Legislature:
Category:
Reset
Active:

Impjiegi

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema aġenziji/korporazzjonijiet jistgħu jimpjegaw żgħażagħ taħt it-18-il sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

M'hemm xejn li jipprekludi aġenzija jew korporazzjoni milli timpjega ħaddiema taħt it-18-il sena. Iżda ebda prinċipal ma jista' jesponi mpjegat taħt it-18-il sena għal aġenti u proċessi ta' xogħol elenkati fl-Iskeda ta' Regolament Numru 4 (1)(b) tar-Regolamenti ta' l-2000 dwar il-Protezzjoni ta' Żgħażagħ fuq il-Post tax-Xogħol li se inpoġġi kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #31284 Sitting 690 2002-02-04 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk f'Santa Venera għadx hemm djar li għadhom imqabbda bis-sistema tal-fosos tad-drenaġġ u, jekk fl-affermattiv, f'liema toroq dawn qegħdin, liema huma, kull meta jitbattlu u meta hu maħsub li jitqabbdu mas-sistema ċentrali tad-drenaġġ?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li fil-lista tal-fosos madwar Malta illi d-Dipartiment tad-Drenaġġ għandu biex jitbattlu, ma teżisti l-ebda waħda f'Santa Venera. Għalhekk, jekk hemm xi residenza bil-fossa f'din il-lokalita', dawn qatt ma ġew mgħoddija lil dan id-Dipartiment min-naħa tad-Dipartiment tas-Sanita', u għalhekk it-tbattil tagħhom qiegħed isir mill-privat direttament. Għaldaqstant dawn il-fosos, jekk hemm, id-Dipartiment tad-Drenaġġ, ma jafx bihom.

Ġonna

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet qed isiru fil-ġonna ta' 1) Argotti 2) Fil-Moll 3) Barrakka ta' Fuq 4) Barrakka t'Isfel 5) Hastings 6) Romeo Romano bħalissa? X'hemm ippjanat għal din is-sena?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ix-xogħlijiet li qegħdin isiru bħalissa fil-ġonna msemmija huma dawn: 1. Ġonna ta' l-Argotti a). Xogħol strutturali u bdil ta' saqaf ta' ġibjun li hu perikoluż. b). Bdil ta' żewġ pilastri tal-bieb tan-nofs minħabba li huma perikolużi. c). Irranġar tal-passaġġi prinċipali. 2. Il-Moll tal-Furjana a). Xogħol normali ta' taħwil ta' l-istaġun. 3. Barrakka ta' Fuq a). Xogħol normali ta' taħwil u irranġar tal-vaska tan-nofs. 4. Barrakka ta' Isfel a). Qiegħed jitkompla x-xogħol strutturali fuq il-proġett ta' restawr tal- monument ta' Sir Alexander Ball. 5. Ġnien Hastings - Valletta a). Mistenni li jibda x-xogħol fuq il-ħajt ta' barra l-ġnien. 6. Ġnien Romeo Romano, Sta Venera a). Qiegħed jitkompla xogħol ta' tqegħid ta' ċangatura fil-passaġġi prinċipali.
Leg 9 PQ #31287 Sitting 690 2002-02-04 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Xogħolijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid 1 liema kienu dawk ix-xogħolijiet li saru mill-1994 'il hawn, sena b'sena, fil-lokalitajiet kollha ta' Malta u Għawdex minn ħaddiema tat-Taqsima Xogħlijiet, tad-Dipartiment tal-Bini u Inġinerija, tad-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi, tad-Dipartimennt tal-Bini u Manutenzjoni u mill-Unit għall-Ambjent Nadif, 2 kemm sewa dan ix-xogħol, 3 min ħallas għalih (hux il-Gvern stess jew il-Kunsill Lokali fejn sar ix-xogħol), u 4 f'każ li dan ix-xogħol kellu jitħallas mill-Kunsill Lokali, tħallas u jekk le għaliex?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba hi kif tidher hawn taħt: Dipartiment tal-Bini u Inġinerija SENA NEFQA 1994 Lm 179,387. 1995 Lm 134,739. 1996 Lm 128,240. 1997 Lm 118,072. 1998 Lm2,293,233. 1999 Lm1,308,007. 2000 Lm1,123,352. 2001 Lm 995,455. F'kull każ ix-xogħol tħallas mill-Gvern Ċentrali permezz ta' voti kapitali allokati għal dan il-għan. Ix-xogħlijiet li saru minn dan id-Dipartiment jinkludu xogħlijiet ta' upgrading, esproprjazzjoni ta' l-art, materjal ta' sigurta', ġonna pubbliċi, retaining walls, tisbiħ ta' postijiet pubbliċi u turisitċi u proġetti varji. Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi SENA XOGĦLIJIET XOGĦLIJIET XOGĦLIJIET ORDNATI MINN ORDNATI GĦADHOM DIPARTIMENTI MILL-KUNSILLI MHUX IMĦALLSA TAL-GVERN LOKALI MILL-KUNSILLI 1994 Lm1,855,057. Lm 1,107. ------ 1995 Lm1,111,994. Lm 82,229. ------ 1996 Lm1,519,824. Lm149,046. Lm 703. 1997 Lm1,958,538. Lm 45,466. Lm2,688. 1998 Lm1,332,041. Lm 37,751. Lm 312. 1999 Lm1,296,758. Lm 22,090. ------ 2000 Lm 999,919. Lm 21,710. ------ 2001 Lm 691,440. Lm 32,879. Lm3,055. Ix-xogħlijiet li saru kienu xogħol ta' njam bħal aperturi u għamara, xogħol ta' ħadid bħal għamara tal-ġonna u toroq, aperturi, ħadid għat-turġien, xogħol ta' aluminju, sinjali u tabelli tat-traffiku, tiswijiet ta' lifts, sistemi ta' arja kkundizzjonata, installazzjonijiet u tiswijiet ta' dawl u ilma, u kiri u tiswijiet ta' vetturi u nġenji. Unit għall-Ambjent Nadif Dan id-Dipartiment ilu mwaqqaf minn Settembru 1999. SENA XOGĦLIJIET XOGĦLIJIET IMĦALLSA IMĦALLSA MILL-GVERN MILL-KUNSILLI ĊENTRALI LOKALI 1999 Lm110,944. ------ 2000 Lm568,608. Lm 207. 2001 (sa Ottubru) Lm431,645. Lm3,412. Dawn ix-xogħlijiet kienu relatati ma' manutenzjoni ta' toroq arterji/distributorji, tindif ta' culverts, tindif u ħasil ta' bankini, tbattil u tindif ta' litter bins u tindif ta' widien f'diversi lokalitajiet. Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni Għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-ispiża tax-xogħlijiet li saru mid-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni, huwa mpossibbli li jinġabru l-ispejjeż peress li dan huwa vot kurrenti li jintuża minn diversi Dipartimenti.
Leg 9 PQ #31288 Sitting 690 2002-02-04 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Ġonna

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet qed isir fil-ġonna ta' 1) Argotti 2) Il-Moll 3) Barrakka ta' Fuq 4) Barrakka t'Isfel 5) Hastings bħalissa? X'kemm ippjanat għal din is-sena?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li r-responsabbilta' tal-ġonna ta' l-Argotti hi tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura u ta' l-Universita' ta' Malta. Fil-Mall saret is-sistema ta' irrigazzjoni ġdida, ser issir sistema tad-dawl u qed isiru tħejjijiet għall-pavimentar. Għar-rigward tal-Barrakka ta' Fuq qed isiru t-taħdidiet ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar id-disinn propost mill-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta. Fil-Barrakka ta' Isfel il-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta qed jiffinalizza r-restawr tal-monument ta' ball u qed jitwaħħlu t-toilets ġodda. Ħierġa t-tender għall-bqija tax-xogħol ta' titjib. F'Hastings tneħħa l-periklu li kien hemm u qed isiru t-taħdidiet ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex jerġa' jitla' l-ħajt li jdawru mill-ġdid.

PA

Question

Jista' l-Ministru jgħid peress li l-fond 76, Triq San Nikola l-Belt hu fuq art li mhix tal-Gvern, jistgħux l-inkwilini japplikaw għall-Iskema ta' l-Awtorita' tad-Djar sabiex isiru sidien ta' darhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Inkwilini fi blokkijiet tal-Gvern jistgħu japplikaw biex jixtru l-proprjeta' mikrija lilhom fil-każijiet biss meta l-art tkun proprjeta' tal-Gvern jew f'kors ta' akkwist. Jekk l-art li fuqha hemm mibni l-fond numru 76, Triq San Nikola Valletta hija proprjeta' tal-Gvern jew f'kors ta' l-akkwist, l-inkwilini mitluba japplikaw taħt l-iskema 'Sir Sid Darek'.

Floriana — Slum Clearance

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'hiex waslu t-trattaturi ma' sid stabbiliment fl-inħawi tal-proġett ta' Slum Clearance f'Balzunetta, Floriana? Meta hu maħsub li jinbeda dan il-proġett kif ukoll dak fi Triq il-Kappuċċini Floriana?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li għaddejjin diskussjonijiet mas-sid ta' l-istabbiliment li għamel referenza għalih l-Onor. Interpellant biex jiġi konkluż il-konvenju. Dwar il-proġett fi Triq il-Kapuċċini, ninsab infurmat li waslet biex tingħata t-tender wara s-sejħa għall-offerti u x-xogħol mistenni jibda' aktar tard fi Frar.
Leg 9 PQ #31172 Sitting 685 2002-01-28 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Kumpens

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li l-pazjenta li d-dettalji tagħha qed ngħaddi separatament li kellha kumplikazzjonijiet wara intervent kirurġiku tiġi mogħtija xi forma ta' kumpens?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Peress li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija ta` natura personali, għandha tiġi segwita l-proċedura kif indikata fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 13567 f'seduta 235.
Leg 9 PQ #31174 Sitting 685 2002-01-28 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Pazjenti — Operazzjonijiet

Question

Peress li t-tliet pazjenti li d-dettalji tagħhom qed ngħaddi separatament ilhom ħafna jistennew operazzjoni mhux urġenti iżda minħabba kundizzjoni ta' inkonvenjent kbir, jista' l-Ministru jgħid jistax jiġi mistħarreġ il-każ tagħhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Peress li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija ta` natura personali, għandha tiġi segwita l-proċedura kif indikata fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 13567 f'seduta 235.

Assistenza Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jistgħux iż-żewġ każijiet li d-dettalji tagħhom qed ngħaddi separatament jiġu mistħarrġa mill-aktar fis peress li nżammitilhom l-assistenza soċjali li tant għandhom bżonn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuni ndikati minnu ġew infurmati bl-eżitu tal-każ tagħhom.

Impjiegi — Żgħażagħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema aġenziji/korporazzjonijiet jistgħu jimpjegaw żgħażagħ taħt it-18-il sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru għall-Politika Soċjali li d-Dipartiment tax-Xogħol jifforma parti mid-dekasteru tiegħu.

Skema ta' l-Awtorita' tad-Djar — Bejgħ ta' Appartamenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid l-appartamenti f'76 Triq San Nikola l-belt jistgħu jibbiegħu lill-inkwilieni jekk huma rispettati l-kundizzjonijiet ta' l-Iskema tal-Awtorita' tad-Djar dwar bejgħ ta' appartamenti tal-Gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-inkwilini ta' l-appartamenti 76 Triq San Nikola Il-Belt Valletta jistgħu japplikaw biex jixtru r-residenza tagħhom basta jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' l-Iskema relattiva ċioe' "Sir Sid Darek".

Floriana — Triq il-Kappuċċini

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li tiġi surfaced Triq il-Kappuċċini Floriana mill-fondi tal-Gvern Ċentrali? Jekk fl-affermattiv, meta hu maħsub li jinbeda dan ix-xogħol hekk meħtieġ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qiegħed fi ftehim mal-Kunsill Lokali biex Triq il-Kapuċċini tkun surfaced. Il-Kunsill lesta' x-xogħol li kellu jagħmel tal-bankini u hekk kif id-Dipartiment ikollu konferma li s-servizzi l-oħra kollha qegħdin installati, ix-xogħol ikun jista' jsir.
Leg 9 PQ #30916 Sitting 680 2002-01-21 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pażjenti fil-korsiji fil-wards fl-Isptar San Luqa bħalissa, ward, ward? Kemm hemm social cases li qed jistennew li jiġu trasferiti fl-Isptar San Vinċenz bħalissa, ward, ward?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-pożizzjoni fil-21 ta` Jannar 2002 hija kif ġej: Wards Corsia Social Cases M1 12 2 M2 7 7 M3 10 5 M4 12 13 M5 7 5 M6 8 9 M7 4 5 M8 5 6 MS I 1 3 MS II 0 3 S 4 0 2 WS I 0 2 WS II 0 4 GDW 0 1 Orth I 2 1 Orth III 2 2 Gynae 0 1
Leg 9 PQ #30918 Sitting 680 2002-01-21 Oral · Interim From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

MAN — Outpatient Clinics

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il appuntament fid-diversi outpatient clinics fl-isptarijiet San Luqa u Boffa ġew posposti mindu bdew l-azzjonijiet tal-MAM ix-xahar li għadda?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'seduta oħra.

Ċittadini Ingliżi — Appartamenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemm xi limiti ta' żmien li ċittadini ingliżi jistgħu jgħixu ġo appartament tal-privat b'kiri f'pajjiżna bħalissa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ebda Dipartiment jew entita' li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħi mhu responsabbli mir-regolamentazzjoni tal-kirjiet fil-privat. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Ta' Xbiex — Installar ta' Lift

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li jinbeda l-installar ta' lift fl-appartamenti D1 H/E Ta' Xbiex peress li x'inkwilini b'diżabilita' qed ibatu ħafna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li t-tender għall-istallar tal-lift fil-post indikat mill-Onor. Interpellant ġiet allokata. Ix-xogħol strutturali hu programmat li jinbeda fi Frar u l-lift mistenni jiġi stallat f'April.

Housing

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn huwa l-appartamenti li l-Awtorita' tad-Djar għaddiet lid-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali sabiex jingħataw b'kera? Kemm hemm f'kull lokalita? Meta se jibdew jitqassmu? Kemm minnhom se jkunu riżervati għad-diversi kategoriji ta' applikanti għal social housing?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li l-Awtorita' għaddiet 78 appartamenti lid-Dipartiment. Dawn huma imqassma hekk: Valletta 16 Tarxien 7 Ta' Ġiorni 8 Fgura 12 Bormla 23 Pembroke 12 L-appartamenti ta' Tarxien u Ta' Ġiorni u 8 minn tal-Belt ġa ġew allokati filwaqt li minn ta' Bormla intużaw biex jiġu allokati dawk involuti fis-Slum Clearance. L-oħrajn ser jiġu allokati malli jkollhom is-servizzi pprovduti.

Pensjoni — Romol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm romlu nies matul din is-sena? Kemm minn dawn kienu rġiel u kemm kienu nisa? Kemm minnhom żdiditilhom il-pensjoni, ta' kemm minnhom baqgħet l-istess, kemm minnhom tnaqqsitilhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Id-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali ma jżommx statistika dwar kemm jormlu nies matul is-sena. Iżda dan id-Dipartiment iżomm informazzjoni dwar dawk ir-romol li jagħmlu talba għall-pensjoni u li bdew jitħallsu pensjoni għar-romol taħt l-iskema kontributorja. Ninsab infurmat li matul din is-sena n-numru ta' romol li bdew jitħallsu din il-pensjoni kien ta' 626 u dawn kienu kollha nisa. Skond kif provdut fl-Att dwar is-Sigurta' Soċjali, dawn il-pensjonanti ssirilhom stima mill-ġdid b'effett mill-ewwel Sibt ta' Jannar tas-sena d-dieħla. Għalhekk, għal din is-sena, il-pensjoni tagħhom ma nbidlitx.