National Commission on Welfare Reform — Rapport finali
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta hu maħsub li jiġi ppubblikat ir-rapport finali tan-National Commisson on Welfare Reform?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Hu mistenni li l-Kummissjoni għar-Riforma tal-Welfare tlesti x-xogħol tagħha sa l-aħħar ta' din is-sena. Ir-rapport finali jiġi ppubblikat wara li jkun tlesta dan ix-xogħol.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx deċiżjoni jekk jistax jiġi stallat lift f'numru 2, Triq Melita, Valletta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li, fil-post indikat mill-Onor. Interpellant, jista' jiġi nstallat lift fil-bitħa nterna kemm il-darba ssir rilokazzjoni tas-servizzi li hemm fil-bitħa w tiġi stabbilita l-ownership ta' l-istess bitħa.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex inbeda x-xogħol fuq bini ta' public convenience fi Triq il-Ferrovija, l-Ħamrun, meta r-residenti kollha ffirmaw petizzjoni kontra dan l-iżvilupp?
Meta ddeċidiet il-PA u min applika sabiex issir din il-public convenience?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-applikazzjoni għall-bini ta` public convenience fil-post li rrefera għalih l-Onor. Interpellant kienet ġiet sottomessa mill-Kunsill Lokali tal-Ħamrun u ġiet approvata mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar fil-11 ta` Settembru 1998.
Il-petizzjoni mingħand ir-residenti kontra dan l-iżvilupp mibgħuta lill-Awtorita` ta` l-Ippjanar ġiet ikkonsidrata kif xieraq fl-evaluazzjoni ta` l-applikazzjoni. Jogħġbu l-Onor. Interpellant jinnota li oġġezzjoni għal żvilupp mhux neċessarjament ifisser li l-applikazzjoni tiġi rifjutata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont, sena b'sena, mill-1990 'l hawn ta' deheb li rċieva l-uffiċċju tal-konslu għall-goldsmiths u silversmiths għal dak li jirrigwarda:
1) locally produced gold jewellery;u
2) imported gold jewellery separatament?
Jista' l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li l-kumpannija Tug Malta toħroġ sejħa għal applikazzjonijiet għal reklutaġġ ta' ħaddiema ġodda fix-xhur li ġejjin?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-Kumpanija toħroġ sejħiet għall-applikazzjoni għall-ingaġġ ta' ħaddiema ġodda kull meta tinħoloq vakanza. Tajjeb jingħad li kull darba li jkun hemm il-ħsieb li jsir ingaġġ ta' ħaddiema, l-ewwel issir talba f'dan is-sens lill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ.
Jista' l-Ministru jara li jittiedħu l-passi sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni li għaliha saret referenza fil-petizzjoni li tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra fil-5 ta' Ġunju, 2000 (PL 2186), liema petizzjoni kienet tittratta dwar mużika li tibqa' sejra sas-1.00 a.m. u l-istorbju mill-ħaddiema tal-catering li jibqa' sejjer sas-2.30 a.m.?
Jista' l-Ministru jara li s-sewwieqa tat-trakkijiet tal-catering ma jibqgħux jagħmlu użu mill-bieb fi Triq l-Ibjar, Valletta u minflok jużaw il-bieb li hemm fi Triq il-Mediterran meta jkunu qed iħottu jew jgħabbu l-affarijiet tal-catering?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Bord tat-tmexxija huwa konxju mill-ilmenti tal-ġirien tad-Dar tal-Mediterran u ser jittieħdu passi sabiex jonqos l-inkonvenjent u fl-istess waqt ikun salvagwardjat l-impjieg tat-38 imjegat taċ-Ċentru. Fil-fatt il-caterer intalab sabiex ma jżarmax bil-lejl wara l-function iżda jżarma l-għada filgħodu. Meta jkun hemm il-mużika, din qed titbaxxa għall-volum li ma jdejjaqx lill-ġirien wara l-ħdax ta' bil-lejl.
Informat ukoll li sabiex ikun eliminat l-użu tal-bieb fi Triq l-Ibjar, qed isir xogħol minn konsulent sabiex isir it-tibdil strutturali meħtieġ biex isiru , pantries, stores u coldrooms ġodda fuq in-naħa ta' Triq il-Mediterran. Dan kollu jinvolvi eluf kbar ta' liri u xhur twal ta' xogħol peress li l-bookings li kienu daħlu jridu jkunu onorati.
Jista' l-Ministru jara li jittiedħu l-passi sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni li għaliha saret referenza fil-petizzjoni li tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra fil-5 ta' Ġunju, 2000 (PL 2186), liema petizzjoni kienet tittratta dwar mużika li tibqa' sejra sas-1.00 a.m. u l-istorbju mill-ħaddiema tal-catering li jibqa' sejjer sas-2.30 a.m.?
Jista' l-Ministru jara li s-sewwieqa tat-trakkijiet tal-catering ma jibqgħux jagħmlu użu mill-bieb fi Triq l-Ibjar, Valletta u minflok jużaw il-bieb li hemm fi Triq il-Mediterran meta jkunu qed iħottu jew jgħabbu l-affarijiet tal-catering?
Jista' l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li l-kumpannija Tug Malta toħroġ sejħa għal applikazzjonijiet għal reklutaġġ ta' ħaddiema ġodda fix-xhur li ġejjin?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk jistgħux jinxtraw l-appartamenti f'76, Triq San Nikola, Valletta mill-inkwilini li jgħixu fihom? Jekk le, għaliex?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-possibilta' li l-Awtorita' tad-Djar tinstalla lift fl-appartamenti li ġejjin:
i) Block D1 Housing Estate Tax-Xbiex.
ii) 131, Triq San Pawl, Valletta.
iii) 48, Triq l-Arċisqof, Valletta.
iv) 18, Triq il-Punent, Valletta.
Meta hu maħsub li jinbdew dawn ix-xogħlijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni li għaliha saret riferenza, fil-petizzjoni li tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra fil-5 ta' Ġunju, 2000 (PL 2186), liema petizzjoni kienet tittratta dwar il-mużika li tibqa' sejra sas-1.30 a.m. u l-istorbju mill-ħaddiema tal-catering li jibqa' sejjer 2.30 a.m.?
Jista' l-Ministru jara li s-sewwieqa tat-trakkijiet tal-catering ma jibqgħux jagħmlu użu mill-bieb fi Triq l-Ibjar, Valletta u minflok jużaw il-bieb li hemm fi Triq il-Mediterran meta jkunu qed iħottu jew jgħabbu l-affarijiet tal-catering?
Response (REFALO, MICHAEL)
Nitolbu jagħmel il-mistoqsija lill-Ministri konċernati.
Jista' l-Ministru jgħid x'konċessjonijiet għandhom persuni b'diżabilita' bi blue stickers fir-rigward ta' taħrikiet mogħtija minn gwardjani lokali mibħabba pparkjar ta' karozzi f'postijiet ipprojbiti?
Response (GATT, AUSTIN)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-informazzjoni ghadha qed tingabar, ir-risposta tinghata f'xi seduta ohra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid il-Kummissjoni Persuni b'Diżabilita' kemm jirriżultalha li ngħataw taħrikiet minn gwardjani lokali lil holders ta' blue stickers minħabba pparkjar f'postijiet projbiti s'issa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Kummissjoni rċeviet ilment wieħed dwar taħrika minn gwardjan lokali lill-persuna b'diżabilita' li għandha l-"Blue Sticker".
Il-Kummissjoni kellha arranġamenti partikolari mal-pulizija rigward persuni b'diżabilita' li għandhom il-"Blue Sticker" u fil-preżent għaddejjin diskussjonijiet mad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali biex dawn l-arranġamenti jsiru wkoll fir-rigward tal-Gwardjani Lokali.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-ambjent fil-ġonna tal-Barrakka ta' Fuq jitjieb billi:
i) Ikun hemm aktar dawl.
ii) Isiru latrini permanenti.
iii) Ma jitħallewx
skips
u karretti tal-
public cleaning
fil-ġonna?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-Ministeru qed jikkonsidra s-suġġerimenti ta' l-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jinbeda x-xogħol ta' restawr tal-monument tal-Granmastru De Vilhena? Kemm hi l-istima tax-xogħlijiet meħtieġa?
Jista' l-Kummissarju tal-Pulizija jikkunsidra li l-arċiprieti/kappillani u l-viċi tagħhom jiġu awtorizzati jipparkjaw il-karozzi tagħhom f'postijiet ristretti waqt il-qadi ta' dmirijiethom bħalma hu l-każ għat-tobba?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li ma tinħassx il-ħtieġa għall-ħruġ ta` permessi hekk kif suġġerit mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'irriżulta mill-applikazzjoni għal stallazzjoni ta' lift f'25 Triq il-Punent, Valletta, fejn joqogħdu anzjani morda fis-sulari ta' fuq?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li saret spezzjoni fuq il-post indikat fil-Mistoqsija u rriżulta li t-tromba hija tant ristretta li ma jistax jiġi stallat "lift" u li mhux possibbli jsir "lift" minn barra.