Jista' l-Ministru jgħid jekk tinżammx statistika dwar kiri ta' karozzi minn Maltin barra minn Malta permezz ta' rappreżentanti lokali ta' aġenziji ta' care hire internazzjonali? Jekk fl-affermattiv, kemm kien hemm sena b'sena f'dawn l-aħħar għaxar snin?
Response (REFALO, MICHAEL)
Il-Ministeru tat-Turiżmu ma jżommx statistika kif mitluba mill-Onor. Interpellant. Iżda ma neskludix il-possibilta’ li din l-istatistika tinżamm mill-Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 22471 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Intern u li ġiet riferuta lilu u cioe': jgħid kemm-il vettura reġistrata f'pajjiżna ġiet misruqa barra minn xtutna, sena b'sena f'dawn l-aħħar għaxar snin?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tal-Liċenzji u Testijiet ma jżommx din it-tip ta' statistika.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid mill-postijiet ta' l-Awtorita' tad-Djar li ħerġin għall-bejgħ kemm minnhom se jkunu riżervati għal persuni b'diżabilita'? Fis-sistema tal-punti, kif emendata, min hu wheelchair bound se jingħata priorita' fuq applikanti oħra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Awtorita' tad-Djar tirriserva 12% tal-postijiet li toħroġ għall-bejgħ għall-persuni li jkollhom xi waħda mid-diżabilitajiet elenkati fit-Tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni u kumpanniji li qed jużaw is-servizz ta' l-internet service provider bħalissa? Kemm kien hemm sa l-aħħar tas-sena 1999?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li n-numru ta' persuni jew kumpaniji li qed jużaw is-servizz ta' l-Internet Service Providers kien hekk:
31 ta' Marzu 2000 - 21,259
31 ta' Ottubru 2000 - 30,777
Jidher ukoll li n-numru f`Ottubru 1999 kien ta` madwar 13,000.
Jista' l-Ministru jgħid jekk tinżammx statistika dwar bookings u ħlas ta' kiri ta' karozzi minn Maltin meta jsiefru barra minn Malta, permezz ta' rappreżentanti lokali ta' aġenziji ta' car hire internazzjonali?
Jekk fl-affermattiv, kemm kien hemm, sena b'sena, f'dawn l-aħħar għaxar snin?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li ma tinżammx statistika uffiċċjali dwar l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jara li r-rapport dwar il-kwalita' ta' l-arja jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżultati dwar il-kwalita' ta' l-arja, liema riżultati huma ppubblikati fuq il-website tad-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm vetturi tal-pulizija għat-tiswija fil-garages tal-gvern bħalissa?
Kemm irid jgħaddi żmien sabiex vettura bi ħsara li trendiha mhux tajba għas-sewqan tiġi mogħtija l-attenzjoni meħtieġa?
Kemm ġew scrapped karozzi u muturi tal-pulizija, sena b'sena f'dawn l-aħħar għaxar snin u kemm inxtraw jew ġew donated vetturi fl-istess perijodu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 19-il vettura għat-tiswija fil-garage tal-Pulizija. Il-proċedura segwita hija li meta vettura tkun irrapurtata bil-ħsara u tiddaħħal il-garage għat-tiswija, tiġi assessjata l-ammont tal-ħsara u t-tiswijiet meħtieġa. Kif jista` japprezza l-Onorevoli Interpellant, iż-żmien sabiex issir it-tiswija jiddependi ħafna fuq l-ammont ta` tiswijiet meħtieġa. Inqas ma tkun il-ħsara inqas ikun iż-żmien sabiex isiru t-tiswijiet meħtieġa. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija infurmat li kien hemm 253 vettura u 64-il mutur li ġew scrapped matul iż-żmien imsemmi mill-Onorevoli Interpellant, filwaqt li nxtraw jew ġew donated 209 vettura u 67 mutur.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta hu maħsub li jinbeda l-proġett ta' slum clearance f'Argotti Street, kantuniera ma' Lion Street, fil-Furjana? Ġiet allokata fabbrika alternattiva lil sid il-confectionery fl-inħawi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li saret applikazzjoni ġdida lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar f'forma ta' "pre-submission application" biex jista' jinbeda dan il-proġett. Id-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar qiegħed jistenna r-rejazzjoni ta' l-Awtorita' qabel jissottometti l-applikazzjoni formali. Hu ppjanat li x-xogħol jibda wara li jkun ħareġ il-permess u jkunu ħarġu l-offerti jiġifieri għall-bidu ta' l-2002. Sadanittant jien infurmat li għadha ma ġietx allokata l-fabbrika alternattiva lil sid il-confectionery fl-inħawi.
Peress li l-Interpellant irċieva kartolini tal-Milied impustati qabel il-Milied sas-Sibt, 6 ta' Jannar, 2000, tista' l-kumpannija Maltapost, jew ir-regolatur jidħol fil-mertu tal-każ ta' dan id-dewmien esaġerat?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Maltapost ikkonfermat li b`mod ġenerali l-ebda posta tal-Milied ma nqabdet b`mod li seta` jiġi kkaġunat dewmien mhux raġonevoli.
Madankollu biex l-ilment ta` l-Onor. Interpellant ikun jista` jiġi investigat, Maltapost teħtieġ aktar dettalji, u fejn hu possibli, l-envelopes in kwistjoni.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex id-ditta Benna ma għadhiex tbigħ il-prodotti tagħha minn ħanut fil-Ħamrun fejn il-fabbrika?
Response (ZAMMIT, NINU)
Id-ditta Malta Dairy Products, li tipproduċi wkoll il-prodotti Benna, hija entita kummerċjali. Għaldaqstant id-deċiżjonijiet kummerċjali li jittieħdu fl-amministrazzjoni tan-negozju m'humiex kompitu ta' dan il-Ministeru.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-għoti ta' l-arretrati ta' l-income tax qed jingħataw lil min hu separat b'digriet tal-qorti qabel dawk separati bonarjament? Jista' jara li tiġi rimedjata s-sitwazzjoni?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li jekk b'għoti ta' arretrati tal-income tax wieħed jifhem refund ta' taxxa mħallsa żejda, allura d-Dipartiment ma jagħmilx distinzzjoni bejn konjuġi separati b'digriet tal-Qorti u oħrajn separati bonarjament.
Jekk l-Onorevoli Interpellant ried ifisser tnaqqis għall-manteniment, f'dan il-każ, tnaqqis mill-income ta' taxpayer għall-fini ta' taxxa minħabba manteniment huwa aċċettat biss jekk il-manteniment ikun stabbilit b'digriet tal-Qorti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew importati airconditioners u lifts sena b'sena f'dawn l-aħħar għaxar snin ? Tista' tingħata breakdown għal li jirrigwarda kumpanniji, hotels, eċċ. min-naħa u residenzi privati mill-banda l-oħra?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tad-Dwana għandu figuri mill-1995 'l quddiem, jiġifieri minn meta daħlet is-sistema kompjuterizzata.
L-airconditioners jaqgħu taħt l-Intestatura Nur. 8415 u l-figuri għas-snin 1995-2000 huma kif jidher hawn taħt :
1995 18,057
1996 19,175
1997 20,852
1998 21,425
1999 32,261
2000 43,608
Il-lifts jaqgħu taħt l-Intestatura Nur. 8428.10.91.00 flimkien ma' electric skip-hoists u spare parts għalihom u għalhekk wieħed ma jistax jiddistingwi. Iżda l-figuri ta' importazzjoni eżistenti huma dawn li ġejjin :
1995 503
1996 1,013
1997 4,774
1998 2,291
1999 4,276
2000 2,803
Mhux possibli li wieħed jiddistingwi fejn intużaw dawn il-prodotti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew importati solar panels sena b'sena f'dawn l-aħħar għaxar snin, u xahar b'xahar matul is-sena 2000?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tad-Dwana għandu records mill-1995 'l hawn jiġifieri minn meta s-sistema ġiet kompjuterizzata.
Iżda billi s-solar panels kienu u għadhom klassifikati ma' prodotti oħra bħal solar cells u kull tip ta' photosensitive conductors mhux possibli li wieħed jidentifikhom bħala tali għall-iskop tal-mistoqsija.
Jista' l-Ministru jgħid liema boilers tal-power station tal-Marsa għadhom bla filters? Meta se jiġu ntrodotti? Meta beda/se jibda jintuża jett b'anqas/bla kubrit f'din il-power station?
Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jinbeda l-proġett ta' embellishment fil-Mall tal-Furjana?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Waqt li nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20787, nixtieq ninfurmah li l-perit inkarigat għandu jippreżenta l-proposti tiegħu sa nofs Frar.