Legislature:
Category:
Reset
Active:

Parking Bays — Regolamenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-marki fit-toroq tal-parking bays huwiex regolat bil-liġi jew bir-regolamenti? Jekk fl-affermattiv, minn liema liġi u/jew regolament tat-traffiku? X'inhu d-daqs uffiċjali tal-parking bays? Dawn għandhom ikunu fuq iż-żewġ naħat tat-toroq jew fuq naħa waħda? Kemm-il darba dawn huma regolati bil-liġi, jista' wieħed jipparkja ħażin fihom u ma jiġix imħarrek jew jipparkja fejn m'hemmx parking bays miżbugħa u jiġi mħarrek?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-parking bays huma regolati bir-Regolamenti dwar is-Sinjali tat-Traffiku u l-Marki tal-Karreġġata paragrafu 3 c (ORDINANZA DWAR IR-REGOLAMENT TAT-TRAFFIKU (KAP. 65). F'Avviż Legali Nru. 207 ta' l-2000 il-paragrafu nkwestjoni ġie emendat b'mod li: "Il-vetturi għandhom jiġu hekk ipparkjati, kemm jisa' jkun, ġewwa l-ispazju għall-ipparkjar b'dan li jidħlu fin-nofs tal-bays. Fil-każ ta' bays ta' daqsijiet diversi l-vetturi għandhom jiġu pparkjati, kemm jista' jkun, ġewwa l- bay xieraq skond id-daqs tagħhom." Dwar il-mistoqsija jekk dawn il-bays għandhomx ikunu fuq żewġ naħat tat-toroq jew fuq naħa waħda, jiddependi minn diversi fatturi prinċipalment il-wisa' tal-karreġġata, il-volum u d-direzzjoni tat-traffiku (one way jew two way). Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija nikkonferma li persuna tista' tipparkja fejn m'hemmx marki ta' parking bays miżbugħa sakemm il-persuna ma tkunx qed tipparkja fejn huwa ndikat b'xi sinjali li dak il-parkeġġ huwa projbit jew f'post fejn il-liġi ma tippermettix parkeġġ.

Ħaddiema Barranin — Ilmenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm ilmenti minn ħaddiema barranin li jaħdmu b'mod legali f'pajjiżna sena b'sena f'dawn l-aħħar 5 snin u matul dan l-aħħar 4 xhur?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-istatistika li tinżamm mid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta' l-Impjieg ma tiddistingwiex bejn ilmenti magħmula minn ħaddiema Maltin u minn dawk magħmula minn ħaddiema barranin li qed jaħdmu b'mod legali f'Malta.

Konstribuzzjonijiet ta' l-NI

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jirriżulta li ma tħallsux kontribuzzjonijiet ta' l-NI minn: 1 self employed 2 kumpaniji privati sena b'sena matul dawn l-aħħar 5 snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Minn Jannar 1998, il-ġbir u l-infurzar tal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-Sigurta' Soċjali għadda taħt ir-responsabbilta' tad-Dipartiment tat-Taxxi Nterni. Għalhekk, dwar l-aħħar erba' snin nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat. Fir-rigward ta' l-informazzjoni għal perijodu qabel l-1998, ninsab infurmat li r-rekords tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar ħlas ta' kontribuzzjonijiet kienu jinżammu b'sistema manwali u fuq bażi ndividwali u għalhekk mhux possibbli li tinġabar l-informazzjoni kif mitluba. Irrid ngħid li f'Awissu tas-sena 2001, beda l-proċess biex ir-rekords tal-kontribuzzjonijiet imħallso mill-persuni assigurati kollha mill-1956 jinqalbu fuq sistema komputeriżżata.

Ilmenti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm ilmenti minn ħaddiema Maltin 1) b'kuntratt fiss 2) b'siegħat imnaqqsa 3) part-time 4) minħabba vittimizzazzjoni 5) minħabba fastidju sesswali 6) minħabba diskriminazzjoni 7) minħabba sensji kollettivi 8) minħabba mergers ta' negozji 9) minħabba trasferiment ta' negozji matul dawn l-aħħar 4 xhur?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li matul dawn l-aħħar erba' xhur, id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta' l-Impjieg irċieva sitt ilmenti relatati ma' kuntratti fissi u tlett ilmenti relatati ma' mpjiegi part-time. Id-Dipartiment għadu ma jżommx statistika dwar il-kumplament ta' l-informazzjoni mitluba għax l-ilmenti ndikati m'humiex koperti fil-liġi preżenti dwar il-kundizzjonijiet ta' l-impjieg.
Leg 9 PQ #33154 Sitting 732 2002-05-08 Oral · Interim From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il pazjent/a barrani/ija għamlu użu minn servizz fl-Isptar San Luqa (i) bħala inpatient (ii) bħala out patient a) xahar b'xahar minn Jannar sa April din is-sena? b) servizz b'servizz c) nazzjonalita' b' nazzjonalita' Kemm ħarġu kontijiet? Kemm kienu jammontaw fi flus? Kemm tħallsu s'issa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #33155 Sitting 732 2002-05-08 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Tax Compliance Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il 1) investigazzjoni 2) operazzjoni, jirriżulta li saru fi kliniċi/sptarijiet privati xahar b'xahar, lit-tax compliance unit, kemm ilha tinġabar, jekk tinġabar din l-informazzjoni? Kemm jirriżulta li ntefqu flus xahar b'xahar?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari nru. 33096 f'seduta 730.
Leg 9 PQ #33115 Sitting 731 2002-05-07 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Capital Gains

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il proprjeta' jirriżulta li nbiegħet u kemm tħallsu taxxi tal-capital gains sena b'sena kemm ilha li ġiet intodotta din it-taxxa?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li għall-iskopijiet tal-income tax, taxpayer li jkun ghamel qligh kapitali f’xi sena partikolari jkollu dan il-qligh maghdud mal-income l-iehor tieghu, u ghalhekk mhux possibbli li tghid x’taxxa tkun thallset fuq il-qligh kapitali. Ma jinzammu l-ebda rekords dwar kemm il-proprjeta’ tkun inbieghet bhala rizultat tad-dikjarazzjonijiet li jsiru fil-formola tat-taxxa fuq id-dhul. Qieghed hawn naghti l-ammont ta’ taxxa li tnaqqset jew thallset, sena b’sena, meta jkun sar it-trasferiment tal-proprjeta’ li madankollu partijiet minnhom jkunu thallsu lura f’refunds lit-taxpayers f’dawk il-kazijiet ta’ taxpayers li ma jkunux taxxabbli jew li jinqabdu b’rata ta’ taxxa baxxa: Sena Taxxa Provvizorja (Qligh Kapitali) Lm 1993 2,716,687 1994 5,616,568 1995 8,061,020 1996 6,083,232 1997 5,729,045 1998 5,653,961 1999 6,343,922 2000 8,025,028 2001 9,219,939
Leg 9 PQ #33116 Sitting 731 2002-05-07 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Proprjeta' — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jirriżulta li barranin xtraw proprjeta' f'pajjiżna sena b'sena f'dawn l-aħħar 10 snin? Kemm intefqu flus sena b'sena?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ permessi li ngħata lill-persuni barranin biex jixtru proprjeta mmobbli sena b’sena f’dawn l-aħħar 10 snin u l-valur ta’ l-istess proprjeta’ huma dawk indikati hawn taħt:- SENA NUMRU TA’ PERMESSI VALUR TA’ L-PROPRJETA’ Lm 1992 315 6,256,162 1993 283 6,981,915 1994 359 9,562,771 1995 256 7,991,950 1996 258 8,540,509 1997 167 5,651,520 1998 150 6,665,930 1999 219 10,622,784 2000 292 21,373,205 2001 497 37,350,648
Leg 9 PQ #33117 Sitting 731 2002-05-07 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti 1 Maltin u 2 barranin fid-dipartiment tas-saħħa? Kemm minnhom huma marbutin li ma jaħdmux privat u kemm jitħallsu jekk 1 jaħdmu wkoll privat u 2 jekk ma jaħdmux ukoll privat?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' konsulenti Maltin li jaħdmu fid-Diviżjoni tas-Saħħa huwa 109 li minnhom 5 huma fuq bazi part-time. Dawk li jaħdmu fuq bażi full-time għandhom salarju ta' Lm9621 fis-sena (Skala Nru. 4) u "allowances" skond il-ftehim milħuq mal-MAM. Dawk li jaħdmu fuq bażi part-time jitħallsu salarju pro-rata bbażat fuq Lm9621 fis-sena skond in-numru ta' sigħat li jaħdmu. Il-konsulenti Maltin kollha jistgħu jaħdmu privat. In-numru ta' konsulenti barranin li jaħdmu fid-Diviżjoni tas-Saħħa huwa tlieta. Dawn jaħdmu fuq bażi ta' kuntratt u ma jistghux jaħdmu privat. Dawn jitħallsu kif ġej: 1 Salarju ta' Lm9621 fis-sena, bla taxxa u expatriate allowance ta' Lm1400 fis-sena bla taxxa 1 Salarju ta' Lm35,000 fis-sena bla taxxa 1 Salarju ta' Lm45,000 fis-sena, taxxabbli.

Housing

Question

Jista' l-Ministru jgħid tistax l-awtorita' tad-djar tara jistax jiġi stallat lift fl-appartamenti tal-gvern bl-indirizz 28D Triq Nofsinhar il-Belt peress li joqgħodu fihom anzjani/persuni b'diżabilita'?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Awtorita' tad-Djar ma reċeviet ebda applikazzjoni għall-installar ta' lift fil-blokk indikat mill-Onor. Interpellant. Jekk f'dan il-blokk hemm xi persuna b'diżabilita' ta' mobilita' din għandha tissottometti lill-Awtorita' applikazzjoni taħt Skema V.

Kunsilli Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali f'Malta u Għawdex li għandhom xi forma ta' arranġamenti u/jew ftehim ma' skejjel primarji u sekondarji tal-Gvern jew tal-Knisja dwar l-użu ta' l-istess skejjel jew ta' partijiet minnhom fil-ġranet u l-ħinijiet ta' wara l-iskola? Jekk hemm dawn l-arranġamenti jew ftehim liema huma l-kunsilli lokali li għamluhom, ma' liema skejjel u f'hiex jikkonsisti tali arranġament jew ftehim?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kemm il-Ministeru tiegħi kif ukoll id-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, ma jżommu din it-tip ta` statistika.
Leg 9 PQ #33025 Sitting 730 2002-05-06 Oral · Interim From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Kunsilli Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-iskejjel primarji u /jew sekondarji f'Malta u Għawdex li għandhom xi forma ta' arranġament u/jew ftehim ma' kunsilli lokali dwar l-użu ta' l-istess skejjel jew ta' partijiet minnhom fil-ġranet u l-ħinijiet ta' wara l-iskola? Jekk fl-affermattiv, ma' liema kunsilli lokali għamluhom u fhiex tali arranġament u/jew ftehim jikkonsistu?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Kunsilli Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li assumew id-devoluzzjoni totali tat-tqegħid ta' lampi ġodda u manutenzjoni ta' dawk eżistenti? Jekk wara din id-deċiżjoni ta' prinċipu sarx minn dawn il-kunsilli x-xogħol tekniku neċessarju biex din id-devoluzzjoni tiġi fis-seħħ? Jekk fl-affermattiv meta dawn il-kunsilli se jibdew jassumu r-responsabbilta' tat-tqegħid ta' lampi ġodda u l-manutenzjoni ta' dawk eżistenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Minkejja li ebda Kunsill Lokali ma irrifjuta d-devoluzzjoni tat-tqegħid ta` lampi ġodda u manutenzjoni ta` dawk eżistenti, l-ebda Kunsill jew grupp ta` Kunsilli Lokali għadu ma ngħata din id-delega peress li jew qegħdin fil-fazi tal-`award` tat-`tenders` relativvi jew id-diskussjonijiet għadhom għaddejjin. Hu mistenni pero` li din id-delega toħroġ f`qasir żmien.

Housing

Question

Jista' l-Ministru jgħid jistgħux jiġu stallati lifts f'dawn l-appartamenti fejn joqgħodu anzjani/persuni b'diżabilita': 1 46 Triq Sant'Anna Floriana 2 1 Triq San Franġisk Floriana?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Dwar fond numru 46, Triq Sant' Anna, Floriana, ninsab infurmat li t-tromba tat-taraġ hi dejqa wisq biex takkomoda lift. Dwar fond numru 1, Triq San Franġisk, Floriana, nfurmat li l-lift jista' jsir billi tidjieq parti mit-taraġ. It-tenders għall-installar ta' dan il-lift mistennija joħorġu dalwaqt.

Saħħa Fuq il-Post tax-Xogħol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija nru. 32933 u cioe, jista' jgħid fid-dawl tal-liġi dwar is-saħħa fuq il-post tax-xogħol jista' jsir mezz biex il-ħaddiema tal-Monti fi Triq Merkanti l-Belt jaħdmu f'ambjent nadif billi t-triq tinħasel kuljum?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.

Pulizija — Parking

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija nru. 32919 u cioe, jista' jgħid peress li fi Triq Mile End Ħamrun hemm ħafna uffiċċini tista' l-awtorita' ta' l-ippjanar tieħu ħsieb tinforza dwar faċilitajiet ta' parking ta' vetturi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku ser jitlob lill-Kunsill Lokali biex isiru marki b'tali mod li l-parkeġġ fiż-żona ndikata mill-Onor. Interpellant ikun organiżżat aħjar.