Jista' l-Ministru jgħid għaliex tneħħa parti mill-ħadid madwar l-ġnien ta' hastings dan l-aħħar?
Response (BORG, TONIO)
Il-ġnien ta` Hastings jaqa` taħt ir-responsabbilita` tad-Dipartiment tal-Agrikoltura. Għalhekk l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd.
Jista' l-Ministru jgħid peress li qed jaqa ġebel mill-ħajt tal-faċċata ta' wara tal-Mediterranean Conference Centre, jistax isir ir-restawr meħtieġ mill-aħtar fis?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Mediterranean Conference Centre għamlet talba lir-Restoration Unit tal-Works Department u li minn naħa tagħhom dawn qed iħejju stima biex tkun tista' tinħareġ tender mill-aktar fis possibbli.
Jista' l-Ministru jwieġeb l-mistoqsija parlamentari nru 26361?
Response (BORG, JOE)
Fil-perjodu mill-1978 sa llum Malta iffirmat 4 Protokolli Finanzjarji ma' l-Unjoni Ewropea.
L-Ewwel Protokoll Finanzjarju (1978 - 1983) kien jipprovdi għal 26 MECU f'għajnuna finanzjarja lil Malta. Minn dawn il-flus kien hemm 5 MECU hħala grants u 21 MECU bħala self mill-Bank ta' l-Investiment Ewropew (EIB) li minnhom 5 MECU kienu soft loan. Il-proġetti li bbenefikaw minn dawn il-grants kienu:
Faċilitajiet għall-ħażna tal-qamħ
Upgrading
tal-
Power Station
tal-Marsa
Taħriġ għall-ħaddiema fil-qasam ta' l-avjazzjoni ċivili
Bini ta'
costal station
ġdid
Upgrading
tad-dipartiment tar-radioloġija fl-isptar San Luqa
Apparat u taħriġ għad-dipartiment ta' l-inġinerija mekkanika fl-Universita.
Is-self intuża għal dawn il-proġetti:
L-iżvilupp tal-Port il-Kbir
Estensjoni tas-sistema tat-telekomunikazzjoni (
telephone
u
telex
)
It-Tieni Protokoll Finanzjarju (1983 - 1988) kien jipprovdi għal 29.5 MECU għajnuna finanzjarja lil Malta. Minn dawn il-flus kien hemm 10.5 MECU bħala grants u 19 MECU hħala self mill-Bank tal-Investiment Ewropew (EIB), li minnhom 3 MECU kienu bħala soft loan. Il-proġetti li bbenefikaw minn dawn il-grants kienu:
Upgrading
tas-settur turistiku (li kien jinkludi
tourism promotion programme
)
Żvilupp fl-infrastruttura tat-trasport, telekomunikazzjonijiet, provvista ta' l-ilma u faċilitajiet oħra
Żvilupp fil-qasam ta' l-edukazzjoni u standards tekniċi
Numru ta' proġetti żgħar ta' assistenza teknika (studji u konsulenza għal diversi oqsma).
Is-self intuża għall-bini tat-terminal il-ġdid fl-ajruport u l-bini ta' l-impjant tar-reċiklaġġ.
It-Tielet Protokoll Finanzjarju (1988 - 1993) kien fih 38 MECU li minnhom 12.5 MECU kienu grants, 2.5 MECU Risk Capital u 23 MECU kienu taħt forma ta' self mill-Bank ta' l-Investiment Ewropew (EIB). Il-grants intużaw għal dawn il-proġetti:
Protezzjoni għax-xtut Maltin kontra it-tniġġiż taż-żejt
Żvilupp fl-infrastruttura fl-oqsma tas-saħħa u tat-telekomunikazzjonijiet
Assistenza teknika għall-ekonomija u fil-qasam ta' l-edukazzjoni (boroż ta' studju)
Upgrading
fil-qasam ta' l-
Istandards, Metrology Testing
u
Quality Assurance
Is-self intuża għal dawn il-proġetti:
L-impjant għall produzzjoni ta' l-ilma ta' Pembroke
L-ewwel fażi tal-proġett tad-drenaġġ
Proġett għall-
Air Traffic Services
Ir-Raba Protokoll Finanzjarju (1995 - 1999) kien oriġinarjament ġie finaliżżat fl-1996 u kien jinkludi 13 MECU bħala grants, 2 MECU bħala Risk Capital u 30 MECU f'self mill-EIB. L-għan prinċipali ta' dan il-protokoll kien li jassisti lil Malta fi triqitha lejn sħubija fl-Unjoni Ewropea. Wara l-bidla fil-Gvern fl-1996 u minħabba li l-applikazzjoni ta' Malta ġiet iffriżata, il-programm indikattiv li kien diġa sar għal dan il-Protokoll kellu jiġi rivedut, qabel ma Malta bdiet twettaq il-proġetti taħt dan il-Protokoll. Il-Kummissjoni għalhekk iddeċidiet li testendi dan il-Protokoll, sa l-aħħar tal-1999, iżda l-ammont ta' grants ġie rivedut l-isfel għal 7 MEURO, inklużi 2 MEURO Risk Capital.
Il-grants intużaw għal dawn il-proġetti:
Tisħiħ u taħriġ fil-qasam tal-istatistika (programm immexxi mill-
Eurostat
)
Għajnuna għall-istrutturar ta' l-industrija tal-manifattura (proġett immexxi mill-IPSE)
Boroż ta' studju għal
Bruges
u
Sussex
Proġett ta' assistenza teknika u koperazzjoni amministrattiva li jinkludi l-oqsma ta' l-ambjent, dwana, turiżmu u agrikultura, trasport (proġett tat-
TINA)
, parteċipazzjoni fit-
TAIEX,
żjarat minn uffiċċjali Ewropej f'Malta u uffiċċjali Maltin f'pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea, żjarat minn membri tal-korpi kostitwiti u NGOs.
Jista' l-Ministru jara li t-tankijiet tal-ilma fuq it-turetta jitgħattew peress li l-ilma jintuża għax-xorb mill-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol ?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jien infurmat li wieħed mill-għotien taż-żewġ tankijiet ta’ l-ilma fuq it-turretta tal-Palazz tar b’buffura qawwija ta’ riħ għaxart ijiem ilu. Jien infurmat ukoll li għatu ġdid diġà nxtara u fil-fatt twaħħal f’postu fit-13 ta’ Ġunju 2001.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħatat għajnuna mill-UE/EEC lil pajjiżna taħt id-diversi protokolli finanzjarji tul is-snin? Liema kienu dawn il-proġetti?
Response (BORG, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 26241 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi u li issa ġiet riferuta lilu u cioe': jgħid sarux spezzjonijiet fi djar ta' l-anzjani privati sabiex jiġu assigurati ċerti standards bħal:
i) tindif
ii) alarm
iii) telephone fil-kamra
iv) menu
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li kull sena qabel ma tinħareġ il-liċenzja jsiru spezzjonijiet ta' djar tal-anzjani privati. L-ispezzjonijiet isiru minn inspection team li jinkorpora membri mid-Dipartiment tas-Saħħa kif ukoll mid-Dipartiment ta' Kura ta' l-Anzjani. Jiġu spezzjonati diversi servizzi offruti lir-residenti ġo dawn id-djar.
Dawn jinkludu:
il-livell ta' tindif fid-djar kif ukoll fil-kċina. L-ispettur sanitarju jagħti grad skond il-livell jew standard li jsib.
il-menu li qed jiġi servut.
is-sistema ta' kommunikazzjoni kemm minn naħa ta' telephone fil-kamra, pay phones, kif ukoll sistemi attrezzati ta' nurse call systems.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 25991?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-aġenzija APPOĠĠ għandha diversi servizzi li joffru għajnuna lil persuni li jiffaċċjaw sitwazzjonijiet diffiċli.
- Servizz ta' Diżabilita'
Minn 1996 sa l-aħħar ta' Mejju dan is-servizz taha appoġġ lil madwar 20 persuna li ġew identifikati li jbatu minn autism. Madanakollu s-servizz ingħata lil madwar 769 persuna li għandhom xi tip ta' diżabilita'.
- Servizz għall-Irġiel li jixtiequ jaħdmu fuq il-Vjolenza Tagħhom.
Dan is-servizz li ġie mwaqqaf mill-1999 taha appoġġ lil 70 klijent raġel.
- L-aġenzija ma toffrix servizz speċifiku għall-persuni li jkunu għaddejjin minn sitwazzjoni ta' 'grief'. Madanakollu bosta persuni jagħmlu użu mis-servizz tas-Supportline 179. Huwa diffiċli biex tikkwantifika b'eżattezza kemm għamlu użu minħabba grief.
- L-aġenzjija għandha servizz li ġie mwaqqaf minn 1996 ġewwa l-isptar Monte Carmeli fejn jingħata għajnuna lill-persuni li jbatu minn problemi ta' saħħa mentali. Dan is-servizz ta' social work minn 1996 s'issa ngħata lin-numru totali ta' 1,087 persuna.
- Foster Care
Dan is-servizz ġie mwaqqaf f'Marzu tas-sena 2000. L-aġenzija b'dan is-servizz tħarreġ u toffri appoġġ lil persuni li jixtiequ jagħmlu fostering. Bħala talba biex tfal jiġu fostered l-aġenzija kellha 45 tifel u tifla fejn il-ġenituri bioloġiċi tagħhom aċċettaw li jingħata s-servizz.
Jista' l-Ministru jgħid sarux spezzjonijiet fi djar tal-anzjani privati sabiex jiġu assigurati ċerti standards bħal:
i) tindif
ii) alarm
iii) telephone fil-Kamra
iv) menu
Response (BONNICI, JOSEF)
Nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru tas-Saħħa.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 25936?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista aġġornata li tirrifletti l-iżviluppi dwar permessi ipproċessati mill-Awtorita' tad-Djar għall-installar ta' lifts.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' intensive care beds bħalissa? Huwa mistenni li jiżdied waqt li jibda jiffunzjona l-Isptar il-Ġdid? Kif jitqabbel bħaka persentaġġ ma' pajjiżi oħra fl-UE? Kemm-il persuna kellha tinħareġ mill-ITU peress li kien hemm kandidat aktar idoneju fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li n-numru ta' General Intensive Care Beds huwa tlettax (13). Hemm erbgħa (4) intensive care beds fil-Cardiac Intensive Care.
In-numru ta' sodod fl-ITU fl-Isptar il-Ġdid ser ikun ta' tnax (12), flimkien ma' tmienja (8) High Dependency Beds. Ser ikun hemm ukoll sitta (6) fis-CICU u ħamsa (5) fil-Paediatric Intensive Care. Fl-Isptar San Luqa fil-fatt qed jiġi żviluppat High Dependency Unit bi tmien (8) sodod u ser jinfetaħ ukoll Paediatric Intensive Care b'erbgħa (4) sodod.
Diffiċli tqabbel ma' l-E.U. għax Malta minħabba f'turiżmu l-popolazzjoni kważi tirdoppja fis-sajf.
Dwar kemm il-persuna kellha tinħareġ mill-ITU peress li kien hemm kandidat aktar idoneju fl-ewwel erba' xhur tas-sena, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma tinżammx statistika dwar dan.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il persuna attendiet fl-aġenzija Sedqa minħabba 1) abbuż tad-droga 2) abbuż mix-xorb alkoħoliku f'dawn l-aħħar xhur? Kemm minnhom kienu taħt it-30 sena? Kemm irġiel u kemm nisa? Kemm nisa tqal? Kemm miżżewġin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba għall-perijodu bejn Jannar u April 2001.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna nstabet pożittiva għal 1) HIV 2) Hepatites B 3) Hepatites C f' dan l-aħħar xhur?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li fl-ewwel erba` xhur ta` din is-sena kien hemm żewġ każi akuti ta` mard bil-Hepatitis B irraportati lid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika. Ma kienx hemm każi ta` Hepatits C jew AIDS. L-HIV mhix notifikabli bil-liġi.
Madanakollu, in-numru ta` tesitijiet li nstabu posittivi għal HIV, l-HbsAg u l-HCV antibodies xahar b'xahar mill-bidu ta` din is-sena huma s-segwenti.
Hepatitis B
Hepatitis C
HIV antibodies
HBsAg
HCV antibodies
Jannar 2001
1
8
8
Frar 2001
1
6
20
Marzu 2001
1
12
17
April 2001
0
15
28
Dawn iċ-ċifri jindikaw biss in-numru ta` testijiet li saru fil-laboratorju tal-viroloġija ġewwa l-Isptar San Luqa. Jista` jkun hemm testijet li saru aktar minn darba.