Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid liema appartament tal-Gvern b'kera huma suġġetti għal reviżjoni tal-kera? Liema mhumiex?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-postijiet tal-Gvern li nkrew mit-13 ta' Marzu 1987 huma soġġetti għal reviżjoni tas-Sussidju fuq il-Kera kull sentejn. Dawk li kienu nkrew qabel, m'humiex.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati fil-Ministeru u Dipartiment tas-Siġurta' Soċjali? Kemm hemm postijiet riservati għall-ipparkja ta' karozzi tal-impjegati msemmija? Fid-dawl tal-fatt li residenti f'Triq l-Ordinanza għandhom diffikultajiet kbar biex jipparkjaw il-vetturi tagħhom, jistgħu jitnaqqsu l-postijiet riservati għall-impjegati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta' impjegati fil-Ministeru għall-Politika Soċjali, inkluż l-uffiċċji tas-Segretarju Parlamentari u s-Segretarju Permanenti hu ta' 45 u dak fid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali hu ta' 386.
Postijiet rizervati għall-parkeġġ ta' karozzi hemm 8 fi Triq l-Ordinanza u 6 fi Triq ir-Repubblika.
In-numru ta' dawn il-postijiet hu l-minimu meħtieġ.
Jista' l-Ministru jgħid jekk is-sejħa li saret għar-reklutaġġ ta' messaġġiera da l-aħħar, kienet miftuħa biss għal persuni diġa impjegati fis-Settur Pubbliku?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li s-sejħa li saret dan l-aħħar għar-reklutaġġ ta’ messaġġiera fil-Qrati tal-Ġustizzja kienet miftuħa biss għall-impjegati fis-Servizz Pubbliku.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ħaddiema tat-tarzna li ħarġu b'pensjoni tal-Invalidita' huma intitolati għal early retirement scheme mill-Malta Drydocks?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jingħad li l-Early Retirement Scheme hija skema stabbilita' li saret bi ftehim bejn l-awtoritajiet governattivi u l-Kunsill tat-Tarzna. Fil-preżent din l-iskema mhijiex miftuħa għal iżjed reklutaġġ. L-aħħar reklutaġġ li sar kien fl-1995.
Huwa assolutament meħtieġ li f'Triq Sant' Anna l-Floriana, kantuniera ma' Pjazza Filippo Sciberras, jibqa' jiġi pprojbit l-Ippjanar ta' vetturi peress li dawn qed itellef ħafna kummerċ lill-ħwienet fil-viċinanzi?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 28352. Iżda ser jittieħdu passi biex tittaffa l-problema.
Jista' l-Ministru jgħid peress li l-ġuvni li d-dettalji dwaru qed jidher under separate cover ilu sentejn li mietet ommu iżda baqa' mhux rikonoxxut bħala l-kerrej ta' l-appartment li ilu jgħix fih għal tant snin, jistax jsir dan mill-aktar fis?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għaddejt il-każ lid-Direttur għall-Akkomodazzjoni Soċjali biex jinvestiga u jieħu l-passi meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid f'hiex waslet ir-reġistrazzjoni tal-propjeta' fil-Belt u fil-Floriana? Kemm ġiet reġistrata propjeta a) pubblika bħala persentaġġ? b) privata bħala persentaġġ s'issa?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi ma tinżammx statistika tat-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar proprjeta` pubblika u dik privata. Infurmat ukoll illi l-ammont ta` applikazzjoni sottomessi fir-Reġistru rigward il-Belt u l-Furjana huma s-segwenti :
SENA
VALLETTA
FLORIANA
1994
1
-
1995
11
1
1996
20
1
1997
46
97
1998
111
43
1999
57
5
2000
29
3
2001
29
9
Jista' l-Ministru jgħid kemm għad hemm impjegati jaħdmu fil-Housecraft, St. Publius Street, Floriana? X'inhu x-xogħol tagħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fil-Guidance and Counselling Unti, li qiegħed f'St Publius Street, Floriana, hemm jaħdmu:
1 Education Officer,
12-il Counsellor,
2 Guidance Teachers i/c mill-Carreers' Seminars for School leavers,
1 graphical officer,
1 clerk,
1 general hand,
1 driver.
F'dan il-post isiru kuljum 3 sessjonijiet dwar il-Karrieri lill-istudenti tal-Form 4 u Form 5 tal-Junior Lyceums u l-iskejjel sekondarji li jiltaqgħu madwar 30 jew 50 student kull sessjoni. Jiġifieri jingħata servizzi lil madwar 120 student/a kuljum. It-timetable għas-sena skolastika 2001 - 2002 diġa ntbagħtet lill-istudenti. F'dan il-post isir ukoll taħriġ "on-going" lil 12-il Counsellor u 125-il Guidance Teacher ta' l-iskejjel ta' l-Istat, tal-Knisja u Indipendenti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħatat għajnuna finanzjarja fi flus u/jew materjal, sena b' sena f' dawn l-aħħar 3 snin lil kull wieħed mill-Clubs tal-Football li hemm fil-Premier Division tal-Malta Football Association din is-sena?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-għajnuna finanzjarja li ngħatat matul dawn l-aħħar 3 snin lill-Clubs li din is-sena qegħdin fil-Premier Division hija mqassma hekk:
1998
Marsa F.C. Lm7,000
Sliema Wanderers F.C. Lm1,000
Naxxar Lions F.C. Lm3,000
1999
Marsa F.C. Lm5,500
Birkirkara F.C. Lm4,000
2000
Lija Athletics F.C./Balzan Youths Lm3,325
Pieta` Hotspurs F.C. Lm 200
Ingħatat ukoll din l-għajnuna lil nurseries ta' timijiet tal-Premier Division.
1998
Paola Hibs Youth Nursery Lm 900
Pieta` Hospurs Youth Nursery Lm 500
1999
Floriana Youth Nursery Lm 300
Sliema Wanderers F.C. Lm 400
2000
Valletta Lions Youth Nursery Lm 200
Naxxar Lions Youth Nursery Lm 300
Floriana Youth Nursery Lm 250
Minbarra dawn l-għotjiet, f'Lulju 1999 tħallset is-somma ta' Lm700 biex jitnaddaf il-ġibjun li hemm fil-Victor Tedesco Stadium, Ħamrun. F'Novembru 2000 tħallset is-somma ta' Lm25,000 lil Valletta F.C. għall-iżvilupp tas-Salinos Football Ground.
Matul din is-sena għadha ma ngħatat ebda għajnuna finanzjarja li xi wieħed mill-Clubs tal-Premier Division.
Għajnuna materjali li ngħatat lill-Clubs tal-Premier Division matul is-snin 1998 - 2001 ingħatat lill-Hibernians F.C., Ħamrun Spartans F.C. u Floriana F.C. Din l-għajnuna kienet tikkonsisti f'użu bla ħlas ta' makkinarju biex sar xogħol ta' manutenzjoni tal-grounds ta' Kordin, Ħamrun u Floriana.
Il-clubs ta' Valletta, Floriana, Marsa, Pieta` u Sliema ingħataw il-possibilita` li jagħmlu użu mill-grounds tal-Marsa jew mingħajr ħlas jew inkella b'rati mnaqqsa.
Ingħatat ukoll għajnuna lil Floriana F.C. biex ġie rranġat il-ground tal-Furjana wara ċ-ċelebrazzjonijiet tal-Millenju. Din l-għajnuna kienet tikkonsisti fi:
* tqegħid ta' chain link fence madwar il-football pitch
* tiswija ta' boundary walls u rain water culverts
* irranġar tas-sand pit
* tneħħija ta' materjal li kien intefa' fuq it-turf pitch
* proviżjoni ta' inġenji sabiex jitbiddlu l-floodlights u
jinżebgħu l-arbli
* tnaddaf il-wiċċ tal-ground mid-debris u nxtara
conditioner (Terracottem) u ż-żerriegħa għal total
ta' madwar Lm3,500.
Dan ix-xogħol sar minn ħaddiema tad-Diviżjonit tax-Xogħlijiet. Il-Floriana F.C. ħadu ħsieb it-tkabbir tat-turf skond programm normali li jirrikjedi dan ix-xogħol. Sakemm sar dan ix-xogħol, il-Floriana F.C. tħallew jagħmlu użu b'xejn mill-pitch fil-Kumpless tal-Marsa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu liċenzji tas-sewqan internazjonali, sena b' sena f' dan l-aħħar 5 snin?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li tul dawn l-aħħar ħames snin tħallsu liċenzji tas-sewqan internazzjonali kif ġej:
Sena Liċenzji tas-Sewqn Internazzjonali
1997 1,279
1998 988
1999 1,161
2000 1,103
sal-31/08/2001 719
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu vapuri għat-tiswija u kemm inbnew vapuri fil-Malta Drydocks i) bejn ottubru 1996 u Settembru 1998 ii) bejn Settembru 1998 u Awissu 2001?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li bejn l-1 ta' Ottubru 1996 u t-30 ta' Settembru 1998, fit-Tarzna ta' Malta sar xogħol ta' tiswija fuq 223 vapur, filwaqt li bejn l-1 ta' Settembru 1998 u l-31 ta' Awissu 2000, in-numru ta' vapuri li sar xogħol fuqhom kien jammonta għal 360.
Matul id-dati msemmija ma nbena l-ebda vapur fit-Tarzna ta' Malta.
Jista' l-Ministru jgħid jistax id-Dipartiment tat-Taxxi Interni jikkonsidra li tagħti r-refund lill-persuna li l-ID card no tagħha qed jingħataw under seperate cover?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma naħsibx li għandi nagħti nformazzjoni konfidenzjali. Jekk l-Onorevoli Interpellant ikun awtorizzat mit-taxpayer allura r-risposta tingħata lilu privatament. Jekk irid jista' jmur sat-Taxpayer Service u jkun jista' jinqeda minn hemmhekk.
Jista' l-Ministru jgħid tistax titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra lista ta' postijiet tal-Gvern li bħalissa d-Dipartiment tal-Artijiet jista' joħroġ għall-kera b' tender fil-Belt u fil-Floriana?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bħalissa fil-Belt u l-Furjana hemm post wieħed biss li t-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern tista` toħroġ b`tender għall-kiri. Dan huwa 10, Triq Sant`Anna, il-Belt. Hija l-policy tat-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern li meta post ikun jista` jinħareġ b`tender dan isir fi żmien qasir.
Jista' l-Ministru jgħid għala ż-żbir tas-siġar isir fis-6 ta' filgħodu f' żoni residenzjali bħal ma ġara llum stess f' Triq Dun Ġorġ Preca Blata l-Bajda?
Response (ZAMMIT, NINU)
Iż-żbir tas-siġar f'ċerti toroq traffikużi jsir filgħodu kmieni sabiex, kemm jista' ikun, ma tinħoloqx konġestjoni u konfużjoni fit-traffiku minħabba l-inġenji li jintuzaw mill-ħaddiema.
Jista' l-Ministru jgħid fil-Freeport Terminal hemm apparat li jkejjel raġġi radioattivi li potenzjalment li ikunu jistgħu joriġinaw minn oġġetti ġo containers?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li barra mill-gate tal-Freeport Terminal hemm apparat li jkejjel ir-raġġi radioattivi. Dan l-apparat huwa taħt ir-responsabbilta' tad-Dwana.
Jista' l-Ministru jgħid fl-istallazzjoni tal-lifts, jista' jingħata prijorita' fil-każ ta' Block 4 Housing Estate Floriana minħabba li hemm persuna li kellu jagħmel bilatual leg amputation?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-każ indikat mill-Onor. Interpellant qed jingħata l-prijorita' mitstħoqqa.
Jista' l-Ministru jgħati breakdown tal-Lm 4 miljuni li ntefqu mill-Valletta Rehabilitation Project mill-1987 'il hawn sena b'sena u proġett b'proġett? Kemm kienu mpjegati nies tul is-snin? Din il-figura tinkludi l-pagi ta' dawn?