Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 17399?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li matul l-aħħar ħames snin kien hemm mija disgħa u erbgħin każ ta' ħsara kawżata minn vultaġġ għoli. Il-Korporazzjoni Enemalta bdiet tagħmel ħlasijiet għall-ħsara kawżata mill-1998 'l hawn. Minn dakinhar sa llum sar ħlas globali ta' Lm10,913 għal 46 każ minnhom.
Jista' l-Ministru jgħid hemmx xi ħsieb li s-Salinos Ground fil-Belt Valletta jingħata wiċċ b'artificial turf?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li intlaħaq ftehim sabiex il-Valletta Football Club jiffinalizzaw ix-xogħol li nbeda snin ilu fis-Salinos Ground sa sitt xhur oħra. Qabel isir ix-xogħol tal-kisi bit-turf artifiċjali għandu jsir xogħol biex jiġi nstallat floodlighting. Kif jitlesta dan ix-xogħol jibda x-xogħol fuq il-wiċċ tal-pitch.
Huwa maħsub li sa l-aħħar tas-sena 2000 il-Lm25,000 ivvutati fil-budget għas-Salinos Ground jingħataw lill-Valletta Football Club u l-aħħar pagament skond il-ftehim jingħadda s-sena d-dieħla.
Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex l-istudenti kollha li għamlu eżamijiet għal diploma computer studies tan-National Computing Centre (NCC) f'Manchester baqgħu ma ntgħażlux fl-interviews għal system support officers fil-MITTS?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li għat-talba tal-MITTS lil ETC biex tinnomina kandidati eliġibbli għall-post ta' System Support Officer, li għaliha l-Kumpanija kellha erba postijiet vakanti, l-ETC għaddiet sbatax il-isem ta' persuni eliġibbli lill-MITTS. Fost dawn kien hemm numru ta' kandidati li kienu attendew jew kienu qegħdin jattendu l-National Computing Centre (NCC) course. Il-persuni kollha nominati mill-ETC kienu mistiedna biex jersqu għall-interview.
Sitta minn dawn ma attendewx għall-interview.
Fi tmien il-proċess tal-għażla, erba persuni ġew magħżula u offruti l-pożizzjoni ta' System Support Officer.
Tlieta minn dawn l-erba kandidati kienu minn dawk li għamlu eżamijiet għal Diploma Computer Studies ta' l-NCC.
Kif beħsiebu jgħin il-Gvern fit-tkomplija ta' xogħlijiet fil-Victor Tedesco Stadium, Ħamrun?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li s-Segretarju Parlamentari kellu diversi talbiet minn għand il-Ħamrun Spartans sabiex il-Gvern jgħinhom fit-tlestija tal-football ground. Dawn it-talbiet kienu għal xogħlijiet li jinkludu tlestija tas-seating, Press Room u fencing. Id-Dipartiment bħalissa qiegħed jistudja kif jista' jgħin sabiex dawn ix-xogħlijiet jitwettqu.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu pproġettat li jsir u meta hu maħsub li jitlestew ix-xogħlijiet fil-King George VI playing fields, Furjana?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ix-xogħol li hu ppjanat li jsir fil-King George VI Playing Fields Furjana, huwa 'upgrading' komplet ta' dan il-post rikreattiv.
Ser isiru passaġġi ġodda b'pavimentar ġdid, areas bil-ħamrija, bandli ġodda, dwal u street furniture oħra. Ix-xogħol inbeda bil-ħaddiema ta' l-ewwel distrett u bħalissa qed niddiskutu programm ta' xogħol biex jiġi stabbilit meta ser jitlesta matul is-sena d-dieħla.
Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex l-istudenti kollha li għamlu eżamijiet għal diploma computer studies tan-National Computing Centre (NCC) f'Manchester baqgħu ma ntgħażlux fl-interviews għal system support officers fil-MITTS?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk raġel miżżewweġ jaħdem bi qligħ nett ta' Lm45 fil-ġimgħa, il-mara tiegħu li tieħu l-għajnuna minħabba mard (Lm 24.40 fix-xahar) tibqa' ntitolata għalihom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mara mizzewga ma tkunx intitolata ghall-Ghajnuna Medika jekk zewgha jkun jahdem bi qliegh nett ta' Lm45 fil-gimgha.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru talbiet minn konsumatur lill-korporazzjoni Enemalta minħabba ħsarat kawża ta' qtugħ/over voltage ta' l-elettriku f'dawn l-aħħar ħames snin? Kemm minnhom ġew milqugħa? Kemm tħallsu fi spejjeż sena b'sena?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba qed tingabar u t-twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.
Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' operazzjonijiet ortopediċi huma disponibbli għall-korrezzjoni ta' 'Leg Shortening'?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-operazzjoni ta` `leg lenghtening` issir fuq każi fejn l-għadam tar-riġel jew ikun żviluppa kemm xejn aktar qasir minn tan-naħa l-oħra jew xi drabi wara inċident ta` ksur fejn ntilfet xi ftit mit-tul ta-għadma. Hemm limitu pero` ta kemm kull għadma tippermetti li tiġi mtawlha.
Peress li fi Blokk 1A, Bini tal-Gvern, Triq il-Fosos, Floriana hemm anzjana fis-sular ta' fuq nett li tbati b'mard kroniku serju li jirrendiha immobbli, u peress li l-ispazju għal-lift hu ristrett, jista' jsir lift iżgħar skond iċ-ċirkostanzi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Peress li jirrizulta li hemm binja maghrufa bhala Bini tal-Gvern u binja ohra maghrufa bhala Blokk 1, fl-istess post il-Furjana, l-Onor. Interpellant hu mitlub jispecifika ghal liema Binja qed jirreferi halli tista tinghata risposta adekwata.
Jista' l-Ministru jgħid hemmx tfal ta' ċittadini Maltin li jattendu l-iskola li tinsab fil-kumpless tal-Moskea ta' Kordin?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li skond l-informazzjoni li għandna, n-numru ta' tfal li huma Ċittadini Maltin u jattendu l-iskola (Mariam Al-Batool) li tinsab fil-Kumpless tal-Moskea ta' Kordin huwa hekk:
Subien 21
Bniet 17
TOTAL 38
Peress li l-iskema dwar l-istallazzjoni tal-lifts fl-appartamenti tal-gvern fil-Kottonera, il-Belt u l-Furjana damet ma ġiet fis-seħħ, tista' l-Awtorita' tad-Djar tagħti prijorita' lill-appartamenti fejn hemm: (i) anzjani ta' 'l fuq minn 80 sena fis-sulari ta' fuq; u (ii) każijiet ta' persuni b'diffikultajiet serji ta' mobilita' billi x-xogħlijiet jinbdew fihom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Awtorita' tad-Djar qed tipprepara l-pjanti neċessarji ta' dawk il-blokki kollha fejn jista' jiġi installat il-lift f'dawn il-lokalitajiet. Kif dawn jiġu finalizzati, isir l-applikazzjoni neċessarji mall-Awtorita' tal-Ippjanar. S'issa l-Awtorita' tad-Djar diġa issottomettiet applikazzjonijiet għall-postijiet fil-Furjana. Meta jinħareġ il-permess neċessarju mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar, l-Awtorita' tad-Djar ser timxi skond il-kondizzjonijiet ta' l-Iskema għall-Installar tal-lifts u ser tingħata l-ewwel preferenza lil dawk il-blokki/entraturi fejn jkun hemm xi persuna/persuni b'diżabilita' u jkollu/jkollhom problemi ta' mobilita'.
Jista' l-Viċi Prim Mnistru jgħid tistax l-Awtorita' tad-Djar tqis il-kondizzjoni tal-appartament qabel ma tfassal ir-rati tal-kera ta' l-appartamenti tal-gvern diġa' okkupati?
Tista' tingħata konsiderazzjoni lill-istat infrastrutturali tal-post kif ukoll in-numru ta' taraġ u spejjeż li jkunu saru mill-inkwilin fl-aħħar snin qabel ma tiġi maħduma l-kera tal-fond?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-kera ssussidjata ta' postijiet tal-Gvern hi regolata minn notifikazzjonijiet tal-Gvern numri 202 u 523 tat-13 ta' April 1987 u tas-7 ta' Lulju 1998.
Biss is-suġġeriment tal-Onor. Interpellant ser jiġi kkonsidrat.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta hu maħsub li jitlesta r-rapport tal-Kummissjoni dwar ir-Reviżjoni tal-Kera?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Kif kont spjegajt fit-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 15826, il-Kummissjoni għar-Reviżjoni tal-Liġijiet tal-Kera waslet fl-aħħar fażi biex tispiċċa x-xogħol tagħha. Fil-fatt, iċ-Chairman ta' din il-Kummissjoni nfurmani wkoll li l-abbozz tar-rapport finali huwa lest u li jonqos biss huwa li dan ir-rapport ikun approvat mill-Kummissjoni u jkun preżentat lill-Gvern. Irrid ngħid li jien qed nistenna bil-ħerqa dan ir-rapport minħabba l-importanza tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jistax jiġi ssuġġerit lill-Kunsill Lokali tal-Marsa li jsir zebra crossing f'Triq Ħal Qormi, Marsa (kantuniera ma' Triq Karmnu Abela, Ħamrun)?
Response (GALEA, ĊENSU)
Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lill-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku biex jara x'jista' jsir.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Maltapost tistax tieħu ħsieb li tara hemmx il-ħtieġa ta' letter box f'Pjazza 7 ta' Ġunju, 1919, Ħamrun?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li fejn jirrigwarda twahhil ta` kaxxi ta` l-ittri godda, il-Maltapost timxi fuq rakkomandazzjonijiet ta` l-Unjoni Postali Universali u cioe` li jkun hemm kaxxa ta` l-ittri ghal kull tlitt elef resident.
Fil-kaz tal-Hamrun, fejn hemm popolazzjoni ta` ftit aktar minn hdax-il elf ruh, ir-residenti ghandhom ghad-dispozizzjoni taghhom tmien kaxxi ta` l-ittri, li hija figura ghola hafna minn dik rakkomandata mill-organizazzjoni msemmija qabel. In vista ta` dan, it-talba ta` l-Onorevoli Interpellant mhux possibbli li tintlaqa`.
Barra minn hekk l-eqreb kaxxa ta` l-ittri ghar-residenti tal-pjazza msemmija tinsab fi Triq Barbara fil-Qasam tad-Djar tar-Rabbat, distanza ta` madwar mija u hamsin metru.