Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kummissjoni Nazzjonali Persuni B'Diżabilita'

Question

Jista’ l-Viċi Prim Ministru jgħid hemmx xi żviluppi dwar il-każ b'riferenza 1633/5807 tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni B'Diżabilita', Servizz Għajnuniet Speċjali, peress li l-familjari tal-persuna b'diżabilita' għandhom problemi ta' saħħa u jeħtieġu l-għajnuna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-persuna li għamel referenza għall-każ tagħha l-Onor. Interpellant diġa' ġiet mogħtija għajnuna mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' fil-passat permezz ta' sussidju fuq xiri ta' self propelled shower chair. Dan minbarra li l-wheel chair li qed tuża din il-persuna kien ġie mogħti mill-isptar Zammit Clapp. Ninsab infurmat ukoll li saret applikazzjoni minn din il-persuna għal powered wheelchair, liema applikazzjoni ġiet ipproċessata mill-Bord ta' l-Għajnuniet Speċjali tal-Kummissjoni f'Awissu ta' din is-sena. Filwaqt li l-Bord ħa konsiderazzjoni ta' l-aspetti kollha tal-każ, inkluż ir-rapport ta' home visit li sar minn professjonista, il-punti li ġiebet din il-persuna ma kienux jikkwalifikawha għall-għajnuna immedjatament u l-applikazzjoni tqegħdet fuq il-waiting list. Tali applikazzjonijiet jibqgħu validi sa tnax il-xahar mid-data li jkunu ġew ipproċessati mill-imsemmi Bord.

Djar — Santa Lucija

Question

Jista’ l-Viċi Prim Ministru jgħid, peress li l-garage bl-indirizz Block 12, Door 16 Gardenia Street, Santa Luċija, mogħti b'kiri, ilu ma jintuża għal ħafna żmien, tistax l-Awtorita' tad-Djar terġa' tallokah b'tender?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-garage indikat fil-Mistoqsija mhux proprjeta' ta' l-Awtorita' tad-Djar.
Leg 9 PQ #21032 Sitting 422 2000-11-13 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Belt Valletta — Proġett

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jinbeda l-Proġett ta' Bieb il-Belt?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Id-data preċiża meta jibda dan il-proġett tiddependi minn dak li se jidħol fis-sejħa għal offerti li qed toħroġ dan ix-xahar u li tagħlaq fit-28 ta' Frar 2001.
Leg 9 PQ #21060 Sitting 422 2000-11-13 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Kalkara Marina — Opri tal-baħar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk iż-żona f'Kalkara Marina okkupata minn opri tal-baħar quddiem il-Kalkara Boatyard għandhiex il-permessi meħtieġa sabiex tintuża għal ħażna ta' l-opri u kemm qed titħallas kera lid-Dipartiment ta' l-Artijiet? Qed isiru spezzjonijiet mill-awtoritajiet? Jaf il-Ministru li l-aċċess għal pubbliku huwa ristrett?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li għalkemm is-sit li rrefera għalih l-Onor. Interpellant ilu jintuża għal ħafna snin għal l-iskop imsemmi fil-Mistoqsija, ma jirriżultax li t-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern tat xi kirja fuq il-parti tax-xatt li tiġi quddiem il-boatyard tal-Kalkara. It-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern ma rċeviet l-ebda lment dwar nuqqas ta` aċċessibilita` fuq il-moll. Madanakollu se jsiru l-investigazzjonijiet neċessarji u jekk ikun hemm bżonn jittieħdu l-passi neċessarji sabiex jitneħħa l-inkonvenjent.
Leg 9 PQ #20784 Sitting 417 2000-11-06 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Swar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 19074?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

M'huwiex ċar għall-lhiema parti tas-swar qiegħed jirreferi l-Onor. Interpellant. Is-sistema tad-dwal tas-swar tal-Belt Valletta u l-Floriana tiffunzjona sewwa. Jrid jingħad li jkun hemm ħsara konsiderevoli, kaġun prinċipalment għal vandaliżmu. Tul ix-xhur tas-sajf saret manutenzjoni fuq il-parti l-kbira ta' din is-sistema. Il-problema ta' vandaliżmu fuq is-sistema tad-dawl tas-swar saret waħda allarmanti ħafna. L-ispiża ta' manutenzjoni jija wahda konsiderevoli. Din il-problema, apparti dik finnanzjarja, żamm il-VRP milli jatwa t-tieni fażi tal-proġett li ilu snin biex isir. Hemm partijiet tas-sistema speċialment madwar il-Forti Sant' Jiemu, fejn il-lampi jitkissru immedjatament kif jsiru u fil-fatt hemm deciżjoni li din il-parti titħalla mitfija. Għar-rigward tal-Kottonera ma hemmx sistema ta' 'floodlighting' ħlief għal parti żgħira mill-Forti Sant' Anġlu. Dan l-aħħar kienet saret sistema ġdida għal Couvre Porte. Hemm il-ħsieb li jsir aktar dwal mas-swar fil-Kottonera fix-xhur li ġejjin.
Leg 9 PQ #20786 Sitting 417 2000-11-06 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Granmastru De Vilhena

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 19075?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li il-proġett ta' restawr tal-monument tal-Granmastru Manoel de Vilhena beda f'dawn il-granet. Ix-xogħol stmat li jiswa mal-Lm10,000 u se jsir mir-restawratur Taljan Sante Guido li diġa wera l-kapaċita tiegħu sewwa fuq monumenti oħrajn tal-bronz f'Malta. Il-VRP se jieħu ħsieb il dan il-monument uniku jiġi konservat u jkollu protezzjoni mit-tniġġiż.
Leg 9 PQ #20787 Sitting 417 2000-11-06 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Furjana — Ġonna tal-Mall

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 19072?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-V.R.P. diġa beda l-proġett tal-Mall billi ħa ħsieb li jissewew xi ħitan u ħwejjeg zgħar ohra. Sadanitant gie kkomissjonat rapport minn perit sabiex jsir proġett sħiħ għal dan il-Ġnien. Dan il-proġett se jkun wieħed mill-proġetti ewlenin tal-VRP tul is-sena li ġejja.

Parking Bays — Nies b'diżabilita'

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 20636?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li n-numru ta' Parking Bays riservati għal persuni b'diżabilita' bil-blue sticker huwa kif ġej: Attard 3 Munxar (Gozo) 1 Birgu 1 Naxxar 1 Birkirkara 5 Paola 1 Birżebbuġa 4 Qala (Gozo) 1 Dingli 1 Qrendi 3 Fgura 5 Rabat (Gozo) 17 Floriana 2 Rabat (Malta) 6 Fontana (Gozo) 2 San Ġiljan 3 Gudja 1 San Ġwann 3 Gzira 4 San Pawl il-Baħar 7 Għajnsielem (Gozo) 1 Santa Lucia 6 Għargħur 2 Santa Venera 4 Għaxaq 8 Siġġiewi 6 Hamrun 3 Sliema 8 Kerċem (Gozo) 1 Tarxien 1 Kirkop 2 Valletta 5 Lija 1 Xagħra (Gozo) 1 Luqa 1 Xewkija (Gozo) 2 Marsa 2 Xgħajra 1 Marsascala 3 Żabbar 3 Mdina 2 Żebbuġ (Gozo) 4 Mellieħa 9 Żebbuġ (Malta) 2 Mġarr 3 Żejtun 1 Mosta 2 Żurrieq 3 Mtarfa 1 Malta International 4 Airport
Leg 9 PQ #20457 Sitting 414 2000-10-31 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk żdidux is-self referrals mindu kellhom jitnaqqsu l-ħinijiet tal-ftuħ ta' xi ċentri tas-saħħa minħabba nuqqas ta' tobba?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Peress illi r-records fir-reġistru tal-pazjenti li attendew l-Emerġenza ma jiddistingwux bejn każijiet referred u self-referred, huwa impossibli li toħroġ statistika fi żmien qasir biex tistabbilixxi jekk żdiedux dawk il-każijiet self-referred mindu tnaqqsu l-ħinijiet ta' ftuħ ta' xi ċentri tas-Saħħa.
Leg 9 PQ #20607 Sitting 411 2000-10-30 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm sewa flus ix-xogħol kollu marbut mal-informazzjoni mogħtija għal mistoqsija parlamentari nru. 19529?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ix-xogħol li sar sabiex tinġabar l-informazzjoni mogħtija għal mistoqsija parlamentari Nru. 19529 sewa lill-Ministeru tas-Saħħa Lm52 f'pagi ta' żewġ messaġġiera li għamlu l-'photocopies', Lm166 f'paga ta' 4 skrivani u Lm25 f'karti tal-'photocopier', total ta' Lm243.

Parking Bays — Nies B'Diżabilita'

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm parking bays riservati għal persuni b'diżabilita' bil-blue sticker lokalita' b'lokalita' f'Malta u Għawdex?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #20667 Sitting 411 2000-10-30 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Ħsarat Strutturali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'passi ħadet il-Pulizija dwar rapport li sar mill-inkwilini fil-kerrejja bl-indirizz 243, Triq San Pawl, Valletta, dwar periklu minħabba ħsarat strutturali, ċertifikati minn perit li huma serji ħafna?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi r-rapport li għandha l-Pulizija jikkonċerna fond numru 247 Triq San Pawl, il-Belt. Fl-20 ta` Settembru 2000 il-Pulizija intimat lill-amministratur ta` dan il-fond sabiex ineħħi il-periklu immedjatament. Peress li l-periklu baqa` ma tneħħiex ser jittieħdu proċeduri quddiem il-Qorti. Il-każ huwa appuntat għas-smiegħ nhar l-14 ta` Novembru 2000.

Valletta — Appartamenti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk jistgħux jinxtraw l-appartamenti f'76, Triq San Nikola, Valletta mill-inkwilini li jgħixu fihom? Jekk le, għaliex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li dawn l-appartamenti ma jistgħux jinxtraw peress li l-art li fuqha hemm mibnija din il-proprjeta' tinsab fil-pussess tal-Gvern taħt titolu ta' pussess u użu.

Djar — Lift

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-possibilta' li l-Awtorita' tad-Djar tinstalla lift fl-appartamenti li ġejjin: i) Block D1 Housing Estate Tax-Xbiex. ii) 131, Triq San Pawl, Valletta. iii) 48, Triq l-Arċisqof, Valletta. iv) 18, Triq il-Punent, Valletta. Meta hu maħsub li jinbdew dawn ix-xogħlijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li dwar Block D1 Housing Estate, Ta' Xbiex u 131, Triq San Pawl, il-Belt, l-istallazzjoni ta' lift hi possibbli u qed jittieħdu passi biex isiru l-applikazzjonijiet neċessarji ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar. L-Awtorita' tad-Djar ma rċeviet ebda applikazzjoni biex jiġi nstallat lift f'48 Triq l-Arċisqof, il-Belt. Dwar il-post 18, Triq il-Punent, il-Belt, ninsab infurmat li hu possibbli li jiġi nstallat lift fit-tromba tat-taraġ kemm-il darba jitneħħa store fil-pjan terren użat minn wieħed mill-inkwilini. L-Awtorita' tad-Djar qed tagħmel ir-riċerka meħtieġa biex tistabilixxi x'titolu jeżisti fuq dan l-istore.

Parking Bays — Nies b'diżabilita'

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm parking bays riservati għal persuni b'diżabilita' bil-blue sticker lokalita' b'lokalita' f'Malta u Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Is-suġġett tal-Mistoqsija jaqa' taħt ir-responsabbilita' tal-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku u għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #20456 Sitting 406 2000-10-24 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Każi Urġenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ilha s-sistema li biha jiġu pre-assessed il-pażjenti fid-dipartiment ta' l-emerġenza biex jintgħażlu l-aktar każi urġenti? Każi mhux serji x'jiġri minnhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Is-sistema ta' allokazzjoni (Triage) ta' pazjenti li jippreżentaw fid-Dipartiment tal-Emerġenza f'dawk li huma każijiet urġenti (priorita' ta' livell 1 jew 2 ) u dawk inqas urġenti (priorita' ta' livell 3), ilha tiżviluppa mis-sena 1994. Il-każijiet inqas urġenti (priorita' ta' livell 3) jiġu trattati minn Tabib f'klinika allokata viċin il-waiting area. Dawn il-pazjenti jiġu eżaminati u fejn hemm bżonn jittieħdu X-rays fl-X-ray Room tal-Emerġenza u jirċievu t-trattament skond il-ħtieġa.
Leg 9 PQ #20457 Sitting 406 2000-10-24 Oral · Interim From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk żdidux is-self referrals mindu kellhom jitnaqqsu l-ħinijiet tal-ftuħ ta' xi ċentri tas-saħħa minħabba nuqqas ta' tobba?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qed tinġabar, tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Djar — Furjana - Lift

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid peress li persuna li toqgħod fi Blokk 4, Triq il-Fosos, Furjana kellha bżonn tagħmel amputazzjoni ta' riġel, jista' jitħaffef il-proċess li bih jiġi stallat lift f'dawn l-appartamenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Awtorita' tad-Djar qegħda tipprepara l-pjanti neċessarji biex isir applikazzjoni mall-Planning Authority għall-installazzjoni tal-lift u għall-alterazzjonijiet neċessarji fil-post indikat mill-Onor. Interpellant.

Persuni b'Diżabilita' — Ipparkjar ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'konċessjonijiet għandhom persuni b'diżabilita' bi blue stickers fir-rigward ta' taħrikiet mogħtija minn gwardjani lokali mibħabba pparkjar ta' karozzi f'postijiet ipprojbiti?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-koncessjonijiet moghtija lill-persuni li ghandhom "blue sticker" huma regolati bil-ligi.
Leg 9 PQ #19347 Sitting 396 2000-10-17 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dar il-Mediterran tal-Konferenzi

Question

Jista' l-Ministru jara li jittiedħu l-passi sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni li għaliha saret referenza fil-petizzjoni li tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra fil-5 ta' Ġunju, 2000 (PL 2186), liema petizzjoni kienet tittratta dwar mużika li tibqa' sejra sas-1.00 a.m. u l-istorbju mill-ħaddiema tal-catering li jibqa' sejjer sas-2.30 a.m.? Jista' l-Ministru jara li s-sewwieqa tat-trakkijiet tal-catering ma jibqgħux jagħmlu użu mill-bieb fi Triq l-Ibjar, Valletta u minflok jużaw il-bieb li hemm fi Triq il-Mediterran meta jkunu qed iħottu jew jgħabbu l-affarijiet tal-catering?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Bord tat-tmexxija huwa konxju mill-ilmenti tal-ġirien tad-Dar tal-Mediterran u ser jittieħdu passi sabiex jonqos l-inkonvenjent u fl-istess waqt tkun salvagwardjata l-vijabilita` taċ-Ċentru. Fil-fatt il-caterer intalab sabiex ma jżarmax bil-lejl wara l-function iżda jżarma l-għada filgħodu. Meta jkun hemm il-mużika, din qed titbaxxa għall-volum li ma jdejjaqx lill-ġirien wara l-ħdax ta' bil-lejl. Informat ukoll li sabiex ikun eliminat l-użu tal-bieb fi Triq l-Ibjar, qed isir xogħol minn konsulent sabiex isir it-tibdil strutturali meħtieġ biex isiru , pantries, stores u coldrooms ġodda fuq in-naħa ta' Triq il-Mediterran. Dan kollu jinvolvi spiża qawwija u xhur twal ta' xogħol peress li l-bookings li kienu daħlu jridu jkunu onorati.