Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #23153 Sitting 479 2001-01-30 Oral · Interim From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Mediċini

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus sena b'sena f'dawn l-aħħar ħames snin għal dak li jirrigwarda: (i) mediċini u affarijiet anċillari li jintużaw għal operazzjonijiet u in-patients; (ii) investigazzjonijiet radjoloġiċi; u (iii) tagħmir mediku f'depreciation?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.

Libja — Flus

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandhom jieħdu flus mil-Libja: (a) Malta Drydocks; (b) Air Malta; u (ċ) Limsuk?

Response (BONNICI, JOSEF)

Fil-preżent it-Tarzna ta' Malta għandha tieħu 12.7 miljuni dollari Amerikani, l-Air Malta 20 miljun dollari AMerikani filwaqt li l-LIMSUK ma għandha tieħu ebda ħlas mill-pajjiż imsemmi. Tajjeb jingħad li ġimgħatejn ilu, it-Tarzna ta' Malta irċeviet ħlas fl-ammont ta' tmein mitt elf dollaru Amerikani, waqt li l-pagamenti dovuti lill-Air Malta għaddejjin b'mod regolari.

Impjiegi

Question

Jista’ l-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 22821?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Skond l-informazzjoni li għandha l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ f'Diċembru 2000 in-numru ta' rġiel fuq il-61 sena li jaħdmu full-time kien ta' 2,260 filwaqt li dawk jaħdmu part-time kien ta l,903. In-numru ta' nisa fuq is-60 sena li jaħdmu full-time kien ta' 824 filwaqt li dawk jaħdmu part-time kien ta' 561.

Persuni b'Diżabilita'

Question

Jista’ l-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 22820?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li f'Diċembru 2000, n-numru ta' persuni reġistrati mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ bħala persuni b'diżabilita' li kienu qiegħdin jaħdmu kien kif ġej: Jaħdmu full-time - 1,147 Jaħdmu part-time - 131 In-numru ta' dawk li kienu qiegħdin jirreġistraw għax-xogħol kien 298.
Leg 9 PQ #23132 Sitting 478 2001-01-29 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tal-Patoloġija — Testijiet tad-demm

Question

Matul is-sena li għaddiet, jista' l-Ministru jgħid kemm irriżultaw testijiet tad-demm HIV positive fil-laboratorju tad-Dipartiment tal-Patoloġija? Kemm irriżulta lid-Dipartiment tas-Saħħa persuni b'HIV positive b'avviż dwar notifiable diseases fl-istess perijodu? Kemm kien hemm każijiet differenti ta' l-AIDS, sena b'sena, f'dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-HIV mhiex notifikabbli bil-liġi. Matul is-sena 2000 kien hemm 14 test pożittiv. Dan in-numru ma jeskludix testijiet li saru aktar minn darba. Skond informazzjoni miġbura mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika kien hawn 37 persuni li ġew notifikati bl-AIDS mill-1990 sa l-aħħar tas-sena 2000 kif jidher fit-tabella hawn taħt: Sena Numru ta' Notifiki 1990 1 1991 7 1992 4 1993 3 1994 5 1995 3 1996 4 1997 2 1998 4 1999 1 2000 3 Total 37
Leg 9 PQ #23133 Sitting 478 2001-01-29 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Ċitazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet minħabba kontravenzjonijiet tat-traffiku fil-Floriana mindu daħlet is-sistema tal-gwardjani lokali f'pajjiżna, iżda mhux fil-Floriana?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi minn mindu daħlet is-sistema tal-gwardjani lokali, ċioe` mill-25 ta` Frar 2000 sal-24 ta` Jannar 2001, ingħataw 3,400 ċitazzjoni mill-Pulizija għal kontravenzjonijiet fil-Furjana.

Valletta — Crash barriers

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi crash barriers: (a) fi Triq Glormu Cassar, il-Belt fejn tinsab liwja u bankina lixxa fejn il-karozzi jistgħu jaqgħu għal isfel ġol-ġnien; u (b) fi triq fejn il-flyover tal-bombi minn Tal-Pieta' għal Furjana fejn jinsabu ħames bollards imkissrin?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-toroq biex fil-lokalitajiet imsemmija jara x'inhu l-aħħjar li jsir biex jiġi żgurat li ma jkunx hemm periklu.
Leg 9 PQ #22894 Sitting 475 2001-01-23 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Out-Patients - Appuntamenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 22452?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'seduta oħra.

Marsa — Power Station

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 22483?

Response (BONNICI, JOSEF)

Billi dan l-aħħar il-kelma "filters" ġiet użata għal " Edlectrostatic Precipitators", nassumi li dan hu dak li għandu f'moħħu l-Onorevoli Interpellant. Il-boilers numri tlieta, erbgħa u ħamsa tal-Power Station tal-Marsa ma humiex provduti b'electrostatic precipitators, għalkemm l-Enemalta qed teżamina x'miżuri jistgħu jittieħdu. Il-boiler numru sitta, li oriġinarjament kien juża l-faħam, kellu electrostatic precipitator li ma baqax jintuża meta saret il-bidla ta' dan il-boiler għaż-żejt fl-1984. Partijiet sostanzjali ta' dan l-impjant ġew żarmati u dan ma jistax jintuża mingħajr ma jsiru xogħlijiet maġġuri. Il-boilers numru wieħed u tnejn ma humiex jitħaddmu u ser jiġu żmantellati, mentri l-boilers numri sebgħa u tmienja huma żewġ boilers kbar li għandhom electrostatic precipitators li qed jaħdmu. Tajjeb jingħad li minn Frar li ġej ser jibda jiġi wżat diesel EN590 għall-vetturi. Dan ser inaqqas l-ammont ta' kubrit b'75 fil-mija. Fil-każ tal-Power Station u l-fuel oil li jintuża, l-Enemalta qed issegwi s-suq taż-żejt biex teżamina l-implikazzjonijiet finanzjari ta' l-użu ta' dan it-tip ta' żejt li huwa aktar nadif.

Petrol — Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 22486?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba hija kif ġej. Il-figuri kkwotati huma tunellati metriċi. SENA DIESEL PETROL PETROL BLA ĊOMB 1990 54,717 58,566 1,256 1991 56,934 62,036 1,936 1992 65,459 63,051 5,280 1993 66,142 63,670 7,856 1994 66,561 63,647 10,243 1995 67,752 61,674 12,358 1996 72,879 61,957 17,242 1997 72,539 57,403 18,771 1998 80,393 53,072 21,498 1999 82,282 50,302 24,148 2000 86,129 44,550 26,549 Tajjeb jingħad li l-figuri tad-diesel ma jinkludux il-bejgħ lill-M.O.B.C. u lid-diviżjoni ta' l-elettriku għall-generation.

NGO's

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huma mpjegati nies, anke b'mod volontarju, full-time u part-time, mal-NGO f'pajjiżna bħalissa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

It-Taqsima tal-NGOs fi hħan il-Ministeru tiegħi tiġbor biss l-informazzjoni mitluba dwar dawk l-NGOs u Support Groups li jitolbu għajnuna finanzjarja taħt il-vot allokat fl-Estimi Finanzjari għal dawn l-organiżżazzjonijiet. In-numru ta' dawn l-organiżżazzjonijiet hu 47. Skond l-informazzjoni li għandha din it-Taqsima dwar dawn l-organiżżazzjonijiet, in-numru ta' persuni li jaħdmu magħhom hu kif ġej: Voluntiera (part-time u full-time) 1790 Bi ħlas (part-time) 178 Bi ħlas (full-time) 142
Leg 9 PQ #22823 Sitting 474 2001-01-23 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs — Nazzjonalita' tal-ħabsin

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-persuni kollha barranin li kienu fil-ħabs matul is-sena 2000, tistax tingħata breakdown tagħhom skond in-nazzjonalita'?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2000 il-Qorti rreferit 110 barrani biex jinżammu fil-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin. Dawn kienu ġejjin mill-pajjiżi kif jidher hawn taħt:- Libja 68 Italja 6 Niġerja 2 Palestina 1 Sudan 1 Sirja 4 Ġordan 1 Bulgarija 1 Eġittu 7 Olanda 3 Ġermanja 1 Afrika t`Isfel 1 Tuneżija 4 Awstralja 1 Jugoslavja 1 Alġerija 1 Renju Unit 4 Iraq 2 Russja 1

Sedqa

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew ikkurati persuni differenti minħabba abbuż ta' droga sena b' sena mis-Sedqa minn mindu t-twaqqif tagħha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Minn mindu l-Aġenzija Sedqa waqfet is-servizzi tagħha fl-1994 sa' Diċembru, 2000, in-numru ta' persuni li talbu kura għall-abbuż mid-droga, kien kif ġej: SENA NRU. TA' PERSUNI 1994 350 1995 505 1996 635 1997 741 1998 753 1999 797 2000 900
Leg 9 PQ #22825 Sitting 474 2001-01-23 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Traffikar ta' Droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu każijiet minħabba traffikar ta' droga, sena b'sena dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul dawn l-aħħar għaxar snin in-numru ta` persuni li tressqu l-Qorti fuq traffikar ta` droga kien kif ġej:- 1991 1992 1993 1994 1995 1996 1997 1998 1999 2000 28 28 24 49 68 70 72 98 109 128
Leg 9 PQ #22754 Sitting 473 2001-01-22 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Colostomy bags

Question

Jistgħu jiġu pprovduti colostomy bags għat-tifla li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li d-Dipartiment tas-Saħħa, kif rakkomandat mill-konsulent tat-tifla ta` tmien snin talab 'quotations' biex jinxtraw 'colostomy bags' speċifiċi. Dawn il-'bags' qegħdin jinxtraw dirett mill-'wholesaler' mill-Inghilterra.

San Pawl tat-Tarġa — Triq Ħannewija - Dawl u ilma

Question

Jistgħux il-korporazzjonijiet konċernati jgħaddu l-infrastruttura meħtieġa għall-provvista ta' dawl u ilma fi Triq il-Ħannewija, San Pawl tat-Tarġa?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Inetrpellant ġiet mgħoddija kemm lill-Korporazzjoni Enemalta kif ukoll lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.
Leg 9 PQ #22818 Sitting 473 2001-01-22 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Satellite Dishes

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew importati satellite dishes sena b'sena f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni li qed jitlob jista' jsiba fil-pubblikazzjonijiet tat-'Trade Statistics'.

Persuni b'Diżabilita — Opportunitajiet Indaqs

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm jirriżulta li saru talbiet minn postijiet pubbliċi sabiex dawn isiru aċċessibbli għall-persuni b'diżabilita', xahar b'xahar mindu ġiet fis-seħħ il-Liġi ta' l-Opportunitajiet Indaqs - Persuni b'Diżabilita?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba.

Persuni b'Diżabilita'

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni reġistrati bħala persuni b'diżabilita' li: i) qed jaħdmu full-time; ii) qed jaħdmu part-time; u iii) qed jirreġistaw għax-xogħol bħalissa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Din il-mistoqsija ser tiġi mwieġba aktar tard minħabba li l-informazzjoni mitluba għadha qiegħda tinġabar.