Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #26132 Sitting 546 2001-06-04 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti minħabba: i) Traffiku ta' Droga ii) Pussess u Traffikar ta' Droga iii) Pussess ta' Droga sena b'sena matul l-aħħar 5 snin? Kemm minnhom kellhom eta' ta' anqas minn 30 sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul dawn l-aħħar ħames snin, ċioe` mill-1996 sal-31 ta’ Mejju 2001, tressqu persuni l-Qorti minħabba traffikar/pussess ta’ droga kif ġej:- 1996 1997 1998 1999 2000 2001* Pussess u Traffikar ta’ Droga 70 72 98 109 128 55 Pussess u Droga 226 237 233 207 251 109 Persuni li kellhom anqas minn 30 sena 218 245 267 230 287 113 ¨ sal-31 ta’ Mejju.

Drogi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nstabu ħatja persuni minħabba: i) Traffikar ta' Droga ii) Pussess u Traffikar ta' Droga iii) Pussess ta' Droga sena b'sena matul l-aħħar 5 snin? Kemm minhom kellhom eta' ta' anqas min 30 sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant li jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Ministeru koncernat.
Leg 9 PQ #26134 Sitting 546 2001-06-04 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Breathalyser Test

Question

Jista' l-MInistru jgħid kemm-il persuna ntalbet tagħmel breathalyser test f'dawn l-aħħar xhur? Kemm minnhom irriżultaw posittivi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena, sal-31 ta` Mejju 2001, kien hemm 42 sewwieq li l-Pulizija għamlitlu t-testijiet tan-nifs wara li r-riżultat fl-ewwel test fit-triq kien pożittiv. Minn dan in-numru ta` testijiet, 32 irriżultaw pożittivi filwaqt li f`żewġ każi r-riżultat tat-test għadu mhux magħruf.
Leg 9 PQ #26135 Sitting 546 2001-06-04 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Junior College

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet mill-Pulizija fil-viċinanzi tal-Junior College fl-Imsida sabiex tiġi nfurzata l-liġi kontra żgħażagħ li allegatament qed jabbużaw mix-xorb u mid-droga fl-inħawi? Kemm tressqu l-Qorti f'dawn l-aħħar xhur?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi jsiru diversi spezzjonijiet mill-Pulizija, kemm tad-Distrett kif ukoll tat-Taqsima ta’ kontra d-droga, fl-inħawi msemmija mill-Onorevoli Interpellant. Bħala riżultat ta’ dawn l-ispezzjonijiet, kien hemm tlett okkażżjonijiet matul din is-sena fejn inħarġu ċitazzjonijiet kontra sidien ta’ ħwienet li nstabu li kienu qed jiksru l-kundizzjoni tal-liċenzja.
Leg 9 PQ #26087 Sitting 545 2001-05-30 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Paga fil-Kont Kurrenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura li biha jittħallsu l-ħaddiema fis-settur Pubbliku u fil-Korporazzjonijiet Parastatali? Liema dipartiment/korporazzjonijiet ma jħallsux b'cheque iżda l-paga tidħol fil-kont kurrenti tal-ħaddiema mingħajr il-kunsens tal-istess ħaddiema?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li skond l-Estacode, li jiġbor il-proċeduri kollha mħaddma mill-impjegati tal-Gvern, il-metodi li bihom jitħallsu l-ħaddiema tal-Gvern huma jew b-cheque jew, jekk tkun saret talba mill-individwu kkonċernat, l-pagament imur dirett f'kont bankarju. Kull Dipartiment tal-Gvern għandu fuq il-paylist tiegħu kemm ħaddiema li jitħallsu biċ-cheque kif ukoll dawk li jitħallsu direttament mill-bank. Il-ħlasijiet tal-pagi fil-Korpi Parastatali m'humiex regolati mit-Teżor.
Leg 9 PQ #26088 Sitting 545 2001-05-30 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Waiting Time

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-waiting time sabiex pażjent/a li jkollu bżonn i) ir-Radjoterapija ii) il-kemoterapija tinbdhielu din il-kura?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninfurma lill-Onor. Interpellant li m'hemmx "waiting time" la għal Radjoterapija u lanqas għal Kimoterapija ta` l-Isptar Boffa.
Leg 9 PQ #26089 Sitting 545 2001-05-30 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

SEN/SRN

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-eta' medja tal- i) SEN's ii) SRN's fl- (a) Isptar San Luqa? (b) Isptar Monte Carmeli (c) Isptar Boffa (d) Isptar Zammit Clapp

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-eta` medja tal-Enrolled Nurses u Staff Nurses fl-Isptar San Luqa, fl-Isptar Monte Carmeli, fl-Isptar Boffa u fl-Isptar Zammit Clapp hija kif ġej: Sptar Enrolled Nurses Staff Nurses Sptar San Luqa 35 sena 32 sena u nofs Sptar Monte Carmeli 50 sena 37 sena Sptar Boffa 44 sena 44 sena Sptar Zammit Clapp 44 sena 44 sena
Leg 9 PQ #26090 Sitting 545 2001-05-30 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Teacher — Pupil Ration

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu t-teacher - pupil ratio fl-iskejjel primarji u fl-iskejjel sekondarji tal-Gvern?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub qed jiġi verifikat u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #26091 Sitting 545 2001-05-30 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Helicopter

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna wżat is-servizz ta' helicopter bejn il-gżejjer tagħna fl-1999, 2000 u sa Marzu 2001?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li n-numru ta’ persuni li wżaw is-servizzi tal-helicopter bejn il-gżejjer matul is-snin 1999, 2000 u bejn Jannar u Marzu 2001 kien kif ġej: Sena 1999: 52,213 Sena 2000: 58,736 Minn Jannar sa Marzu 2001: 5,644
Leg 9 PQ #26097 Sitting 545 2001-05-30 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Xorb Alkoħoliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu bejjiegħa tal-ħwienet il-Qorti talli biegħu xorb alkoħoliku lil tfal taħt is-16-il sena, sena b'sena matul dawn l-aħħar snin?

Response (BORG, TONIO)

B`żieda mat-tagħrif li jien tajt fit-Tweġibiet għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 12783 u Nru. 22701, ninsab infurmat illi matul din is-sena, kien hemm persuna waħda li ġiet imressqa quddiem il-Qorti talli biegħet xorb alkoħoliku lill-persuni taħt is-16-il sena.
Leg 9 PQ #25897 Sitting 544 2001-05-29 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huma mpjegati fis-settur pubbliku bħala: i) Tobba ii) Fiżjoterapista iii) Infermiera iv) Radjologi v) Laboratory Technicians vi) Special Therapists vi) Pulizja vii) Għalliema ix) Kindergarten Assistants x) Facilitators xi) Psychologists bħalissa kif wkoll fl-1996 u fl-1998?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ ħaddiema impjegati mas-Servizz Pubbliku fil-kategoriji msemmija mill-Onorevoli Interpellant, għas-snin 1996, 1998 u 2001 huwa kif jidher fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #25992 Sitting 544 2001-05-29 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Masters Psychology

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm iggradwaw persuni b' BA Social Work sena b'sena b'dawn l-aħħar snin? Kemm iggradwaw wkoll f'Masters Psychology barra minn Malta. Hemmx il-ħsieb li dan tal-aħħar jibda jsir fl-Universita' ta' Malta?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Fakulta` ta' l-Edukazzjoni m'għandhiex il-mezzi kif tkun taf kemm persuni Maltin gradwaw Masters fil-Psikoloġija barra minn pajjiżna. Il-Masters fil-Psikoloġija huwa wieħed mill-korsijiet li l-Fakulta` ta' l-Edukazzjoni diġa' qed toffri.
Leg 9 PQ #25993 Sitting 544 2001-05-29 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Overspeeding

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet minħabba overspeeding (a) f'Malta kollha u (b) f'Triq Sant Anna l-Floriana matul is-sena 2000?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2000 ingħataw 161 ċitazzjoni mill-Pulizija minħabba sewqan eċċessiv. L-ebda waħda minn dawn ma kienet fi Triq Sant`Anna, il-Floriana.

Laneċ

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemmx informazzjoni kemm persuni użaw laneċ minn Tas-Sliema lejn il-Belt fid-9 ta' Mejju meta saret il-Quddiesa Pontifikali fuq il-Fosos tal-Furjana? Jistax dan is-servizz, kif wkoll ieħor simili mill-Kottonera, jibda jiġi organizzat b'mod skedat?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li s-servizz bil-laneċ bejn tas-Sliema u l-Belt huwa servizz bi skeda. Jien infurmat ukoll li s'issa ma kienx hemm min jipprovdi servizz simili bejn il-Kottonera u l-Belt. Dwar l-ewwel parti tad-domanda, peress li s-servizz ingħata minn entita' kummerċjali privata, mhux possibli li nagħti figuri.
Leg 9 PQ #26085 Sitting 544 2001-05-29 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

King George V Playing Fields

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk tistax titpoġġa l-pjanta tax-xogħlijiet fil-King George V Playing Fields, Floriana fuq il-Mejda tal-Kamra? F'hiex waslu x-xogħlijiet s'issa u humiex skond l-iskeda ppjanata? Kemm u f'liema grad huma l-ħaddiema li qed jaħdmu fuq dan is-sit?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti mtluba. Ix-xogħol miexi kif ippjanat. S'issa tlesta l-parti l-kbira tax-xogħol fil-pedamenti fil-parti tal-lemin tal-ġnien, inbeda x-xogħol fuq il-wiċċ tal-pitch tal-futbol, qed isir xogħol ta' żbir u trasplantar ta' siġar in kollaborazzjoni mad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura u nħarġet u qed tiġi proċessata s-sejħa għall-offerti għax-xogħol ta' pavimentar tal-ġnien. Skond l-iskeda tax-xogħol dan il-ġnien mistenni li jitlesta fl-ewwel nofs tas-sena d-dieħla. Il-ħaddiema bil-gradi tagħhom li qed jaħdmu fuq dan is-sit huma kif jidher hawn taħt: Rubble Wall Builder 1 Building Tradesman II 4 Building Tradesman I 2 General Hand 2 Mason 1 Heavy Plant Driver 1 Skilled Labourer 1 Supervisor 1 Carpenter 1 ------ TOTAL 14 ------

Housing Authority

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'hiex waslu l-pjanijiet għall-bini ta' 40 appartament f'Balzunetta l-Furjana u għal appartament f'Triq il-Kappuċċini l-Floriana?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Dwar il-bini ta' appartamenti f'Balzunetta, il-Furjana, ninsab infurmat li għadhom għaddejjin negozjati biex tiġi rilokata fabbrika li hemm f'dan is-sit. Dawn in-negozjati qed isiru mill-MDC. Dwar il-progett ta' Triq il-Kapuċċini, ninsab infurmat li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għadha kif ħarġet il-permess biex il-bini eżistenti jitwaqqa' u jinbena mill-ġdid. Għalhekk l-Awtorita' ser tara kif tinkwadra dan il-proġett fil-business tagħha.
Leg 9 PQ #25987 Sitting 543 2001-05-28 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Leonardo

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħaddiema tal-Gvern tħarġu permezz tal-programm tal-UE, Leonardo, dipartiment f'dipartiment, sena b'sena f'dawn l-aħħar snin

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #25988 Sitting 543 2001-05-28 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Works Division

Question

Jista' l-Ministru jara li l-ħaddiema fil-works division li ħadmu s-sahra mit-22 ta' Mejja 2000 fil-Balluta jistgħux jitħallsu l-kumplament tas-siegħat li kienu ħadmu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

M'għandix x'inżid mat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari numri 24135 u 24265.