Jista' l-Ministru jara li l-Kunsill Lokali tal-Belt jikkonsidra li jitranġa t-tarmac maqsum li hemm quddiem ir-residenza bl-indirizz 225, Triq ir-Repubblika, l-Belt?
Response (GATT, AUSTIN)
Bhal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali b`personalita` legali distinta u fil-qadi tal-funzjonijiet taghhom jagixxu skond il-prijoritajiet, esigenzi u l-mezzi taghhom.
Ghaldaqstant nissuggerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Kunsill tal-lokalita` billi l-funzjoni li qed jirreferi ghaliha, fil-fatt hija wahda mir-responsabbilitajiet tal-Kunsilli.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jerġa jsir il-lift mil-barrakka ta' fuq sad-dwana fil-Belt - lift li kien tneħħa b'kapriċċ fi żmien l-amministrazzjoni Laburista fis-snin sebgħin?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Fil-futur immedjat m'hemmx ħsieb li jerġa' jsir dan il-'lift', pero' fil-proġett magħruf bħala 'Connections', mistenni li din il-possibbilta' terġa' tkun kunsidrata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna talbet għajnuna mill-SWDP, issa mill-aġenzija Appoġġ, matul l-aħħar snin u matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena minħabba:
1) Autism
ii) Diżabilita
iii) Aggressive Behaviour
iv) grief
v) Mental Disorder
vi) Foster Care
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huma mpjegati fis-settur pubbliku bħala:
i) Tobba
ii) Fiżjoterapista
iii) Infermiera
iv) Radjologi
v) Laboratory Technicians
vi) Special Therapists
vi) Pulizja
vii) Għalliema
ix) Kindergarten Assistants
x) Facilitators
xi) Psychologists
bħalissa kif wkoll fl-1996 u fl-1998?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
L-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid peress li ħafna residenti b'mard kroniku u anzjani b'ħafna taraġ qed jistennew żviluppi fir-rigward ta' dak li staqsejt f'mistoqsija parlamentari nru. 21960, hemmx żviluppi fil-ħames kategoriji msemmija fit-tweġiba?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u Tweġiba ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Peress li ħafna residenti b'mard kroniku u anzjani b'ħafna taraġ qed jistennew żviluppi fir-rigward ta' dak li staqsejt f'mistoqsija parlamentari nru 23895, hemm xi żviluppi li bihom dawn il-lifts hekk meħtieġa jibda jiġi stallati?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li wara li l-ewwel tender kellha tiġi kkanċellata, ħarġu żewġ offerti separati għall-lifts fil-Floriana. Dawn huma Advert CT 115/2001 (Triq il-Fosos) u Advert CT 117/2001 (Triq Sant’ Anna). Dawn iż-żewġ offerti għalqu fis-26 t’April 2001 u l-offerti ntbgħatu lill-Awtorita’ tad-Djar biex issir l-aġġudikazzjoni fuqhom.
Sal-lum ir-rapporti mill-Awtorita għadhom ma waslux fid-Dipartiment tal-Kuntratti.
Jista' l-Ministru jgħi x'qed iżomm milli tiġi asfaltata Triq Francis Ebejer, Swieqi fejn fost l-oħrajn kemm xi persuni b'diżabilita' li joqogħodu hemm?
Response (GALEA, ĊENSU)
Tlabt id-Dipartiment tat-Toroq jinvestiga x'inhuma l-ħtiġijiet ta' din it-triq.
Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir sabiex jitneħħa l-inkonvenjent illi qed jikkawżaw l-opri tal-baħar li hemm fuq il-moll quddiem Kalkara Boatyard fil-Kalkara?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi kemm l-Awtorita` ta` l-Ippjanar, permezz ta` ħruġ ta` Avviż ta` Twettieq, kif ukoll id-Dipartiment ta` l-Artijiet u l-Pulizija qed jieħdu l-passi neċessarji sabiex l-inkonvenjent li rrefera għalih l-Onor. Interpellant jitneħħa. Fil-fatt, b`riżultat tal-passi li ttieħdu, sid dawn l-opri tal-baħar diġa` beda jneħħihom. Infurmat ukoll li ser jibqgħu jsiru aktar spezzjonijiet biex jiġi żgurat li dawn l-opri jitneħħew kollha.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti residenti fil-Kalkara, Vittoriosa, Cospicua u Senglea, f'kull fakulta' u fil-Junior College ta' l-Universita' ta' Malta?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-istudenti li jattendu l-Junior College ta' l-Universita` ta' Malta u huma residenti tal-Kottonera huwa dawn:
L-Ewwel Sena It-Tieni Sena Total
Kalkara 8 6 14
Birgu/Vittoriosa 4 6 10
Bormla/Cospicua 9 15 24
Isla/Senglea 0 4 4
L-informazzjoni mitluba dwar l-istudenti ta' l-Universita` ta' Malta qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' passiġġieri f'titjiriet ta' l-Air Malta minn u lejn Londra fix-xitwa 1999/2000 u fix-xitwa 2000/2001?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li n-numru ta' passiġġieri fuq titjiriet ta' l-Air Malta minn u lejn Londra matul ix-xitwa 1999 / 2000 kien jammonta għal 91,863. Fix-xitwa 2000/2001 in-numru ta' passiġġieri kien ta' 102,479.
Tajjeb jingħad li filwaqt li n-numru bejn Novembru 2000 u Frar 2001 huwa attwali, dak għal Marzu 2001 huwa estimu, peress li n-numru għall Marzu li għadda għadu mhux maħdum.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi ta' libell pendenti kontra membri parlamentari? Liema huma?
Response (GATT, AUSTIN)
Fil-prezent hemm 24 kawza ta' libell pendenti fil-Prim'Awla tal-Qorti Civili, 2 kawzi fil-Qorti ta' l-Appell u tlett kawzi ohra fil-Qorti tal-Magistrati (Malta), Gurisdizzjoni Kriminali, kontra Membri jew ex-Membri tal-Parlament.
Il-Membri jew ex-Membri tal-Parlament huma:
Fil-Prim'Awla.
Dr. Frank Portelli (1); Michael Bonnici (1); Reno Calleja (1); Evarist Bartolo (5); Dr. Louis Deguara (1); Michael Falzon (2); Dr.Alfred Sant (4); Prim Ministru (1); Mario Galea (2); George Pullicino (1); Joe Grima (2); Dr.Austin Gatt (2); Noel Farrugia (1).
Fil-Qorti ta' l-Appell
Dr. Alfred Sant (1); Evarist Bartolo (1)
Fil-Qorti tal-Magistrati (Malta)
Evarist Bartolo (1); Dr. Austin Gatt (2)
Jista' l-Ministru jara jekk jistgħux jiġu riservati postijiet għal parkeġġ għal vetturi ta' kerrejja is-suq tal-Belt fil-viċinanza ta' l-istess suq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li fuq talba tal-Ministru tal-Gustizzja u l-Kunsilli Lokali, il-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku wara konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali tal-Belt, awtoriżża li jsiru parking bays bil-ħin fil-viċinanzi tas-suq għal vetturi tal-klijenti ta' l-istess suq. B'dan il-mod il-konsumatur ikollu opportunita' aħjar biex jipparkja viċin is-suq u jagħmel aktar użu mill-istess suq.
Minħabba li l-ispazju fil-viċinanzi tas-suq hu ristrett, dawn il-faċilitajiet offruti lill-konsumatur ikollhom bilfors jiġu mneħħija jekk il-parkeġġ jiġi riservat għall-bejjiegħa tas-suq.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li d-dipartiment akkomodazzjoni soċjali ma jqisx l-assi biex jalloka appartament lil persuna b'disabilita' severa ħafna?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Persuna b'diżabilita' li taffettwa l-mobilita' tagħha, tingħata 20 punt żejda meta tapplika mad-Dipartiment, iżda xorta waħda trid tissodisfa l-kriterji l-oħra kollha biex l-applikazzjoni tagħha tiġi aċċettata u pproċessata.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 24137?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li t-Traffic Control Board kellu diversi talbiet biex toroq isiru one way. Dawn it-talbiet jiġu milqugħa wara li tkun saret konsultazzjoni mal-Kunsilli Lokali kkonċernati.
Jista' l-Ministru jgħid f'hiex waslu x-xogħlijiet ta' servizzi ta' drenaġġ fl-inħawi ta' Triq Salvinu Spiteri, St Venera fejn ġa joqgħodu n-nies?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li milli jidher din it-triq ġiet imsemmija dan l-aħħar u ma kellniex indikazzjoni tas-sitwazzjoni tagħha fuq is-site plan. Id-Dipartiment tad-Drenaġġ staqsa lill-Kunsill Lokali fejn tinstab din it-triq u indikaw li qiegħda fit-triq ta' l-Inter Supporters Club, fejn is-sistema tad-drenaġġ ġiet mgħoddija s-sena li għaddiet, u ilha tiffunzjona għal dawn l-aħħar xhur. Għaldaqstant, minħabba li d-Dipartiment jidhirlu li t-toroq fl-inħawi kollha għandhom is-sistema tad-drenaġġ, l-Onorevoli Interpellant forsi jista' jindika b'site-plan l-abitazzjonijiet imsemmija.
Jista' l-Ministru jgħid jekk b'referenza għat-tweġiba li ta' fis-seduta 490 ta' t-12 ta' Frar 2001 għal mistoqsija parlamentari nru. 23495, x'kien ir-riżultat tal-investigazzjonijiet dwar it-trejqa in kwistjoni? Ix-xogħol ser jiġi nkorporat fl-iskema li għaddeja bħalissa f'tar-Rabbatt, Ħamrun u għal daqstant jingħata l-asfatt?
Jekk ir-risposta hi fin-negattiv, jistax l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex jirrevedi id-deċiżjoni negattiva ħalli x-xogħol isir peress li dan il-passaġġ hu perikoluż għal minn jużah, speċjalment l-anzjani kif ukoll minħabba sal-lum qed jintuża għal tfiegħ ta' skart u huwa mudlam ħafna?
Jista' jagħti prijorita urġenti lil din it-talba peress li l-proġett tar-Rabbatt hu fi stadju li dalwaqt jitlesta?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-passaġġ huwa mibni u għalhekk huwa meqjus bħala passaġġ għal użu tal-pubbliku. Id-Dipartiment tat-Toroq se jara x'hemm bżonn isir biex il-kundizzjoni tal-passaġġ jitjieb.
Peress li fl-appartament bl-indirizz 41, Triq il-Miratur, Floriana għadhom qed isiru l-pjanti sabiex jiġi nstallat lift, u peress li f'dawn l-appartmenti toqgħod il-persuna l-aktar anzjana fil-Floriana, minbarra persuni b'mard kroniku serju, jistax ix-xogħol meħtieġ jingħata prijorita'?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li, minn naħa tagħha, l-Awtorita' tad-Djar qiegħda tagħti l-prijorita' meħtieġa lill-każ indikat mill-Onor. Interpellant.