Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #22438 Sitting 465 2001-01-12 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Furjana — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma vvotati flus għall-proġett tal-playingfields fil-Furjana? Jista' jingħata breakdown tax-xogħlijiet speċifiċi li se jsiru matul is-sena 2001?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-proġett li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant huwa l-upgrading tal-ġnien King George V fil-Furjana. Għal matul is-sena 2001 hu mistenni li jintefqu madwar Lm40,000 fuq dan il-proġett, mill-'Enhancement of Public Areas Vote'. Il-proġett mistenni li jitlesta fis-sena 2002, meta jiġu provduti l-kumplament tal-fondi meħtieġa.
Leg 9 PQ #22448 Sitting 465 2001-01-12 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Traffiku - Kontravenzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imħarka sewwieqa ta' karozzi matul is-sena 2000 minħabba kontravenzjonijiet magħmula b'karozza mhux wieqfa, każ każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-taghrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant ma jinzammx taht forma ta' statistika.
Leg 9 PQ #22452 Sitting 465 2001-01-12 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Out-patients - Appuntamenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-waiting list għal appuntamenti ta' kull tip ta' outpatients u għal kull tip ta' kirurġija fl-Isptar San Luqa u fl-Isptar Boffa? Irriżulta li kien hemm titjieb mindu fetħu diversi sptarijiet privati f'dawn l-aħħar snin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għada qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #22454 Sitting 465 2001-01-12 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Każi ta' Suwiċidji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' suwiċidji sena b'sena f'dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li skond ir-Reġistru Nazzjonali ta` l-imwiet li inżamm fid-Dipartiment tal-Health Information jirriżulta li n-numru ta` persuni li mietu b'suwiċidju fil-GzejjerMaltin sena b'sena f'dawn l-aħħar għaxar snin huwa kif ġej: Sena Nru. ta` Mwiet 1991 14 1992 19 1993 18 1994 17 1995 18 1996 14 1997 17 1998 12 * 1999 25 * 2000 10 * * statistika proviżżorja. Din l-istatistika tinħadem mid-Dipartiment tal-Health Information f'kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Pulizija. L-istatistika għas-snin: 1998-2000 għada qed tiġi ivverifikata mill-Pulizija.
Leg 9 PQ #22465 Sitting 465 2001-01-12 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Traffiku - Inċidenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku b'kollox, u dawk fatali , sena sena f'dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (BORG, TONIO)

1991 1992 1993 1994 1995 1996 1997 1998 1999 2000 Incidenti tat-Traffiku 9344 10348 10322 12353 12994 15265 16223 10159 11461 12644 Fatali 19 24 19 16 20 14 20 16 12 12 Tajjeb li wiehed jinnota li b'effett mill-1 ta' Lulju, 1999 kazi ta' hit and run bdew jitnizzlu bhala traffic accidents fejn qabel dawn kienu jitnizzlu bhala hsara volontorja.
Leg 9 PQ #22207 Sitting 460 2001-01-08 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Karozza Hillman

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk tistax titneħħa l-karozza Hillman li ilha pparkjata f'Pjazza J Sciberras, Floriana għal żmien twil ħafna jekk jirriżulta' li hi għall-iscrap?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi din il-vettura tneħħiet.

Toroq — Tiswijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemmx pjanijiet għal formazzjoni ta' toroq u l-kostruzzjoni tagħhom fl-inħawi ta' Triq il-Ħannewija, Tal-Wilġ, San Pawl tat-Tarġa, Naxxar?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li minn spezzjoni li saret fil-lokalita' mid-Dipartiment tat-Toroq, jidher li għad hemm ħafna żvilupp xi jsir kif ukoll xogħol ieħor ta' formazzjoni ta' toroq f'dawn it-toroq qabel ma dawn jistgħu jkunu asfaltati.
Leg 9 PQ #21985 Sitting 452 2000-12-07 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għalliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħtieġa ta' supply teachers fil-physics and integrated science? X'inhuma l-kwalifiki meħtieġa għal supply teachers? Jekk fl-affermattiv, f'liema skejjel u meta hu maħsub li toħroġ sejħa għal applikazzjonijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bħalissa fl-Iskejjel Sekondarji u tas-Snajja' m'hemmx ħtieġa ta' Supply Teachers fil-Physics u Integrated Science. Madanakollu, xorta waħda għadhom jintlaqgħu applikazzjonijiet għal Supply Teachers taħt avviż li kien ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tal-15 ta' Novembru 1996 u li kien mingħajr data ta' l-għeluq. L-inqas kwalifiki li wieħed għandu jkollu biex japplika għal Supply Teacher huma żewġ 'passes' f'suġġetti fil-Livell Avvanzat u 'passes' fil-Livell Ordinarju fl-Ingliż, Malti u Matematika.

MIA — Uffiċċju Metereoloġiku

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi kkonsidrat li fil-privatizzazzjoni tal-MIA, l-uffiċċju metereoloġiku jibqa' fi ħdan id-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili bħala regolutur f'dan il-qasam - u dan minħabba l-importanza ta' studji u statistika kif ukoll ta' previżjoni ta' temp?

Response (BONNICI, JOSEF)

Is-suġġeriment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie nnutat.

Housing

Question

Jista’ l-Viċi Prim Ministru jgħid liema blocks ta' appartamenti għandhom: i) Permessi maħruġa mill-Awtorita' tal-Ippjanar; ii) Applikazzjonijiet pendenti ma' l-Awtorita' tal-Ippjanar; iii) Tenders mogħtija; u iv) Pjanti li qegħdin isiru fir-rigward ta' installar ta' lifts mill-Awtorita' tad-Djar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Peress li l-informazzjoni għada qiegħda tinġabar, tingħata risposta f'xi Seduta oħra.

Housing

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fejn se jittellgħu: i) Il-35 appartament fil-Belt li diġa' nbeda x-xogħol fuqhom? ii) It-8 appartamenti fil-Floriana li għalihom hemm applikazjonijiet mal-Planning Authority? iii) L-40 appartament fil-Floriana li l-proġett għadu fil-bidu tiegħu - f'dan il-każ meta hu maħsub li jinbeda x-xogħol? iv) L-4 appartamenti fil-Floriana li qegħdin fi stadju tat-tendering?

Response (GONZI, LAWRENCE)

i. L-appartamenti l-ġodda li telgħu il-Belt jinsabu fi Triq Sant'Ursula u f'Nru 140, Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta. ii. L-appartamenti li għalihom hemm applikazzjoni il-Planning Authority jinsabu f'20-24, Capuchin Street, il-Floriana. iii. L-appartamenti fil-Floriana li l-proġett għadu fil-bidu tiegħu huma dawk ta' Triq l-Argotti/Triq l-Iljun. Saret pre-submission application lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar ftit tal-ġimgħat ilu. Il-proġett hu maħsub li ser jibda lejn il-bidu ta' l-2002 iżda dan jiddependi minn kemm idum ma joħroġ il-permess u mill-konklużjoni tan-negozjati ma sid ta' stabbliment kummerċjali affettwat mill-proġett. iv. L-erba' appartamenti fil-Floriana li qegħdin fi stadju ta' tendering huma dawk ta' Triq il-Kapuċċini. Billi nbidlu l-pjanti (ara (ii)) biex flok 4 units isiru 8, it-tender mhux ser toħroġ għalissa u titħejja waħda ġdida meta jkun ħareġ il-permess għal tmien units.

Dipartiment Bini u Tiswija — Flats

Question

Jista’ l-Viċi Prim Ministru jgħid liema xogħlijet saru mid-Dipartiment Bini u Tiswija ta' Djar fil-flats tal-Gvern fil-i) Floriana;ii) Belt; iii) Ħamrun; iv) Pieta'; u v) St. Venera fis-sentejn li għaddew?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Toroq — Installation ta' Traffic / Pelican Lights

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jintlaqgħu t-talbiet tal-Kunsill Lokali, Ħamrun fir-rigward ta' installation ta' traffic/pelican lights fil-Ħamrun?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qiegħed jieħu ħsieb biex jiġu ppreparati pjanti għall-istallazzjoni ta' traffic u pelican lights fil-lokalitajiet li ssuġġerixxa l-Kunsill Lokali tal-Hamrun, biex jiġi stabbilit jekk l-istallazzjoni ta' dawn is-sistemi tkunx addattata għall-lokalitajiet proposti.

Toroq — Tar-Rabbat - Il-Ħamrun

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jitlesta x-xogħol ta' tqegħid ta' tarmac fit-toroq f'Tar-Rabbat, il-Ħamrun? Liema toroq huma nklużi f'dan il-proġett?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li t-toroq li qed jiġu asfaltati f'Tar-Rabbat huma; Triq Atocia Triq Ġuże Bajada Triq Dun Frans Camilleri Triq il-Loġġa Triq Manwel Attard Pjazza 7 ta' Ġunju 1919 Ix-xogħol fil-lokalita' beda fit-23 ta' Ottubru u mistenni li jitlesta sa nofs Frar 2001.
Leg 9 PQ #21408 Sitting 435 2000-11-24 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Colostomy Bags

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment jipprovdix colostomy bags kif rakkmandat mill-konsulent għat-tifla ta' tmien snin li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #21409 Sitting 435 2000-11-24 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Ċittadinanza Doppja

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar it-talba għal-ċittadinanza doppja b'riferenza OPM/NAT/665/1993?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-file li rrefera għalih l-Onor. Interpellant qed jiġu ttrattati żewġ każijiet li għadhom kemm ġew ipproċessati u li tweġiba dwarhom ser tinħareġ fil-jiem li ġejjin.

Importazzjoni ta' Laħam — Mad Cow Disease

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu dwar importazzjoni ta' bhejjem jew laħam minn pajjiżi li huma magħrufa li għandhom il-Mad Cow Disease?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 21279 u cioe "Id-Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji jieħu l-prekawzjonijiet neċċesarji biex jassigura li l-ikel li jidħol f'Malta, partikolarment iċ-ċanga, huwa tajjeb għal konsum. Barra l-kontroll li jagħmel il-pajjiż minn fejn joriġina il-laħam, l-Official Health Certificate jiġi studjat b'reqqa, sabiex jassigura illi l-kundizzjonijiet u testijiet għal-BSE mill- Awtoritajiet Kompetenti jkunu saru kif suppost. Barraminhekk, iċ-ċanga kolla u l-prodotti tagħha li jiġu impurtati, iridu jkunu immarkati b'tali mod li jkun faċli li wieħed ikun jaf minn fejn oriġina l-istess prodott." Barraminhekk, id-Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji fl-14 ta’ Novembru 2000 ħareġ is-segwenti stqarrija, u cioe’ : “Id-Direttur tas-Servizzi Veterinarju javża illi minħabba fis-sitwazzjoni tal-marda tal-BSE [Mad Cow Disease] fi Franza, l-importazzjoni taċ-ċanga minn dan il-pajjiż sejra tiġi kkondizzjonata, billi il-konsinji taċ-ċanga jridu jiġu ċċertifikati li l-laħam qiegħed joriġina minn annimali li meta nqatlu kellhom inqas minn 24 xahar, u li kull biċċa laħam trid tkun identifikata għall-oriġini tagħha. L-istess kondizzjonijiet jgħoddu għal prodotti oħra tal-laħam taċ-ċanga bħal burgers.
Leg 9 PQ #21228 Sitting 430 2000-11-20 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Djar — Santa Luċija

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 21031, peress li l-garaxx ilu ma jintuża għal ħafna żmien, jista' d-Dipartiment ta' l-Artijiet jerġa' jallokah b'tender?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-garages li hemm fil-Blokk li rrefera għalih l-Onor. Interpellant huma kollha mikrijin lil terzi. It-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern qed tagħmel l-investigazzjonijiet neċessarji u jekk jirriżulta li hemm xi ksur tal-kundizzjonijiet tal-kirja jittieħdu l-passi kontra l-inkwilin.
Leg 9 PQ #21125 Sitting 428 2000-11-17 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Valletta — Triq it-Teatru l-Antik - Tarmac

Question

Peress li Triq it-Teatru l-Antik, il-Belt (kantuniera bejn Triq Merkanti u Triq San Pawl) hi parzjalment bla tarmac, jista' l-Ministru jara li tiġi rimedjata s-sitwazzjoni

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21115 ta' din is-seduta.