-Belt Valletta jingħata tibjida peress li jinsab fi stat ħażin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #12347 Sitting 220 2000-01-17 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Rekluti ġodda

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta hu maħsub li r-rekluti l-ġodda fil-Forzi Armati jibdew ir-reklutaġġ tagħhom?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-proċess ta' għażla issa ntemm u l-ingaġġ ta' rekluti ġodda fil-Forzi Armati għandu jseħħ fil-ġimgħat li ġejjin.

Benefiċċji tal-mard

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi l-ogħla rata ta' ħlas ta' benefiċċju tal-mard għal persuna miżżewġa li hi self-employed?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-ogħla rata għal Benefiċċju tal-Mard mill-1 ta' Jannar, 2000 hi ta' Lm5.66ċ kuljum għal kull persuna li tkun sew impjegata kif ukoll jekk tkun taħdem għaliha nnifisha. Din ir-rata titħallas lil ġenitur singlu jew persuna miżżewġa li qed tmantni lill-parti l-oħra fiż-żwieġ li ma tkunx impjegata "full-time".
Leg 9 PQ #12646 Sitting 220 2000-01-17 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Parkinson's Disease

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-marda tal-Parkinson's tintitolax pazjenti għal mediċini b'xejn skond Schedule 5? Jekk fl-affermattiv, x'inhu jżomm lid-dipartiment milli japprova l-użu tal-prodott COMTAN ġaladarba din il-mediċina tkun ġiet rakkmandata mill-ispeċjalista tal-pazjent?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-Marda tal-Parkinson's qiegħda fuq il-lista tal-ħames skeda (Schedule V) li tintitola l-pazjenti għal mediċini b'xejn. Ir-rakkomandazzjonijiet għall-mediċini ġodda flimkien ma` l-informazzjoni neċessarja jiġu ppreżentati mill-konsulent lid-Drug and Therapeutics Committee. Il-kumitat jiddiskuti dawn ir-rakkomandazzjonijiet u jirrakkomanda jekk il-mediċina għandhiex tiġi introdotta. Id-Drug & Therapeutics Committee għadu ma rċeviex l-informaazzjoni neċessarja fuq l-entacapone(Comtess).
Leg 9 PQ #12163 Sitting 215 2000-01-10 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Sptar San Luqa - Emerġenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew riferuti pazjenti minħabba motor vehicle accidents fl-Emergency and Admitting Department matul l-1998? Kemm minnhom ġew admitted l-isptar? Kemm hu l-perijodu (average) ta' in-patient stay fl-Isptar San Luqa fl-istess perijodu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Pazjenti li ġew riferuti fl-E&A Department u li ġew admitted l-isptar minħabba inċidenti tat-traffiku matul 1998, kienu hekk: Xahar E&A Dept Wards ITU ________________________________________ Jannar 53 8 4 Frar 42 12 Marzu 50 5 1 April 57 8 1 Mejju 53 17 Ġunju 52 8 2 Lulju 76 21 Awissu 77 23 Settembru 79 13 Ottubru 64 15 2 Novembru 80 15 1 Diċembru 69 13 __________________________________________ Total 762 158 11 ___________________________________________ Il-perjodu ta' in-patient stay fl-Isptar San Luqa matul 1998 ma tistax tingħata għax ma kienx jinżamm record.
Leg 9 PQ #12196 Sitting 215 2000-01-10 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Valletta — Triq San Ġwann - Poġġaman

Question

Jista' l-VRP jieħu ħsieb li jsir xi forma ta' poġġaman fit-turġien f'Triq San Gwann kantuniera ma' Triq Sant'Orsla l-Belt peress li joqogħdu ħafna anzjani fl-inħawi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-proposta ta' l-Onorevoli Interpellant se tkun ikkunsidrata.

Benefiċċji tal-Qgħad

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jieħdu l-benefiċċji tal-qgħad u jaħdmu fl-istess ħin, sena b'sena f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

F'dawn l-aħħar ħames snin in-numri ta' nies li nqabdu jaħdmu waqt li kienu qegħda kien imqassam hekk: Sena 1995 - 533 Sena 1996 - 651 Sena 1997 - 537 Sena 1998 - 275 Jan - Set 1999 - 278 Id-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali fil-preżent ma jżommx statistika dwar dawk il-persuni li jitwaqqfilhom il-Benefiċċju jew l-Għajnuna għal Disimpjieg għax ikunu nqabdu jaħdmu.

Djar — Stallazzjoni ta' lift

Question

B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 10059 jistgħu jingħataw l-indirizzi ta' l-entraturi li fihom jistgħu jiġu nstallati lifts fil-Belt u fil-Floriana?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-lifts jistgħu jiġu nstallati f'dawn l-indirizzi: VALLETTA Proġett ta' Bieb il-Belt Ordinance Street Door 1 Proġett ta' Bieb il-Belt Ordinance Street Door 2 Proġett ta' Bieb il-Belt Ordinance Street Door 3 125 Triq San Pawl 131 Triq San Pawl 77 Triq Santa Luċija Proġett ta' Bieb il-Belt Triq il-Kavalier San Gwann Door 1 88 Triq il-Merkanti 80 Triq il-Merkanti Sorijiet ta' l-Ursolini Triq Marsamxett Blk 4 Triq Marsamxett 4 Triq il-Punent Door 1 Triq ir-Repubblika City Gate Door 2 Triq ir-Repubblika City Gate Door 3 Triq ir-Repubblika City Gate 197B Triq ir-Repubblika Door 1 Triq Pope Pius V Door 2 Triq Pope Pius V Door 3 Triq Pope Pius V 80 Triq San Nikola FURJANA Blk 5 Triq il-Fosos Blk 6 Triq il-Fosos Blk 7 Triq il-Fosos Blk 8 Triq il-Fosos 43 Triq il-Miratur 18 Triq Sant'Anna La Vallette Flats Triq Vilhena