Jista' l-Ministru jgħid jekk persuna reġistrata bħala persuna b'diżabilita', li fil-fatt tkun severa, tistax tiġi rifjutata milli tibbenefika mill-eżenzjoni ta' VAT fuq l-importazzjoni ta' lift fir-residenza tagħha, minħabba l-kriterji ta' dħul finanzjarju?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall din il-mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma mpjegati nies fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar? Kemm huma tekniċi? Kemm minn dawn ta' l-aħħar huma marbuta li ma jistgħux jaħdmu privatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fl-Awtorita` ta` l-Ippjanar hemm 318 impjegat, li minnhom 233 huma tekniċi.
Skond il-ftehim kollettiv kurrenti, ħadd m`għandu liberta` kontrattwali li jagħmel xogħol privat sakemm ma jġibx permess mingħand ic-chairman jew id-delegat tiegħu u dan il-permess jista` jingħata fejn ma jkunx jeżisti konflitt ta` interess.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar għal bini ogħla minn erba' sulari, sena b'sena mit-twaqqif tagħha?
Kemm ġew approvati u fejn?
Kemm ġew refused u fejn?
Response (BORG, TONIO)
Is-sistema ta` informazzjoni ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar ma takkomadax din it-tip ta` informazzjoni u għalhekk huwa diffiċli sabiex tiġi pprovduta l-informazzjoni rikjesta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar għal żvillupp taħt l-art sena b'sena mit-twaqqif tagħha? Kemm ġew approvati u fejn? Kemm ġew refused u fejn?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ta` min jinnota iżda, li l-informazzjoni pprovduta tinkludi dawk l-applikazzjonijiet li l-iżvilupp taħt l-art huwa ndikat fid-deskrizzjoni ta` l-iżvilupp fl-applikazzjoni. Jista` jagħti l-każ li hemm applikazzjonijiet li għalkemm din il-parti ta` l-iżvilupp mhix indikata fid-deskrizzjoni, tkun indikata fil-pjanti sottomessi ma` l-applikazzjoni. Minħabba dan il-fatt, l-informazzjoni ma tkunx irreġistrata fis-sistema ta` informazzjoni ta` l-Awtorita` u għaldaqstant mhux possibli li tiġi nkluża fir-risposta pprovduta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għal stalazzjoni ta' satellite dish lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar sena b'sena mit-twaqqif tagħha?
Kemm ġew approvati?
Kemm ġew refused?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta` applikazzjonijiet għall-permess ta` żvilupp u notifiki taħt l-Ordni Ġenerali għall-Iżvilupp (GDO) għall-Installazzjoni ta` Satellite Dishes li saru lill-Awtorita` ta` l-Ippjanar kien kif ġej:-
Sena
Riċevuti
Approvati
Rifjutati
1993
36
24
12
1994
114
78
28
1995
139
109
23
1996
147
128
10
1997
212
175
28
1998
1,241
1,061
153
1999
1,827
1,658
165
2000
2,956
2,710
178
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għal change of use lill-awtorita' tal-ippjanar, sena b'sena mit-twaqqif tagħha?
Kemm ġew approvati?
Kemm ġew refused?
Kemm kienu change of use minn housing (residenzjali) għal kummerċjali sena b'sena?
Kemm ġew approvati u fejn?
Kemm ġew refused u fejn?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tabella A turi n-numru ta` applikazzjonijiet li rċeviet l-Awtorita` ta` l-Ippjanar għal bdil fl-użu mit-twaqqif tagħha sal-lum, kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew aċċettati u kemm minnhom ġew rifjutati.
Tabella B turi kemm kien hemm applikazzjonijiet li talbu bdil fl-użu minn wieħed residenzjali għal wieħed kummerċjali, kemm minnhom ġew aċċettati u fejn, u kemm ġew irrifjutati u fejn.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 23131, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm minn dawn il-persuni b'diżabilita' huma reġistrati tali mal-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita'?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' titlob, b'mod volontarju, lill-persuni b'diżabilita' kollha (jiġifieri ta' kull eta') li jitolbu xi servizz tal-Kummissjoni, biex huma jimlew kwestjonarju ħalli l-Kummissjoni jkollha statistika dwar dan il-qasam. Waħda mill-mistoqsijiet li hemm f'din il-kwestjonarju (6.5.1) hi "Inti reġistrat għax-xogħol bħala persuna b'diżabilita?"
Fil-preżent hemm 7497 li wieġbu dan il-kwestjonarju. Minn dawn, 847 wieġbu "iva" għal din il-mistoqsija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm enforcement orders sabiex żwiemel li jinżammu f'garaxxijiet fejn residenzi mingħajr permess jiġu mneħħija, lokalita' b'lokalita', sena b'sena mit-twaqqif ta' l-awtorita' ta' l-ippjanar 'l hawn?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat kif ġej : -
Tabella li turi lista ta` avviżi li nħarġu u li għadhom pendenti fi stadji diversi
Sena
Numru ta` Avviżi Maħruġa
Lokalita`
1993
2
Żebbuġ-1
Żejtun -1
1994
3
Rabat - 1
Żebbuġ- 2
1995
3
Għargħur - 1
Mosta - 1
Żebbuġ- 1
1996
4
Għajnsielem - 1
Naxxar - 1
Xewkija - 1
Żebbuġ- 1
1997
2
Għaxaq - 1
Żabbar - 1
1998
1
Mosta - 1
1999
4
Rabat - 1
Żabbar - 2
Żebbuġ- 1
2000
8
Fgura - 1
Ħamrun - 3
Marsascala - 1
Marsaxlokk - 1
Qormi - 1
Siġġiewi - 1
Tabella li turi lista ta` avviżi li nħarġu u li ġew esegwiti
Sena
Numru ta` Avviżi Maħruġa
Lokalita`
1996
1
B`Kara
1997
1
Munxar, Għawdex
1998
1
B`Bugia
2000
3
Mosta, Ħamrun, Żabbar
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus sena b'sena f'dawn l-aħħar ħames snin għal dak li jirrigwarda: (i) mediċini u affarijiet anċillari li jintużaw għal operazzjonijiet u in-patients; (ii) investigazzjonijiet radjoloġiċi; u (iii) tagħmir mediku f'depreciation?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-ammonti mitluba huma kif ġej:
LM
1996
308,723*
1997
1,582,977*
1998
3,172,968
1999
3,560,255
2000
3,679,320
Dawn l-ammonti ma jinkludux affarijiet anċillari li jintużaw għall-operazzjonijiet u "in-patients" fl-Isptar San Luqa għaliex "records" b'dawn id-dettalji ma jinżammux.
* Dawn l-ammonti ma jinkludux ukoll l-ispiża ta` l-Isptar San Luqa bejn Jannar '96 u April '97 minħabba li records komputerizzati bdew jinżammu minn Mejju 1997.
Fir-rigward ta` investigazzjonijiet radjoloġiċi ma jsirux "costings" ta` dawn l-investigazzjonijiet.
Fir-rigward ta` "depreciation", is-sistema ta` accounting fid-Dipartimenti tal-Gvern sa issa ma tinkludix "depreciation" u għaldaqstant l-informazzjoni mitluba ma teżistix.
Jista' l-Ministru jgħid jekk it-trejqa li tagħti min Guże Bajada Street, Ħamrun għal Qormi Road, Ħamrun (xi 50 metru) hijiex ser tiġi asfaltata mal-bqija tal-proġett f'Tar-Rabbat, il-Ħamrun, peress li din it-trejqa tintuża ħafna minn pedestrians huma u sejrin lejn il-knisja ta' Maria Reġina l-Marsa?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li t-trejqa li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant hija passaġġ antik fl-għelieqi li llum spiċċa minn l-ischeme bl-iżvilupp. Madankollu, id-Dipartiment tat-Toroq ser jinvestiga jekk dan il-passaġġ huwiex pubbliku u kemm jintuża biex ikun jista' jiġi deċiż jekk għandux jiġi nkorporat fl-ischeme u hekk jiġi asfaltat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 23175?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Membri ta’ l-Istaff li jaħdmu f’postijiet fejn hemm radjazzjoni għandhom dak li jissejħu “personal radiation monitoring devices”.
Dawn ir-“radiation monitors” juru li l-istaff mhux qed ikun espost għal xi livelli għoljin ta’ radjazzjoni. Dan jindika wkoll li l-livell ta’radjazzjoni fil-viċinanza ta’ dan l-apparat mhuwiex għoli.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 22894?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba dwar kif kienet is-sitwazzjoni fil-31 ta’ Jannar 2001.
Dwar il-lista ta’ operazzjonijiet pendenti, qed ninkludi biss lill-dawk il-pazjenti li f’din id-data kien għadhom ma ngħatawx appuntament.
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li ma teżisti ebda 'waiting list' għal każijiet urġenti.
Illum il-pazjent għandu l-għażla bejn servizz privat u servizz pubbliku. Dawk kollha li għamlu użu mis-servizz privat kienu potenzjalment klijenti tas-servizz pubbliku.
Jista' l-Ministru jgħid kemm irriżultaw testijiet/każi ta' Hepatitis C positive, sena b'sena, mindu bdiet issir din l-investigazzjoni f'pajjiżna?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-Laboratorju tal-Viroloġija ġewwa l-Isptar San Luqa beda t-testijiet għal hepatitis C antibodies fl-aħħar tas-sena 1992. In-numru ta' testijiet li rriżultaw reactive huma arkivjati mis-sena 1994 l-hawn kif ġej:
1994 226
1995 198
1996 314
1997 448
1998 270
1999 304
2000 326
2001 sa l-aħħar ta' Jannar 14
Din l-istatistika tista tinkludi xi ripetizzjonijiet.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il federazzjoni/assoċjazzjoni sportiva nazzjonali lokali tagħmel anti-doping tests b'mod regolari? Kemm hemm assoċjazzjonijiet/federazzjonijiet sportivi nazzjonali b'kollox f'pajjiżna?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li Anti-doping tests b'mod regolari jsir minn dawn l-assoċjazzjonijiet:
* Malta Football Association
* National Regatta Association
* Malta Amateur Bodybuilding Association
* Amateur Swimming Association
L-Assoċjazzjonijiet/Fedeerazzjonijiet Sportivi Nazzjonali f'pajjiżna jammontaw għal 48. Ta' min jgħid li dawn it-48 Assoċjazzjoni/Federazzjoni huma rikonoxxuti kemm mill-Kunsill Malti għall-Isport u kemm mill-Kumitat Olimpiku Malti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu każi li rriżultaw pożittivi għall-breathalyser test, xahar b'xahar mindu ġie ntrodott dan it-test? Kemm irrifjutaw li jagħmlu dan it-test xahar b'xahar?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi mill-25 ta` Mejju, 1998, meta l-emendi għall-Ordinanza dwar ir-Regolamenti tat-Traffiku (Kap. 65) dwar it-testijiet tan-nifs ġew fis-seħħ, sal-31 ta` Jannar, 2001, kien hemm 391 sewwieq li l-Pulizija għamlitlu t-testijiet tan-nifs wara li r-riżultat fl-ewwel test fit-triq kien pożittiv. Minn dan in-numru ta` testijiet, 282 irriżultaw pożittivi filwaqt li 67 persuna irrifjutaw li jagħmlu t-test. F`kull każ fejn ir-riżultat tat-tieni test, ikun pożittiv u dawk li rrifjutaw li jagħmlu t-test, jittieħdu proċeduri quddiem il-Qorti skond il-liġi. Dawn kienu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet importata ċanga minn barra fl-ewwel ħmistax ta' Jannar 2000 u fl-ewwel ħmistax ta' Jannar 2001?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-ewwel ħmistax tas-sena 2000 ġew impurtati 58,117 kilogrammi ta' ċanga, filwaqt li fl-istess perjodu tas-sena 2001 ġew impurtati 166,255 kilogrammi ta' ċanga.
Nixtieq niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor. Interpellant li l-ammont ta' ċanga impurtat f'Jannar ta' l-aħħar tlett snin kien kif ġej:
1999 403,386 kilogrammi
2000 227,568 kilogrammi
2001 205,130 kilogrammi