Jista' l-Ministru jgħid saret investigazzjoni dwar l-iżbalji fil-karti tal-eżami tas-SEC
li seħħew dan l-aħħar?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-ilmenti kollha li tressqu quddiem il-Bord tal-MATSEC ġew eżaminati bil-għan li jekk jirriżulta li kien hemm xi żball li minħabba fih setgħu jiġu ppenalizzati xi studenti, jingħata rimedju xieraq. Dan ġara s'issa f'żewġ każijiet - l-Ingliż fil-livell intermedju u fil-Computer Studies fil-livell tas-SEC. Huwa maħsub li wara li jispeċċaw l-eżamijiet kollha isir rapport sħiħ dwar żbalji - fondati jew allegati - u dwar il-passi li jridu jittieħdu biex il-karti joħorġu b'ebda żball daqskemm hu umanament possibbli.
Jista' l-Ministru jgħid hemm żviluppi dwar il-fond f'St. Publius Street Floriana li l-għaqda tal-festa San Publju talbet sabiex tuża bħala maħżen?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern għandha diversi talbiet għal fond Nru. 45, Triq San Publiju, Floriana. Il-proprjeta` ser tinħareġ għall-kiri fil-futur qarib.
Jista' l-Ministru jgħid hemmx żviluppi dwar l-użu tal-bitħa sabiex jiġi stallat lift fl-appartamenti bl-indirizz 41 Triq il-Miratur Floriana?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Awtorita' tad-Djar għadha ma rċeviet ebda risposta dwar it-talba għall-approvazzjoni mid-Dipartiment ta' l-Artijiet u l-kunsens ta' min qed juża l-btieħi biex isir ix-xogħol neċessarju.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il pazjent/a barrani/ija għamlu użu minn servizz fl-Isptar San Luqa (i) bħala inpatient (ii) bħala out patient
a) xahar b'xahar minn Jannar sa April din is-sena?
b) servizz b'servizz
c) nazzjonalita' b' nazzjonalita'
Kemm ħarġu kontijiet? Kemm kienu jammontaw fi flus? Kemm tħallsu s'issa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant.
Peress li Triq San Pawl, St Venera, issa hi mibnija ħafna aktar jista' l-Ministru jara li tiġi surfaced?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Direttorat għat-Toroq flimkien mal-Kunsill Lokali qed jimplimentaw programm għall-asfaltar ta' toroq simili ma Malta kollha u x-xogħol fil-lokalita' issir skond il-prijoritajiet li jkunu qegħdin jirriżultaw min żmien għal żmien.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-kummerċ f'importazzjoni minn u f'esportazzjoni lejn l-Eġittu, il-Libja, it-Tuneżija, l-Alġerija u il-Marokk sena b'sena f'dawn l-aħħar 6 snin - mill-1996 'l hawn?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Membru qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b'fibrosing alveolitits f'pajjiżna?
Peress li qed jiġi ssuġġerit lilhom lung transplant li barra minn pajjiżna hija operazzjoni għolja wisq minħabba t-trasport bl-ajru bl-użu ta' ajruplan-ambulanza jista' jiġi kkunsidrat li operazzjoni simili ssir f'pajjiżna?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ma teżistix informazzjoni preċiża dwar kemm għandna persuni fil-pajjiż li jsofru minn fibrosing alveolitis.
Sa llum m'hux possibbli li dawn it-trapjanti jsiru f'pajjiżna għal ħafna raġunijiet, fosthom l-availability ta donaturi.
Tajjeb li nżommu saqajna ma' l-art u nkomplu ninvestu u niżviluppaw f'servizzi tas-saħħa li l-effikaċja klinika tagħhom tkun ippruvata u li allura joffru valur miżjud f'saħħa u kwalita' ta' ħajja aħjar liċ-ċittadini tagħna.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-iskejjel primarji u /jew sekondarji f'Malta u Għawdex li għandhom xi forma ta' arranġament u/jew ftehim ma' kunsilli lokali dwar l-użu ta' l-istess skejjel jew ta' partijiet minnhom fil-ġranet u l-ħinijiet ta' wara l-iskola?
Jekk fl-affermattiv, ma' liema kunsilli lokali għamluhom u fhiex tali arranġament u/jew ftehim jikkonsistu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ebda skola f'Għawdex m'għandha arranġament jew ftehim mal-Kunsill Lokali biex l-iskola tintuża fi ġranet jew wara l-ħinijiet ta' l-iskola, ħlief l-iskola Primarja tan-Nadur li għandha ftehim li l-Kunsill Lokali jista' juża s-sala kif ukoll xi klassijiet wara l-ħinijiet ta' l-iskola skond il-ħtiġijiet.
L-informazzjoni mitluba dwar il-Kunsilli Lokali f'Malta qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar appartamenti tal-gvern li jinsabu battala bħalissa fil-Belt u fil-Floriana?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jiċċara l-Mistoqsija tiegħu. Jekk b' "tagħrif" qed jirreferi għal indikazzjoni ta' fejn huma dawn il-postijiet ninfurmah li mhix il-policy li din l-informazzjoni tiġi ppubblikata u dan biex ma taggravax is-sitwazzjoni ta' okkupazzjoni illegali ta' postijiet tal-Gvern battala.
Peress li tliet pulizija pajżana daħlu għand familja bi żball wara li kellhom l-indirizz u n-numru tat-telefon korrett nhar is-sibt 11 ta' Mejju wara nofsinnhar, jista' l-Ministru jgħid jistax jiġi investigat dan il-każ li d-dettalji tiegħu qed ngħaddi under separate cover?
Tista' issir apoloġija lill-familja konċernata?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi dan l-ilment qed ikun investigat u l-familja ikkonċernata ser tkun infurmata bl-eżitu ta` l-investigazzjoni.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 33122 u cioe` jgħid kemm jirriżulta li ma tħallsux kontribuzzjonijiet ta' l-NI minn:
1
self employed
2 kumpaniji privati
sena b'sena matul dawn l-aħħar 5 snin?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 33121 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u li ġiet riferuta lilu u cioe`: jgħid kemm kellna ħaddiema barranin differenti, sena b'sena, matul dawn l-aħħar għaxar snin, nazzjonalita' b'nazzjonalita?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jinġabar u tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm mit-twaqqif ta' l-ITS 'l hawn bdew kull sena skolastika? Kemm mill-istudenti li bdew id-diversi korsijiet għal raġuni jew oħra ma baqgħux jattendu l-korsijiet li kienu qegħdin jagħmlu? Kemm mill-istudenti li ma baqgħux jattendu l-kors tagħhom kienu penalizzati għal dan? Kemm minn dawk penalizzati kienu mitluba jħallsu lura l-istipendju li kienu rċevew kemm damu l-ITS? Kienu mitluba jħallsu lura l-istipendju l-istudenti kollha li ma baqgħux jattendu l-kors li bdew u kellhomx dawn iħallsu l-istipendju kollu?
Response (REFALO, MICHAEL)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. ħabib tiegħi tirrikjedi ħafna xogħol għaliex titlob stħarriġ li jmur lura tnax il-sena. Għaldaqstant mhuwiex possibbli li tingħata tweġiba f'qasir żmien.
Inwiegħed lill-ħabib tiegħi li kif tasalli l-informazzjoni jien inwieġeb il-mistoqsija tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid hux il-kunsilli lokali kollha aċċettaw li joffru mill-uffiċċji tagħhom is-servizz ta' l-e-governement? Il-kunsilli kollha li aċċettaw li jagħtu dan is-servizz ħatru e-councellor? Il-gvern se jipprovdi computers ġodda lill-kunsilli lokali għal dan is-servizz? Minn meta fil-fatt se jibda? Jekk il-kunsilli lokali se jingħataw il-possibbilta` li in vista ta' dan is-servizz u ta' xogħlijiet oħra li daħlu għalihom jimpjegaw iżjed nies u jekk fl-affermattiv kif dan se jiġi regolat?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Kunsill Lokali kollha urew l-interess li joffru s-servizzi ta’ l-eGovernment mill-Ufficcju Amministrattiv taghhom pero’ ghad hemm tliet Kunsilli li sa llum ghadhom ma hatrux l-eCouncillor taghhom. Dawn huma l-Kunsilli tal-Marsa, Sannat u Xaghra.
Biex ihajjru l-Kunsilli kollha jidhlu ghal dan il-progett il-Gvern offra pakkett ta’ incentivi li fost ohrajn jinkludi;
1. vot ta’ Lm350,000 fl-ahhar budget;
2. spiza finanzjata mill-Gvern ta’ cirka Lm100,000 ohra f’taghmir ta’ computers u connectivity biex jitwaqqaf Internet Centre f’kull lokalita ghall-uzu tar-residenti;
3. inter-connectivity tas-sistemi: interni u access ghall-Internet bi hlas nominali;
4. installazzjoni b’xejn ta’ mill-anqas web phone wiehed f’kull lokalita;
5. tahrig b’xejn ghal mill-inqas zewg persuni min kull lokalita ntiza biex dawn ikunu kapaci jaghtu t-tahrig fl-uzu tal-komputer fil-lokalita stess u dan fil-kuntest ta’ skema ta’ tahrig b’xejn li qed tinhadem mal-Ministeru tal-Edukazzjoni;
6. access b’xejn ghall-portal tal-Gvern u pariri teknici b’xejn ghall-izvilupp tal-website tal-Kunsilli.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm gradwati jaħdmu i) fl-Income Tax Department ii) VAT Department iii) Tax Compliance Unit? Kemm minnhom huma marbutin li ma jaħdmux wkoll fil-privat? Kemm jitħallsu i) jekk jaħdmu ii) jekk ma jaħdmux wkoll fis-settur privat?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fid-Dipartiment tat-Taxxi Interni hemm jaħdmu 10 gradwati full-time. Rigward ix-xogħol privat, id-Dipartiment jimxi mal-proviżjoni li hemm fl-Estacode paragrafu 7.1.11. Minn dawn l-għaxar gradwati, ħadd minnhom ma applika biex jagħmel xogħol privat.
Fid-Dipartiment tal-VAT hemm erba' gradwati u dawn jitħallsu l-allowance stabbilita fil-ftehim kollettiv tal-Gvern għal persuni gradwati, jiġifieri Lm200 jew Lm150 fis-sena. L-ebda wieħed minnhom ma jaħdem ukoll fis-settur privat.
Fir-rigward tat-TCU sa l-aħħar ta' April 2002 in-numru ta' gradwati jaħdmu mat-TCU kienu 22. Dawn huma kollha Accountants u/jew Awdituri. Skond il-kuntratt tax-xogħol, kollha huma marbuta li ma jaħdmux xogħol privat. Is-salarju li jitħallsu huwa stabbilit fil-kuntratt, skond kif appruvat mill-MPOu l-PSC, u ttieħed in kunsiderazzjoni l-fatt li dawn l-impjegati ma jistgħux jeżerċitaw il-professjoni ta' Accountants jew Awdituri fil-privat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti professjoni i) Maltin 2) Barranin fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar?
Kemm minnhom huma marbutin li ma jaħdmux privat u kemm jitħallsu? i) Jekk jaħdmu wkoll privat u ii) jekk ma jaħdmux wkoll privat?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Id-ditti legali imsemmija m`humiex marbutin li ma jaħdmux privat.
Il-konsulenti barranin huma marbutin li ma jaħdmux xogħol privat li jista` jirriżulta f`kunflitt ta` interess mal-funzjonijiet tagħhom fl-Awtorita`.
Jista' l-Ministru jgħid kemm jirriżulta li saru kawżi fil-Qrati matul is-sena 2001? Kemm-il avukat, kumpanija legali u/jew prokuraturi legali differenti ġew magħżula mill-partijiet mhux governattivi fil-kawżi kollha? Hemm xi statistika dwar kemm-il darba u f'kemm-il kawża ma dehrux professjonisti fuq l-imsemmija u b'hekk kellha tiġi differita l-kawża matul is-sena 2001?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li matul l-2001 kien hemm 20,329 kawżi introdotti u 21,727 deċizi. Għall-kumplament tal-mistoqsija, ninforma lill-Onor. Interpellant li ma tinzammx statistika ta` l-infomazzjoni li qed jitlob.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni Enemalta tagħti prijorita' lill-installazzjoni ta' B Phase f'appartamenti tal-Gvern fejn ġie stallati lifts mill-PA dan l-aħħar minħabba d-diffikultajiet li għandhom anzjani/persuni b'diżabilita' minħabba taraġ?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li x-xogħol meħtieġ biex titwassal il-provvista ta' l-elettriku kif indikat fil-mistoqsija, għandu jsir flimkien ma' xogħolijiet oħra simili.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid hemmx żviluppi dwar l-istallar ta' lift fl-appartamenti bl-indirizz 36 Triq Sant'Anna, Furjana?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li għalkemm hemm spazju biex joqgħod lift żgħir fil-post indikat mill-Onor. Interpellant, fil-livelli (il-landings) tal-flats numru 2 u 3 mhemmx spazju fejn jista' jinfetaħ il-bieb tal-lift u għalhekk ma jidhirx li hu possibbli li jiġi nstallat lift.