Legislature:
Category:
Reset
Active:

Swar — Tindif

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ilhom ma jitnaddfu s-swar tal-Belt u l-Furjana minn ħaxix ħażin? Jista' jsir dan ix-xogħol?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li t-Taqsima tar-Restawr tagħmel xogħol ta tindif u manutenzjoni fuq is-swar tal-Belt Valletta u l-Furjana b'mod regulari. Fil-fatt, f'dawn l-aħħar xhur saru xogħolijiet fuq is-sur ta Notre Dame fil-Furjana u fix-Xatt ta Lascaris fil-Belt Valletta.

Ħamrun — Bulky Refuse

Question

Pperess li Sqaq Żawri kantuniera ma' Triq Danny Cremona Ħamrun intela' b'kwantita' qawwija ħafna ta' bulky refuse, jista' l-Ministru jgħid jistax jinġabar dan l-iskart mill-aktar fis?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Billi dan l-inkarigu issa qiegħed f'idejn il-Kunsilli Lokali, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Forensiċi — Marki tas-Swaba

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemmx talba għal esperti forensiċi tal-marki tas-swaba bħalissa? Jekk le, hemm ħsieb li jkun hemm fil-ġejjieni qarib?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab informat li l-Amministrazzjoni tal-Qrati ma ħarget ebda talba biex jinħatar espert forensiku tal-marki tas-swaba u mhux solitu li tinħareg xi talba simili.

MNL

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Laboratorju Nazzjonali Malti (MNL) se jimpjega esperti forenziċi tal-marki tas-swaba? Jekk fl-affermattiv, dawn se jkunu part-time jew full-time?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Laboratorju Nazzjonali ta' Malta kellu diskussjonijiet kemm mal-Forensic Science Service kif ukoll mal-Laboratory of the Government Chemist fl-Ingilterra biex dawn jipprovdu taħriġ għall-esperti f'dan il-qasam. Fil-preżent, il-Laboratorju Nazzjonali qiegħed jistenna dettalji dwar dan it-taħriġ. Il-Laboratorju Nazzjonali ta' Malta huwa nteressat li dawn l-esperti jkunu aċċessibbli hawn Malta u lest jinvesti biex ikun hemm is-servizz f'dan il-qasam. Huwa lest jidħol f'kuntratt biex jipprovdi s-servizz neċessarju u jekk ikun hawn esperti f'dan il-qasam, joffri s-servizzi kollha biex dan ikun jista', b'mod kummerċjali, joffri dan is-servizz. Jekk min-naħa tal-Qorti jkun hemm il-ħtieġa, inklużi servizzi oħra, li dan is-servizz ikun fuq bażi full-time, il-Laboratorju lest jimpjega nies fuq bażi full-time sakemm it-talba għal dawn is-servizzi ssir direttament lill-istess Laboratorju Nazzjonali.

Awtorita` tad-Djar — Persuna b'diżabilita`

Question

Peress li wara li l-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament applikat għall-iskema V ta' l-awtorita` tad-djar, membru tal-familja żviluppat marda b'diżabilita` serja ħafna (non hodgkin's symphoma) jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex din il-familja ma tistax tibbenefika minn skema 7 minflok?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata applikat taħt Skema 7 - (Għajnuna Finanzjarja Għal Persuni b'Diżabilita' għall Xogħolijiet Ta' Titjib Relatati mad-Diżabilita' tagħhom f'Residenzi Okkupati Minnhom) u Skema V - (Skema ta' Installazzjoni ta' Lifts fi Blokki/Entraturi Residenzjali li huma Proprjeta' tal-Gvern) għall-installar ta' lift. Peress li l-applikazzjoni taħt Skema V kienet avvanzata ħafna l-Awtorita' tad-Djar iddeċidiet li tipproċedi bl-installar tal-lift taħt din l-iskema.
Leg 9 PQ #34259 Sitting 760 2002-06-24 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mediterranean Conference Centre — Ħsejjes

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx żviluppi sabiex ħsejjes mill-Mediterranean Conference Centre - sew minħabba l-arja kundizzjonata kif ukoll minħabba l-attivitajiet li jiġu organizzati - ma jibqgħux ikunu ta' inkonvenjent għar-residenti fl-inħawi, b'mod partikolari fis-sigħat bikrija ta' filgħodu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li dwar l-'Air Condition' din is-sena diġa` tbiddel Unit sħiħ ta' waħda mis-swali u sa' l-aħħar ta' Ottubru għandu jiġi mbiddel Unit sħiħ ta' sala oħra. Minstennija aktar rinnovazzjonijiet fuq l-'Air Conditions' li għandhom komplessivament jaħdmu b'inqas ħsejjes. Informat ukoll li qed tiġi studjata l-possibilita` li jiġu mbarrati bil-ġebel xi tweiqi li jagħtu għal fuq inħawi residenzjali.
Leg 9 PQ #34307 Sitting 760 2002-06-24 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 34060, jista' jgħid x'tagħmir hemm fl-Isptar San Luqa, fl-Isptar Boffa, fl-Isptar Zammit Clapp u fl-Isptar Mount Carmel li hu stmat li jiswa aktar minn Lm100,000? Liema huwa u f'liema sena ġie stallat, każ b'każ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba hija kif ġej: Mixtri Installat Sptar San Luqa Bi-Plane Angiography Unit 1986 1986 Videoendoscopy Unit 1997 1998 Cardiac Catheterization System 1997 2000 Ma` dawn hemm tagħmir mediku li jiswa` 'l fuq minn LM100,000 u li ma ġiex mixtri, iżda kienu jew donazzjoni (CT Scan fl-1983) jew leased (MRI fl-1999). Mixtri Installat Sptar Sir Paul Boffa Treatment Planning Simulator 1998 1999 Cobalt Unit (Head) 1993 1993 Linear Accelerator 1993 1994 Fl-iSptar Zammit Clapp u Sptar Monte Carmeli ma hemmx tagħmir mediku li jiswa` 'l fuq minn LM100,000.
Leg 9 PQ #34059 Sitting 755 2002-06-17 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Mediċina COSAAR

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx żviluppi dwar it-talba skond schedule 5 għall-mediċina COSAAR għall-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Peress li l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant hija ta` natura personali, għandha tiġi segwita l-proċedura kif indikata fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 13567 f'seduta 235.
Leg 9 PQ #34060 Sitting 755 2002-06-17 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Tagħmir

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tagħmir hemm fl-Isptar San Luqa, fl-Isptar Boffa, fl-Isptar Zammit Clapp u fl-Isptar Mount Carmel li hu stmat li jiswa aktar minn Lm100,000? Liema huwa u f'liema sena ġie stallat, każ b'każ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Marsa — Qormi Road

Question

Jista' l-Ministru jgħid tistax issir zebra crossing f'Qormi road Marsa fil-parti biswit il-kantuniera ma' Triq Abela fil-Ħamrun minħabba d-diffikulta' li wieħed isib biex jaqsam din it-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Għaddejt il-Mistoqsija lid-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku biex jara x'jista jsir.

Housing

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għad hemm applikanti fid-dipartiment akkomodazzjoni soċjali li ilhom japplikaw minn qabel 1987? F'liema kategorija jinstabu? Minn liema lokalitajiet huma? Kemm minnhom naqqsu l-punti minn dak iż-żmien 'il hawn minħabba tibdil fiċ-ċirkostanzi/sistema tal-punti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba minbarra dik mitluba fl-aħħar parti tal-Mistoqsija li dwarha ma tinżammx statistika.
Leg 9 PQ #34126 Sitting 755 2002-06-17 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Euro Coins

Question

Jista' l-Ministru jgħid jistgħux jiġu provduti euro coins lill-ħwienet permezz tal-banek kummerċjali jew il-bank ċentrali peress li t-turisti qed ikollhom diffikulta' biex jingħataw bqija preċiża?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-munita euro mhix valuta legali f'Malta u għalhekk mhux suppost tiġi aċċettata mill-ħwienet bl-istess mod li dawn jaċċettaw il-lira Maltija. Għalkemm hu veru li l-ħwienet jaċċettaw flus barranin għax-xiri mit-turisti, il-bejgħ xorta waħda jibqa' fuq bażi ta' flus Maltin u naturalment il-bqija tat-transazzjoni trid tkun fi flus Maltin.

Slum Clearance Projects

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi żviluppi hemm dwar slum clearance projects f': i) Triq Argotti/Triq l-Iljun Floriana ii) 22 Triq il-Kapuċċini Floriana iii) St Charles Street Valletta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li: i) rigward Triq l-Argotti/Triq l-Iljun, Floriana, saret l-applikazzjoni għall-permess għand l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, li sallum għad ma ġietx risposta dwaru. Kien hemm xi dewmien dwar il-ħruġ tal-permess minħabba xi trattativi ma' terzi persuni; ii) dwar 22 Triq il-Kappuċini, Floriana, l-permess ġie approvat u t-tender ingħatat pero' inqalgħu xi problemi dwar min hu l-propjetarju ta' wieħed mill-garaxxijiet eżistenti; iii) rigward St Charles Street, Valletta jidher li għalissa ma hemm l-ebda proġett ta' slum clearance maħsub għal dan is-sit.
Leg 9 PQ #33957 Sitting 752 2002-06-10 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kors Universitarju — Suġġetti

Question

B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija 33815 għad hemm bżonn li f'suġġetti fil-livell advanced studenti bilfors iridu jgħaddi minnhom fl-istess sessjoni sabiex jidħlu f'xi kors l-universita'?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li biex jidħlu f'xi kors fl-universita`, l-istudenti għandhom bżonn iċ-Ċertifikat tal-Matrikola u li jissodisfaw ir-rekwiżiti għad-dħul fil-fakulta` li jixtiequ. Ir-regolamenti taċ-Ċertifikat tal-Matrikola jitolbu li l-kandidati jagħmlu żewġ eżamijiet fil-livell avvanzat u tlett suġġetti fil-livell intermedju u s-Systems of Knowledge f'sessjoni waħda, li tinkludi l-eżami ta' Mejju u l-eżami supplimentari f'Settembru. Biex jikkwalifikaw għaċ-Ċertifikat, il-kandidati jridu jġibu minimu ta' 44 punt minn 100, u jgħaddu minn suġġett ta' Grupp 1 (lingwa), suġġett ta' Grupp 2 (suġġett umanistiku jew suġġett kummerċjali), suġġett ta' Grupp 3 (xjenza jew matematika) u s-Systems of Knowledge. Ir-rekwiżiti għad-dħul fil-fakultajiet huma differenti minn fakulta` għall-oħra.

Housing

Question

Jista' l-Ministru jgħid dwar l-istallazzjoni tal-lifts fl-appartament tal-gvern fil-Floriana: i) hemm xi żviluppi dwar l-użu tal-bitħa fil-każ tal-fond bl-indirizz 46 Triq Sant' Anna Floriana ii) hemm xi żviluppi dwar l-istallazzjoni fil-fond bl-indirizz 55 Triq is-Sur Floriana?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li dwar fond numru 46, Triq Sant' Anna Floriana, it-tromba tat-taraġ hija dejqa wisq biex takkomoda lift filwaqt li ma jidhirx li hemm bitħa fejn jista' jiġi nstallat lift. Fir-rigward tal-fond numru 55, Triq Is-Sur Floriana l-każ huwa simili. Fiż-żewġ każijiet għad trid issir spezzjoni minn Engineer biex jikkonferma jekk hemmx possibilitajiet oħra.

Housing

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'irriżulta mill-istudji dwar l-istallazzjoni ta' lift fil-fond 7 Pjazza Mattia Preti Valletta fejn joqogħdu anzjani/persuni b'diżabilita' fis-sulari ta' fuq?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li minn spezzjoni li saret irriżulta li mhux possibbli jiġi nstallat lift f'dan il-blokk minħabba li t-tromba tat-taraġ komuni hi dejqa wisq.

Housing

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemmx għajnuna għal single parents li jiġu allokati appartament tal-gvern b'direct allocation peress li dawn ikunu jridu jirriabilitaw l-appartamenti allokati lilhom, kemm f'forma ta' skemi tal-awtorita' tad-djar kif ukoll b'forma ta' għajnuna soċjali mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jekk l-Onor Interpellant qed jirreferi għall-postijiet allokati b’titolu ta’ kera mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali, l-inkwilini jistgħu jibbenefikaw minn Skema W ta’ l-Awtorita’ tad-Djar. Din l-iskema tipprovdi għal għotjiet għall-irranġar u titjib tal-postijiet sa massimu ta’ Lm1,000 għal dawk il-postijiet mibnija qabel l-1960 u sa massimu ta’ Lm750 għal dawk il-postijiet mibnija wara l-1960. L-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali ma jipprovdix speċifikament dwar single parents li jiġu allokati appartament tal-Gvern iżda skond l-istess Att, single parents jistgħu jaħdmu mingħajr ma jitilfu d-dritt għall-għajnuna soċjali kemm-il darba dħul tagħhom ma jaqbiżx id-differenza bejn il-paga minima nazzjonali u r-rata ta’ l-għajnuna soċjali għal tnejn minn nies.
Leg 9 PQ #33812 Sitting 748 2002-06-03 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita` — Korsijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema suġġetti huma organizzati korsijiet l-Universita` sabiex iħarrġu studenti għal suġġetti f'livell ta' SEC, intermediate jew f'livell avanzat?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Korsijiet fil-Junior College sabiex iħarrġu studenti huma dawn: 1. f'livell avvanzat u intermedju Maltese English French Italian German Spanish Marketing Accounting Economics Geography History Philosophy Religion Sociology Applied Maths Biology Chemistry Physics Pure Maths Environmental Studies Art Computing Information Technology Music Engineering Drawing / Graphical Communication Home Economics 2) f'livell intermedju biss Systems of Knowledge Informat ukoll li l-Junior College ma jħarriġx studenti f'livell ta' SEC.
Leg 9 PQ #33815 Sitting 748 2002-06-03 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita` — Eżamijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta u f'liema ċirkostanzi hu essenzjali li eżamijiet f'livell ta' SEC, intermediate jew avanzat jiġu mogħtija fl-istess sessjoni sabiex student ikun jista' jidħol l-Universita`? Jidhirlu l-Ministru li dan qed iwassal għal stress żejjed?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li r-raġuni li jsiru t-tlett livelli (SEC, Intermediate u Advanced) fl-istess sessjoni hu minħabba r-restrizzjoni ta' żmien. B'dan l-arranġament il-Bord jirnexxielu jagħmel l-eżamijiet kollha tal-kitba fi żmien ta' xi ħames ġimgħat u nofs. F'dan il-kuntest ta' min ifakkar li ebda student ma jista' jidħol għal suġġett f'iktar minn livell wieħed f'sessjoni partikulari ta' l-eżamijiet. L-eżamijiet minnhom infushom joħolqu xi stress f'numru ta' studenti u wieħed ma jaħsibx li dan l-arranġament jikkawża xi stress żejjed.

Awtorita` tad-Djar — Xiri ta' fondi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi bdil fiċ-ċirkostanzi dwar l-iskema ta' l-awtorita` tad-djar li biha min jikri fond tal-gvern ikun jista' jixtrih (RTB) dwar il-fatt li l-art ma tkunx tal-gvern f'dawn il-każi: 71 Triq il-Miratur, Furjana, 73 Triq il-Miratur, Furjana u 76 Triq San Nikola, Valletta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Awtorita' tad-Djar ma tistax tbigħ propjeta' mibnija fuq art li l-Gvern ikollu b'titolu ta' possession and use. Ninsab infurmat li, skond ir-rekords ta' l-Awtorita', il-fond indikat fil-Furjana jaqa' taħt din il-kategorija filwaqt lil-Awtorita' m'għandha ebda rekord dwar il-fond indikat fil-Belt.