Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 27213?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-ammont ta' liċenzji tat-televiżjoni tal-kulur imħallsa mis-sena 1996 'il hawn huwa kif ġej:
Sena Liċenzji Mħallsa
1996 34,331
1997 92,532
1998 94,460
1999 96,809
2000 99,964
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 27229?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li matul din is-sena, bejn Jannar u Ġunju, 298 impjegat tal-Korporazzjoni Enemalta talbu u ngħataw permess sabiex imorru jagħtu d-demm waqt il-ħin tax-xogħol. In-numru ta' ħaddiema li ngħataw permess, xahar b'xahar, kien kif ġej:
Jannar 65
Frar 51
Marzu 56
April 37
Mejju 54
Ġunju 35
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 27230?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li ma saret l-ebda sejħa interna għall-applikazzjonijiet peress li ma kienx hemm impjegati fi ħdan il-Korporazzjoni li kellhom il-warrant ta' arkitett u inġinier ċivili. Minħabba dan l-Enemalta kisbet il-permess mingħand il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ sabiex tkun tista' timpjega perit fuq bażi "full time".
L-għażla saret minn bord imwaqqaf apposta mill-Enemalta. Il-Bord eżamina l-applikanti li ġew riferuti mill-istess Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ. Il-persuna magħżula, li għandha esperjenza estensiva, ingħatat il-grad u l-iskala relattiva għall-esperjenza li għandu.
Jista' l-Ministru jivverifika l-pensjoni tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-persuna minnu ndikata qed titħallas rata ta' pensjoni tajba. Inżid ngħid illi l-istess persuna ġiet infurmata bil-miktub dwar dan.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna bl-ID Card number li qed jingħata separatament tibbenefika minn titjib fil-kamra tal-banju tad-dar wara li bbenefikat min din l-iskema parzjalment (Lm 500) 3 snin ilu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-iskema eżistenti ta' l-Awtorita' tad-Djar dwar is-suġġett indikat mill-Onor Interpellant ma tippermettix li persuna tikkwalifika għall-għajnuna jekk tkun diġa bbenifikat minn għajnuna għall-istess skop. Ninsab infurmat li l-persuna ndikata mill-Onor Interpellant diġa bbenefikat minn għajnuna biex tirranġa l-kamra tal-banju.
Jista' l-Ministru jara li jsiru t-tiswijiet li ilhom sew meħtieġa f'taraġ imħarbat u sprall maqlugħ li hemm f'Valley Road, Msida kantuniera ma' Parilja Str, St Venera?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25000 (Seduta 530).
Jista' l-Ministru jgħid jekk jistax ir-Rodent Section tieħu ħsieb li jiġu trattati sprall fi Triq l-Isqof Caruana kantuniera ma' Triq il-Miratur, Floriana?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li ħaddiema mis-sezzjoni tal-Pest Control għamlu trattament intensiv ta' tqegħid ta' velenu fl-ispralli tat-toroq indikati, fit-18 ta' Lulju 2001.
Ninforma wkoll li l-problema ser tibqa' tiġi segwita sakemm l-infestazzjoni tal-ġrieden tkun taħt kontroll.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-fond bl-indirizz 45, Triq San Publju, Floriana qed jiġi użat? Jekk le, jistax joħroġ għat-tender b'kiri peress li għaqda tal-armar tal-Parroċċa San Publiju għandha bżonn ħafna?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-fond nru. 45 San Publiju l-Furjana fil-fatt huwa tal-Gvern u bħalissa mhuwiex mikri. It-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern qed tikkunsidra jekk fil-futur qarib toħroġx dan il-fond għall-kiri permezz ta` tenders.
Jista' d-Dipartiment tal-liċenzji u t-testijiet jikkonferma jekk il-kontroparti tal-liċenzja tas-sewqan hix biżżejjed sabiex wieħed isuq f'pajjiż tal-UE? Jiġix aċċettat il-kontroparti tal-liċenzja tas-sewqan minn Car Hire Services? Meta se jibdew jintbgħatu l-liċenzjia photocars?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li mill-1 ta' Jannar ta' din is-sena l-liċenzja tas-sewqan tikkonsisti minn żewġ dokumenti, jiġifieri mill-liċenzja photocard u mill-Kontroparti tal-Liċenzja.
Billi kien hemm xi diffikultajiet waqt il-proċess tat-tender għall-provista tal-photocards, id-Dipartiment tal-Liċenzji u t-Testijiet qed joħroġ biss il-Kontroparti tal-Liċenzja u din waħedha hija valida bħala liċenzja tas-sewqan sakemm il-liċenzja photocard tintbagħat aktar tard din is-sena lil dawk kollha li jkunu ġeddew il-liċenzja tas-sewqan il-qadima.
Għaldaqstant dawk il-pajjiżi ta' l-U.E. li kienu jaċċettaw il-liċenzja Maltija qabel l-1 ta' Jannar, issa qed jaċċettaw ukoll il-liċenzja (il-kontroparti) kif qed toħroġ issa.
Rigward il-Car Hire Servoces (Public Servoce Garages) dawn huma obbligati jaċċettaw il-kontropartri tal-liċenzja tas-sewqan għas-sempliċi raġuni li għalissa din hija l-liċenzja tas-sewqan.
Il-liċenzja phtocard mistennija tibda tintbagħat lil dawk li ġeddew il-liċenzja tas-sewqan il-qadima matul ix-xahrejn li ġejjin.
Jista' l-Ministru jara li jitħaffef il-proċess għall-installar ta' lift fl-appartamenti f'41 Triq il-Miratur, Floriana, fejn toqgħod l-aħħar persuna anzjana fil-Floriana li se tagħlaq 100 sena kmieni s-sena d-dieħla?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess għall-installar ta' lift qiegħed jingħata l-importanza tiegħu, u l-Awtorita' tad-Djar qiegħda fil-proċess illi toħroġ it-talba għall-offerti għall-installar ta' dan il-lift.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru. 12150 li ngħata 10/01/2000, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport mitlub dwar dettalji individwali ta' x'kienet l-allegata ingustizzja f'kull każ u kemm ingħataw kumpens kull individwu?
Jista' l-Ministru jgħid b'riferenza għall-interpellanza tiegħi 24008 u għat-tweġiba mogħtija, jista' l-Ministru jgħid jekk (i) minn dakinhar 'il hawn kienx hemm kuntratturi oħra li ntalbu mid-Dipartiment tat-Toroq biex jaqilgħu xogħol li kienu għamlu u jekk fl-affermattiv min kienu l-kuntratturi u fejn kienu qed jaħdmu (ii) Min kienu dawk il-kuntratturi li min 1994 l-hawn qalaw partijiet mix-xogħol li kienu qed jagħmlu ghax ma kienx ta livell, fejn kienu qed jaħdmu u meta sar dan, u (III) min-1994 l' hawn kien hemm kuntratturi li qalgħu xogħol li għamlu jew li kienu qed jagħmlu din id-darba għal kunsilli lokali? Jekk fl-affermativ, x'liema lokal ħadmu jew kienu qed jaħdmu, meta u x'kien ix-xogħol li qalgħu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li minn Frar 'l hawn kien hemm xi xogħolijiet f'Ħal Qormi u f'Ħ'Attard li saru mid-ditta Polidano Bros. u li d-Dipartiment tat-Toroq ħass il-bżonn li x-xogħol jiġi rimedjat minħabba li ma laħaqx il-kwalita' meħtieġa.
Id-Dipartiment tat-toroq m'għandux informazzjoni dwar ix-xogħol li setgħu qalgħu il-Kunsilli.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il abbonat ta' l-internet kien hawn, sena b'sena, mill-1996 'il hawn?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li qabel it-twaqqif tal-Malta Communications Authority, l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant ma kienitx tinżamm b'mod regolari. Madankollu, nista' nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija lilu stess għal mistoqsija parlamentari Nru. 22502.
Jien infurmat ukoll li sat-31 ta' Mejju kien hemm 40,000 abbonati ta' l-Internet.
Jista' l-Ministru jagħti dettalji ta' kemm kien hemm impjegati tal-Korporazzjoni Enemalta li talbu u ngħataw permess imorru jagħtu d-demm waqt il-ħin tax-xogħol, xahar xahar, matul din is-sena?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti dettalji ta' kif ġie mpjegat perit ġdid fil-Korporazzjoni Enemalta? Kien hemm sejħa interna qabel ma ġie mpjegat? Xi grad ingħata, u fuq liema bażi ngħat l-grad?
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il lampa ġdida, sena b'sena, saret f'Santa Venera kull sena mill-1994 'il hawn? F'liema triq saru, kemm saru f'kull triq, meta kienu approvati u meta saru?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompla x-xogħol fuq ir-roundabout u l-Pjazza 7 ta' Gunju 1919, il-Ħamrun?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħol f'din il-pjazza nbeda żmien ilu flimkien ma' xogħol f'toroq oħra fl-inħawi magħrufa bħala tar-Rabbat. Il-Kunsill il-ġdid ippropona tibdil fil-pjanijiet għall-pjazza li kienu mħejjien mill-Kunsill ta' qabel, u għalhekk ix-xogħol kellu jieqaf sakemm tingħata l-approvazzjoni ta' dan il-pjan il-ġdid mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.