Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #29253 Sitting 629 2001-10-30 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Malta Diary Products

Question

Jista' l-Ministru jgħid peress li fl-inħawi tal-Malta Diary Products fil-Ħamrun hemm akkumulazzjoni ta' raw milk li jiġbed insetti u ġrieden, tista' ssir xi ħaġa dwar dan?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li spezzjonijiet minn uffiċċjali ta` dan id-Dipartiment isiru fuq bażi regolari ġewwa l-MDP, kif ukoll fl-inħawi tal-fabbrika. Għaldaqstant ninforma li għalkemm waqt l-ispezzjonijiet ma` nstab l-ebda akkumulu ta` ħalib nej, ġie nnotat li l-gullies fil-'vehicle wash up area' huma parzjalment miżduda w allura, jibqa` xi għadajjar ta` ilma wara l-ħasil ta` t-trakkijiet u bowsers. L-MDP diġa` ġew infurmati sabiex tittieħed l-azzjoni neċessarja biex tali sitwazzjoni tiġi remedjata.

Żbir ta' Siġar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jistgħux jinżabru s-siġar f' Triq Sir L. Preziosi u f' Triq Saria, Floriana?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li dawn it-toroq ma jaqgħux taħt ir-responsabbilta' tal-Gvern Ċentrali, imma taħt ir-responsabbilta' tal-Kunsill Lokali. Minkejja dan, se tittieħed l-azzjoni meħtieġa biex isir l-iżbir jekk tabilħaqq huwa meħtieġ.
Leg 9 PQ #29130 Sitting 628 2001-10-30 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Wires

Question

Jista' l-Ministru jgħid jistgħux jitneħħew wires tat-telefon u tar-rediffusion antiki li hemm fil-Floriana?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #29131 Sitting 628 2001-10-30 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

ECF 1235/97

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemmx xi żviluppi dwar l-Enforcement Notice imqajjem f' PQ 27514?

Response (BORG, TONIO)

Kif diġa` għedt fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 27514, il-każ ġie inkuż fil-lista tad-'direct action'. Sfortunatament il-lista tal-każi għall-azzjoni diretta hija twila.
Leg 9 PQ #29132 Sitting 628 2001-10-30 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Kordin

Question

Jista' l-Ministru jgħid huwiex possibbli li fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin: 1) jerġgħu jiġu in working order il-personal computers għat-taħriġ tal-ħabsin 2) ikun disponibbli forn biex il-ħabsin ikunu jistgħu jaħdmu t-tafal bħala occupational therapy?

Response (BORG, TONIO)

Fir-rigward tal-personal computers, ninsab infurmat illi wara li dawn ġew imsewwija diversi drabi, qed tinstab diffikulta biex jinstabu l-parts neċessarji minħabba l-ispecifications tagħhom. Tajjeb wieħed jgħid illi l-indikazzjonijiet huma li dawn il-computers kontinwament kienet qed issirilhom ħsara għal ta` l-apposta mill-istess priġunieri. Hemm il-ħsieb li jekk ikun hemm il-fondi neċessarji jinxtraw computers ġodda. Fir-rigward tal-forn għal użu tal-ħami tat-tafal ninsab infurmat illi nġabru quotations biex jinxtara wieħed. Qegħdin isiru arraġamenti mill-Instructor tal-Pottery biex sakemm jinxtara dan il-forn ix-xogħol li hemm lest jittieħed għand l-aġenzija Sedqa li għandhom dan l-apparat.

Housing

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema djar/appartamenti ġew allokati mid-Dipartiment Akkomodazjoni Soċjali fil-: i) Belt ii) Floriana iii) Ħamrun iv) Pieta' v) St. Venera minn Settembru 1998 'l hawn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi minn Settembru 1998 'l hawn ġew allokati 129 post f'dawn il-lokalitajiet: Belt 92 Floriana 20 Hamrun 12 Pieta' 5 St. Venera 0

Maltapost

Question

Jista' l-Ministru jgħid x' prekawzjonijiet qed jittieħdu mill-Maltapost fid-dawl tal-attakki bioloġiċi globali permezz tal-posta dan l-aħħar?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat, li appena bdew l-attakki bijoloġiċi globali permezz tas-servizzi postali, Maltapost mill-ewwel ħadet il-passi kollha biex tilqa’ kontrihom, u saru kuntatti minnufih mal-Unjoni Postali Universali u ma’ diversi amministrazzjonijiet postali , fosthom dik ta’ l-Istati Uniti. Maltapost imxew fuq il-linji ta’ gwida li ntbagħtulhom, u bħala l-ewwel pass qassmu ngwanti tal-plastik u dust masks lill-impjegati li jkollhom kuntatt ma’ ittri w oġġetti postali. Is-sitwazzjoni bħalissa hi li wara li ġew idenifikati xi ittri bi trab ta’ natura mhux magħrufa, il-fergħat tal-posta fejn instabu ingħalqu fuq struzzjonijiet tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sakemm isir magħruf ir-riżultat fuq dan it-trab. Maltapost qed tagħmel dak kollu possibbli biex tissalvagwardja kemm lill-impjegati tagħha kif ukoll lill-pubbliku fiċ-ċirkostanzi preżenti.
Leg 9 PQ #29123 Sitting 627 2001-10-29 Oral · Interim From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Autism

Question

Jista' l-Ministru jgħid x' opportunitajiet joffru d-dipartimenti taħt ir-responsabbilta' tiegħek għal tfal b' Autism?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għal din il-mistoqsija parlamentari qiegħda tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #29125 Sitting 627 2001-10-29 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Autism

Question

Jista' l-Ministru jgħid x' opportunitajiet joffru d-dipartimenti taħt ir-responsabbilta' tiegħek għal tfal b' Autism?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li studenti bil-kundizzjoni ta' awtiżmu jiġu rreferuti lill-Istatementing Moderating Panel sabiex jiġi stabbilit x'għajnuna tista' tingħata għal kull student. Ġeneralment dawn l-istudenti jkollhom l-appoġġ ta' KGAs li jgħinuhom waqt il-ħin ta' l-iskola. Biex dan ikun jista' jseħħ il-KGAs għandhom id-dmir li jirrikmandaw Programm Edukattiv Individwali. Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni qiegħda wkoll tikkunsidra passi oħra biex ittejjeb dan l-appoġġ. Fil-każ ta' persuni bi bżonnijiet speċjali bħal fil-każ ta' Awtiżmu, id-Dipartiment ta' l-Eżamijiet jimxi mar-regoli tal-Bords konċernati ta' l-eżamijiet għall-arranġamenti li jistgħu jkunu permissibbli. Informat ukoll li t-tfal li huma autistic qegħdin jingħataw l-opportunita` li jipparteċipaw fil-programm ta' Skolasport kemm fi klassijiet normali kif ukoll fi klassijiet speċjali skond il-grad ta' awtiżmu.

Xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid peress li l-persuna li d-dettalji tiegħu qed ngħaddi separatament qed jallega li kien f' scale13 u mhux 14 qabel ma ħareġ bil-pensjoni, x' se jiġri f' dan il-każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Membru illi l-persuna minnu ndikata ġiet infurmata bil-miktub dwar ir-rata ta' pensjoni tas-Sigurta' Soċjali li qed tirċievi.
Leg 9 PQ #29127 Sitting 627 2001-10-29 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fifth Formers

Question

Jista' l-Ministru jgħid peress li l-Fifth Formers m' għandhomx it-tielet (l-aħħar) term wara l-Għid, hux aċċettabbli li l-iskejjel privati jżommu l-flus għal tliet terms għall-Fifth Formers?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-iskejjel kollha kkonfermaw li l-lezzjonijiet, inklużi dawk tal-Form 5, jibqgħu sejrin, taħt forma jew oħra, wara l-Għid, u għalhekk ma jidhirx li hemm xi raġuni għaliex dawn l-iskejjel ma għandhomx jitolbu ħlas għat-tielet term.

Għajnuna għall-Mard

Question

Jista' jiġi kkunsidrat li pazjenti f'familji b'dħul finanzjarju baxx jingħataw l-għajnuna għall-mard (SKA) jekk ikollhom mard serju fis-sistema tan-nervituri bħal 1) Multiple Sclerosis 2) Amyotrophic Lateral Sclerosis 3) Alzheimer's Disease 4) Parkinson's Disease

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-mard u l-kundizzjonijiet li dwarhom tista' titħallas Għajnuna għal Mard huma dawk elenkati fit-Taqsima I tal-Ħames Skeda ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali, li kopja tagħha qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. F'dan l-istadju m'hemmx il-ħsieb li jiżdiedu tipi ta' mard u kundizzjonijiet oħra f'din l-iskeda.

Reviżjoni tal-Kera

Question

Jista' l-Ministru jgħid b' refernza għat-tweġiba għal PQ 28479, jistgħu jiġu riveduti kirijiet ta' qabel it-13/3/1987 bil-għan li dawk li diġa' qed jiġu riveduti jkunu jistgħu jinżammu baxxi kemm jista' jkun?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-kirjiet kollha, kemm dawk ta' wara l-1987 kif ukoll dawk li saru qabel huma regolati mill-kuntratt ta' kera li kull inkwilin jiffirma wara li jiġi allokat post.

Lift

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li jsir lift fl-appartament f' Door 1 Triq Saint John Cavalier Valletta peress li hemm persuni b' mard kroniku serju fis-sulari ta' fuq?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li m'hemm ebda applikazzjoni ma' l-Awtorita' tad-Djar għall-istallar ta' lift fil-post indikat mill-Onor. Interpellant.

Films

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inġibdu films parzjalment/totalment f' pajjiżna sena b' sena f' dawn l-aħħar 10 snin?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li statistika dwar produzzjonijiet awdjoviżivi barranin li jinħadmu f'pajjiżna bdiet tinżamm mill-kummissarju tal-films mis-sena l-oħra. Għaldaqstant it-total approssimattiv ta' films minn produtturi barranin li nġibdu f'Malta bejn l-1991 u l-1999 kien ta' ħdax. Fl-istess perjodu inġibdu erba' sensiliet għat-televiżjoni u ħdax-il reklam barrani. Matul is-sena 2000 f'pajjiżna nġibdu ħames films, żewġ sensiliet għat-televiżjoni u ħames riklami.

Triq Melita — Valletta

Question

Jista' l-Ministru jgħid x' xogħolijiet qed isir bħalissa fi Triq Melita l-Belt?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħolijiet li qegħdin isiru fi Triq Melita, il-Belt jikkonsisti f`xogħol biex jitjiebu s-servizzi. Dan ix-xogħol qed isir mill-Kunsill tal-Belt.
Leg 9 PQ #28738 Sitting 617 2001-10-15 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Floriana Senior Citizens

Question

Jista' l-Ministru jgħid b' riferenza għat-tweġiba għal PQ 28588, jista' fil-fond imsemmi, użat mill-Floriana Service Citizens jgħaddi f' idejn l-istess għaqda?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni għandha korrispondenza għaddejja mad-Dipartiment ta' l-Estates Management biex l-ewwel tirregolarizza l-pożizzjoni tal-fond numru 46/47, Triq San Publiju, Floriana, skond il-liġi. Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni qed tistenna l-pariri mitluba.
Leg 9 PQ #28588 Sitting 613 2001-10-09 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Day Centre

Question

Jista' d-day centre f'46/47 Triq San Publju, Floriana li ilu jintuża mill-Floriana Senior Citizens għal 6 snin jingħatalhom b'titlu? Hux meħtieġ li din titressaq quddiem il-parlament? Jekk fl-affermattiv, jista' isir hekk fl-ewwel opportunita' li fiha jkun se jitressqu talbiet simili?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li minn investigazzjonijiet li għamlet it-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern jirriżulta li l-post 46/47 Triq San Publiju huwa mikri lid-Diviżjoni ta` l-Edukazzjoni. Il-'Floriana Senior Citizens' qegħdin jużaw dan il-post b`arranġament mal-istess diviżjoni. Għaldaqstant l-Onor. Interpellant huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.