Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dipartiment għall-Bini u Tiswija ta' Djar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jistax id-Dipartiment għall-Bini u Tiswija ta' Djar jieħu ħsieb li jitranġa t-taraġ imkisser fil-parapett f'West Street, kantuniera ma' St John Str, Valletta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li t-taraġ indikat mill-Onor. Interpellant jaqa' taħt ir-responsabbilta' tal-Kunsill Lokali. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru għall-Ġustizzja u Gvern Lokali.

Dipartiment Bini u Tiswija tad-Djar

Question

Jista' l-Ministru jgħid peress li d-Dipartiment Bini u Tiswija tad-Djar kellu jwaqqa' soqfa u ħitan fit-terazzin tal-appartamenti f'Block 1, Triq San Ġwann u l-Belt u reġa' itella biss ħitan diviżorju, jista' jitkompla x-xogħol sabiex l-inkwilini jkollhom l-istess struttura bħalma kellhom qabel? Meta hu maħsub li tinbidel il-Gallarija perikoluża tal-appartament bl-indirizz Block 1 13/1, Triq San Ġwann, Valletta

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li l-istrutturi li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant kienu jikkonsistu f'gallarijiet magħluqin. Dawn l-istrutturi kienu saru illegalment u biex jerġgħu jsiru, l-inkwilini jridu jiksbu l-permessi meħtieġa mid-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Propjeta' tal-Gvern u l-Awtotorita' ta' l-Ippjanar. L-egħluq tal-gallarijiet, jekk jiġi approvat minn dawn l-entitajiet, irid isir spejjeż tar-residenti stess. Fil-frattemp id-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar ser jagħmel poġġaman tal-ħadid kif kien hemm orġinarjament. Sadanittant jien infurmat li x-xogħol tal-bdil tal-gallarija ta' Block 1, 13/1 Triq San Ġwann tlesta.
Leg 9 PQ #27792 Sitting 594 2001-07-27 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ġrieden

Question

Jista' l-Ministru jara li tingħata attenzjoni lill-problema ta' ġrieden f'St Patrick Str, Valletta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li ħaddiema mis-sezzjoni tal-Pest Control għamlu trattament intensiv ta` tqegħid ta` velenu f'St.Patrick Street, Valletta, fis-26 ta` Lulju. Ninforma li matul din is-sena ma` ġie rreġistrat l-ebda rapport simili minn l-istess triq. Il-problema ser tibqa` tiġi segwita sakemm l-infestazzjoni tal-ġrieden tiġi kkontrollata.

Pensjoni ta' l-Invalidita'

Question

Jista' l-Ministru jgħid jistax il-persuna li l-ID Card number tagħha qed jidher separatament jitħaffieha l-proċess li bih tibda' tirċievi l-pensjoni ta' l-Invalidita' minħabba li għandha marda terminali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ tal-persuna minnu indikata qiegħed jiġi proċessat. L-istess persuna qed tkun infurmata dwar dan bil-miktub.

Dipartiment għall-Bini u Tiswija ta' Djar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jistax id-Dipartiment għall-Bini u Tiswija ta' Djar jieħu ħsieb li jitranġa t-taraġ imkisser fil-parapett f'St Patrick's Str, kantuniera ma' St John Str, Valletta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li t-taraġ indikat mill-Onor. Interpellant jaqa' taħt ir-responsabbilta' tal-Kunsill Lokali. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru għall-Ġustizzja u Gvern Lokali.
Leg 9 PQ #27795 Sitting 594 2001-07-27 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Galleriji

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġu deċiżi l-applikazzjonijiet dawn bdil tal-galleriji fil-Belt u l-Floriana? Kemm applikaw? Kemm-il applikazzjoni ġiet approvata? Kemm-il applikazzjoni ġiet rifjutata u għaliex?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-applikazzjonijiet li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant ġew deċiżi u ser jiġu maħruġin għall-pubbliku fi żmien qasir. Infurmat ukoll illi kien hemm 93 applikazzjoni li minnhom 75 ġew approvati, 2 ġew irtirati u 16 ma ġewx approvati għaliex kienu jirrigwardjaw proprjetajiet kummerċjali.
Leg 9 PQ #27681 Sitting 590 2001-07-24 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex pulizija tla-Mobile jilbsu bullet proof vests iżda ma jieħdux danger money bħala allowance?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija ma jitħallsux danger money.

Ġonna

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus sena b'sena f'dawn l-aħħar 5 snin f'upgrading tal-ġonna: 1) Barakka ta' Fuq 2) Barakka t' Isfel 3) Hastings 4) Argotti 5) Il-Moll X'pjanijiet hemm għal dawn il-ġonna fiż-żmien li ġej?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ma ġie allokat l-ebda vot speċifiku għal-infieq kapitali għall-upgrading tal-ġonna msemmija. Is-sistema ta' kif jinżammu r-rekords ta' nfieq mill-allokazzjoni ta' fondi kurrenti ma tippermettix li jkun hemm rekord fuq kull ġnien. L-upgrading ta' ġonna li hemm il-Belt isir ukoll mill-Valletta Rehabilitation Project. Jien infurmat li ser jinbeda xogħol minn din l-entita' fil-Mall, il-Furjana. Mandankollu xogħol ta' mantiniment u restawr, fosthom dak tal-funtana tan-Nettunu fl-Argotti, jitwettaq min nies tad-Dipartiment tal-Agrikoltura regolarment.
Leg 9 PQ #27597 Sitting 589 2001-07-24 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

VRP

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-VRP (KRBF) kemm nefqet flus sena b'sena mit-twaqqif tagħha, u x'applikazzjonijiet hemm approvati u pendenti quddiem l-Awtorita' tal-Ippjanar dwar xogħlijiet fil-ġonna ta' i) Barakka ta' Fuq 2) Barakka t'Isfel 3) Hastings 4) l-Argotti 5) Il-Moll

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar.

Neriku Confectionery

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'hiex waslu t-trattativi ma' Neriku Confectionery fir-rigward tas-slum clearance f'Balzunetta l-Floriana? Saru applikazzjonijiet quddiem l-Awtorita' tal-Ippjanar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għandi ninforma lill-Onor. Interpellant li t-taħdidiet ma' Neriku Confectionery ġew konklużi u ser isir il-konveju fil-ġranet li ġejjin. Sadanittant wara diversi diskussjonijiet ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar sar qbil fil-prinċipju dwar il-proġett u ntefgħu applikazzjonijiet ġodda fil-bidu ta' Lulju.

Dwal

Question

Jista' l-Ministru jgħid d-dawl fil-ġonna ta' Binja Vilhena f'Preziosi Sqr, Floriana jibqa' mqar parzjalment mixgħul matul il-lejl?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministu responsabbli mill-Kunsilli Lokali billi l-manutenzjoni u tiwsija ta' dan il-ġnien jinsab f'idejn il-Kunsill Lokali.
Leg 9 PQ #27626 Sitting 589 2001-07-24 Oral · Interim From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Housecraft

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għad hemm impjegati jaħdmu fil-Housecraft, St. Publius Street, Floriana? X'inhu x-xogħol tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #27591 Sitting 588 2001-07-23 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'irriżulta mill-inkjeta tal-Forzi Armati dwar l-allegazzjoni li tiri ta' twissija tal-Armata laqtu dgħajsa ta' sajjieda Maltin? X'passi jistgħu jittieħdu kontra min jirriżulta li żbalja waqt il-qadi ta' dmirijietu fil-FAM?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-inkjesta dwar l-inċident imsemmi ntalbet li ssir mill-Kmandant tal-Forzi Armati lill-Kummissarju tal-Pulizija, li din qegħda titmexxa minn Maġistrat u li għadha għaddeja.
Leg 9 PQ #27592 Sitting 588 2001-07-23 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

The Malta Independent

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu kontra l-pulizija li arrestaw bla bżonn fotografi ta' The Malta Independent waqt il-protest tal-Greenpeace fl-Isptar San Luqa l-ġimgħa li għaddiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi għaddejja investigazzjoni biex jiġi stabbilit jekk kienx hemm xi nuqqas da parti ta` xi uffiċjal/i tal-Pulizija; jekk iva, jittieħdu passi dixxiplinarji.

Imriġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm postijiet ta' irmiġġ f' 1) Sa Maison f'Imsida 2) San Pawl 3) M'Xlokk 4) Mġarr Għawdex 5) Marsalforn 6) Xleni X'jitħallas f'kull port?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li n-numru ta' rmiġġi fil-lokalitajiet huwa dan: LOKALITA' NUMRU DĦUL 2000 Sa Maison, Pieta' Irmiġġi temporanji 52 Mingħajr ħlas San Pawl/Xemxija Irmiġġi temporanji 382 Mingħajr ħlas Pjan ta' rmiġġi, Buġibba 260 Lm5,370 Marsaxlokk Irmiġġi temporanji u sajjieda 347 Mingħajr ħlas Pjan ta' rmiġġi, Il-Magħluq 117 Lm2,810 Mġarr, Għawdex Sajjieda 190 Lm1,552 Yachts 216 Lm53,103 Marsalforn, Għawdex Sajjieda 65 Mingħajr ħlas Xlendi, Għawdex Sajjieda 30 Mingħajr ħlas
Leg 9 PQ #27594 Sitting 588 2001-07-23 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Lifts

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-kumitat tal-Kuntratti kemm ilu jiltaqa' sabiex jiddiskuti l-għoti ta' tenders għall-installazzjoni ta' lifts f'appartament kif organizzat mill-Awtorita' tad-Djar? Liema ġew approvati s'issa? Jekk fin-negattiv, x'qed iżomm mill jibdew jiġu iġġudikati dawn it-tenders?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-aġġudikazzjoni ta’ l-offerti maħruġa mill-Awtorita’ tad-Djar għall- installazzjoni ta’ lifts tlestiet kmieni f’dan ix-xahar u fid-9 ta’ Lulju 2001 id-Dipartiment tal-Kuntratti ħareġ l-ittri ta’ aċċettazzjoni (Letters of Acceptance) kif ġej: Avviż CT 115/2001 Ta’ Xbiex Block D1 Ta’ Xbiex Block E3 Lija Block A2 Valletta 88 Merchants Street Kalkara Blk. A Entrance A Floriana Blk. 5, Triq il-Fosos Avviż CT 116/2001 Valletta No. 85 St. Nicholas Street No. 4 West Street No. 80 Merchants Street No. 125 St. Paul’s Street Tarxien Blk A Anetto Caruana Street Ta’ Xbiex Dlk D3 Qasam Bini tal-Gvern Avviż CT117/2001 Floriana No. 18, 24 and 39 St. Anne Street Triq il-Kapuccini Pieta’ Blocks D2, A2 Triq id-Duluri
Leg 9 PQ #27595 Sitting 588 2001-07-23 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Sistema Non Burn

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-Kumitat tal-Kuntratti kemm ilu jiltaqa' sabiex jiddiskuti l-għoti ta' tender għas-sistema non burn għall-proċess tal-iskart fl-Isptar San Luqa? X'qed iżomm milli jiġi aġġudikat dan it-tender?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li din l-offerta ħarġet bil-proċedura hekk imsejjħa tat-tliet envelopes. Fil-preżent qegħdin fl-istadju finali ta’ l-aġġudikazzjoni teknika. Dawk l-offerti li jikkwalifikaw teknikament ikunu eliġibbli għall-ftuħ tal-prezz tagħhom. Għalhekk malli tiġi ffinalizzata l-parti teknika l-għoti tal-kuntratt isir imminenti. Din l-offerta, li hi waħda teknikament komplessa, għalqet fid-19 t’Ottubru 2000 u l-ewwel rapport wasal għand id-Dipartiment tal-Kuntratti fl-20 ta’ Marzu 2001. Fid-19 t’April saret laqgħa bejn membri tal-Kumitat tal-Kuntratti u dawk tal-Bord ta’ Aġġudikazzjoni u ġie deċiż li jintalbu xi kjarifiki mingħand żewġ offerenti li kienu ser jiġu imwarrba. Dawn il-kjarifiki intalbu fit-8 t’April u r-risposti waslu sal-15 ta’ Mejju. Dawn it-tweġibiet intbagħtu għall-kummenti tal-Bord ta’ Aġġudikazzjoni li wieġeb fit-18 ta’ Ġunju. Wara li dawn ir-risposti ġew miflija mill-Adviser Tekniku tal-Kumitat tal-Kuntratti, fl-10 ta’ Lulju il-Kumitat tal-Kuntratti qabel mal-konklużjoni tal-Bord ta’ Aġġudikazzjoni u cioe’ li dawn iż-żewġ offerti kellhom jitwarrbu. B’hekk issa fadal erba’ offerti li prima’ facie jidhru li huma teknikament validi. Iżda anke dwar dawn jonqos li jintalbu xi kjarifiki biex qabel jinfetħu l-prezzijiet ikun stabbilit b’mod definit li huma teknikament aċċettabbli minn kull lat. Wieħed jittama li fi ftit ġimgħat oħra jkun deċiż min ser jingħata l-kuntratt. Naturalment ma neskludix il-possibilita li jitressaq xi appell minn xi offerent, f’liema każ il-proċeduri stabbiliti fil-liġi jridu jiġu osservati minkejja li dawn jistgħu jittardjaw xi ftit l-għoti tal-kuntratt. Nittama li l-Onorevoli Interpellant japprezza li l-għoti ta’ kuntratt bħal dan jitlob studji bir-reqqa għax ma tistax tieħu deċiżjoni li wara tirriżulta li kienet b’xi mod żbaljata. Naċċertaħ li l-Kumitat tal-Kuntratti qiegħed jgħaġġel kemm jista’ fuq din il-materja, iżda l-Kumitat jiddependi wkoll minn kemm ikollu ‘feedback’ malajr mingħand id-Dipartiment konċernat.
Leg 9 PQ #27514 Sitting 587 2001-07-20 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

ECF 1235/97

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm milli tiġi nfurzata ECF 1235/97 wara li l-anzjana konċernata mietet żmien ilu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Avviż tat-Twettieq ECF 1235/97 kien inħareġ kontra l-persuna li kienet tokkupa l-post fil-1997. Dan peress li kienet issaqfet parti mill-bitħa interna komuni ta` l-appartamenti. L-Awtorita` kienet qieset l-eta` kbira tal-persuna konċernata u aċċettat il-prinċipju li jitħalla s-saqaf tal-"perspex" sakemm tibqa` tgħix fih is-sinjura anzjana. Jirriżulta li l-post ġie vakat meta din il-persuna mietet riċentament. Minkejja li ngħataw żmien raġonevoli, l-eredi qed jonqsu li jonoraw l-arranġament li kien sar mal-ġenitur u jneħħu s-saqaf in kwestjoni. Minħabba dawn iċ-ċirkostanzi il-każ ser jiġi inkluż fil-lista tad-"direct action". L-Awtorita` ser tibqa` ssegwi il-każ sa ma dan jiġi konkluż skond il-liġi.
Leg 9 PQ #27518 Sitting 587 2001-07-20 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Ġnien ta' Hastings

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex tneħħa parti mill-ħadid madwar l-ġnien ta' Hastings dan l-aħħar saritx applikazzjoni quddiem l-Awtorita' tal-Ippjanar u x'ġara minnha?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ma jirriżultax li dan l-aħħar l-Awtorita` ta` l-Ippjanar irċeviet xi applikazzjoni dwar tneħħija ta` xi ħadid minn Hastings.