Legislature:
Category:
Reset
Active:

Floriana — Żbir ta' Siġar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jistgħux jinżabru s-siġar fi Triq Sir Luigi Preziosi Floriana peress li dan ilu ħafna ma jsir u hu ta' nkonvenjent għar-residenti?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li s-siġar li hemm ħdejn il-ġnien Sir Luigi Preziosi nżabru f'Diċembru 2000. Peress li bħalissa dawn is-siġar, li huma Oleander, huma jkunu bil-fjuri, se jerġgħu jinżabru lejn l-aħħar ta' Settembru.

Sant Iermu — Bini ta' Ċint

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jerġa' jittella' ċ-ċint f'Sant Iermu biswit l-akkademja tal-pulizija fil-Belt?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-post imsemmi mill-Onorevoli Interpellant jaqa' taħt il-ġurisdizzjoni tal-Pulizija u għalhekk nitolbu jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #35141 Sitting 783 2002-09-16 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ġnien Argotti — Riabilitazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta wieħed iqis li fadal ammont sostanzjali ta' xogħol ta' restawr u riabilitazzjoni ġewwa l-ġnien tal-Argotti (fil-parti privata hekk imsejħa tal-universita'), x'fondi qed tiproġġetta li talloka l-universita' biex dan ix-xogħol jkun jista' jsir? Għaliex l-universita' qed iżżomm lura milli ċertu xogħol isir mill-ħaddiema fis-sezzjoni tal-manutenzjoni ta' l-universita' stess? Minħabba li jidher li hemm nuqqas sostanzjali ta' ħaddiema manwali u tekniċi għal xogħol li dan il-ġnien jeħtieġ, x'qed tipproġetta li tagħmel l-universita' fl-ingaġġ ta' nies kwalifikati biex jaħdmu f'dan il-ġnien u meta ser jittieħdu passi konkreti biex dan l-ingaġġ isir?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-parti ta' l-Universita` fl-Argotti diġa' sar xogħol estensiv li jammonta għal Lm68,000. Ix-xogħol fuq ir-restawr u reabilitazzjoni ġewwa l-ġnien ta' l-argotti qiegħed ikompli skond il-flus li kienu allokati. L-Universita` qegħda tistenna allokazzjoni għall-flus tas-sena 2003 biex tkun f'pożizzjoni li talloka l-flus għal dan it-tip ta' xogħol għall-Argotti. Is-sezzjoni tal-manutenzjoni ta' l-Universita` għamlet ċertu xogħol fl-Argotti u dan sar skond il-prioritajiet ta' l-Universita`. Qed jiġi kkunsidrat complement ta' nies li għandu bżonn l-Argotti vis-a`-vis mal-flus li se jkunu provduti.

Ilma tat-Tisqija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jistax jiġi organizzat li siġar u xtieli li hemm f'postijiet pubbliċi, fosthom proġetti ta' toroq ġodda, jiġu msaqqa' bl-ilma b'mod regolari partikolarment fix-xhur sħan tas-sajf?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Leg 9 PQ #35144 Sitting 783 2002-09-16 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Xagħra tal-Furjana

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema xogħlijiet saru fix-Xagħra tal-Furjana matul din is-sena? Liema xogħlijiet huma programmati? Hemmx il-ħsieb li ssir xi applikazzjoni għall-underground car park?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li x-xogħol li sar fix-Xagħra tal-Furjana jikkonsisti f'reseeding tat-turf u manutenzjoni tal-floodlights. Inxtrat ukoll pompa ta' l-ilma ġdida. Dan ix-xogħol sar bħala parti mill-preparazzjoni għat-tournament tal-Munidavocat. Is-Segretarjat Parlamentari alloka għotja ta' Lm3,500 sabiex sar xogħol estensiv sabiex ġew irranġati d-dressing rooms.

Sigurta' Soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min ħadem għal bosta snin fil-Libja u ħallas kontribuzzjonijiet tas-sigurta’ soċjali sew hemm kif ukoll hawn Malta, se jibbenefika minn dan il-ħlas doppja? Il-Libja qiegħda tħallas b’xi mod lil dawn il-ħaddiema Maltin li kkontribwew hemmhekk?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li 'l-ftehim bejn Malta u l-Libja ikopri biss il-kontribuzzjonijiet dwar is-Sigurta' Soċjali u mhux benefiċċji. Mill-1990 kull min ħadem jew qed jaħdem il-Libja ried iħallas il-kontribuzzjoni hawn Malta, jekk ried li jgawdi il-benefiċċji taħt il-Liġi Maltija dwar is-Sigurta Soċjali. Il-Libja tħallas biss benefiċċju dwar korriment lil dawk il-ħaddiema li kkontribwew jew qed jikkontribwixxu hemmhekk jekk korrew fuq ix-xogħol f'dak il-pajjiż.

Santa Venera — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema toroq ġodda saru u liema toroq qed isir ix-xogħol fuqhom ġo St. Venera?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li t-toroq ġodda li diġa saru ġo Santa Venera huma: Triq il-Markiż John Scicluna Triq ġdida fi Triq Kanonku Bonniċi Triq ġdida fi Triq C. Buġeja Parti minn Triq Abela Parti minn Triq Kanonku Bonniċi Parti minn Triq C. Buġeja Parti minn Triq George Pace It-toroq li ser isiru huma: Triq Salvinu Spiteri Triq San George Triq Romeo Romano Triq il-Kapillan Ġwann Azzopardi

Ġnien Romeo Romano

Question

Jista' l-Ministru jgħid rigward il-ġnien Romeo Romano: liema xogħlijiet i) saru f'dawn l-aħħar snin ii) se jsiru fiż-żmien li ġej?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li f'dawn l-aħħar snin saru diversi xogħlijiet ta' manutenzjoni u tisħiħ fi ġnien Romeo Romano, Santa Venera. Dawn kienu jinkludu: 01. tnaddfu u nksew mill-ġdid żewġt ibjar; 02. tindif u kisi tal-ġibjun il-kbir minn fejn inġabru wkoll 25 skip mill-kbar imbarazz; 03. tiswija ta' drenaġġ li kien jiskula fil-ġibjun; 04. bini ta' żewġ culverts jaqsmu t-triq ta' quddiem il-ġnien biex jilqgħu l-ilma tax-xita għal ġol-ġiebja; 05. restawr għall-istat oriġinali ta' kanali tal-ġebel 'l fuq minn mitt metru tul; 06. tiswija ta' diversi bjut biex ma ssirx aktar ħsara; 07. tqegħid ta' katusi tal-fuħħar li jwasslu ilma mill-bjut għal ġol-ġibjun; 08. tneħħija ta' materjal mill-passaġġi qabel it-tqegħid taċ-ċangatura; 09. stallazzjoni ta' pajpijiet ġodda ta' l-ilma; 10. tqegħid ta' ċangatura; 11. fis-sienja sar xogħol ta' restawr tal-ħitan u ta' travi kif ukoll sar xogħol fuq il-ħadid; 12. xogħol fl-entratura tal-ġnien li ġiet mibdula u attrezzata; 13. tiswijiet ta' ħitan li kienu jinkludu tneħħija ta' ħadid u pajpijiet u tkaħħlu mill-ġdid; 14. tneħħija ta' gallarija tal-ġebel li reġgħet inbniet għall-oriġinal; 15. restawr ta' żewg funtani; 16. bini ta' gaġġa għall-għasafar; 17. livellar ta' ħamrija; 18. tqegħid ta' arbli tad-dawl u bankijiet; u 19. kisi ta' żewġ btieħi biċ-ċangatura. Xogħlijiet li ser isiru fill-futur huma: 01. tkomplija ta' tiswijiet tal-ħitan madwar u fil-ġnien; 02. jitkompla xogħol ta' tqegħid ta' ċangatura fil-passaġġi; 03. tkomplija ta' xogħol ta' restawr fir-razzett; u 04. stallazzjonijiet tad-dawl.
Leg 9 PQ #35087 Sitting 782 2002-09-16 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Santa Venera — Ground

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet saru s'issa fil-ground ta' San Ġużepp f'St. Venera u liema xogħlijiet huma ppjanati għaż-żmien li ġej?

Response (GALEA, LOUIS)

Infurmat li wara li ntlaħaq ftehim bejn is-Segretarjat Parlamentari u l-Kunsill Lokali sabiex isir xogħol fil-ground ta' San Ġużepp f'Santa Venera, liema xogħol jinkludi upgrading ġenerali tal-ground, ix-xogħol imsemmi diġa` nbeda.

Liċenzji ta' Ħanut — Floriana

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-ħanut li l-indirizz tiegħu qed ngħaddi separatament skaditlu l-liċenzja iżda din baqgħet ma ġġedditx?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-fatt is-sid tal-liċenzja li qed issir riferenza għaliha irċieva l-avviż mingħand id-Diviżjoni tal-Kummerċ sabiex ikun jista' jsir it-tiġdid relattiv. Tajjeb jingħad li kien hemm ftit tad-dewmien biex jinħarġu l-avviżi tat-tiġdid minħabba perjodu ta' transizzjoni minn meta l-liċenzji tan-negozju għaddew mingħand il-Pulizija għal għand id-Diviżjoni tal-Kummerċ.

Valletta — Restawr

Question

Jista' l-Ministru jgħid tistax ix-xbiha tal-qalb ta' Ġesu li hemm kantuniera bejn Triq l-Ifran u Triq St. Lucia Valletta tiġi restawrata fiż-żmien li ġej?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta għandu programm kontinwu ta' restawr ta' statwi tal-kantunieri. Din l-istatwa ilha fil-programm iżda hemm żewġ problemi li għad iridu jiġu riżolti. L-ewwelnett, din l-istatwa tagħmel parti minn propjeta privata u l-Gvern ma jistax jaqbad u jidħol jagħmel xogħol f'din il-gallerija jekk ma jkunx hemm talba speċifika mill-propjetarji. It-tieni problema hi, li din l-istatwa hija post għoli ħafna u għalhekk irid isir proġett għalih u mhux titqies mal-proġett kontinwu ta' manutenzjoni ta' statwi 'normali' tal-kantunieri.

Għajnuna Soċjali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jgħaddu separatament tingħata l-għajnuna soċjali mill-aktar fis peress li r-raġel tagħha safa bla xogħol wara kumplikazzjonijiet li sofra wara inċident tat-traffiku

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-talba għall-Għajnuna Soċjali tal-persuna ndikata minnu kienet waħda li taqa' taħt l-provvediment ta' l-artikolu 128 ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali. Dan ifisser li din it-talba ġiet mistħarrġa mill-Bord għall-Għajnuna Soċjali. Il-Bord ċaħad it-talba. Nfakkar l-Onor. Interpellant li deċiżjoni ta' dan il-Bord mhix appellabbli, u li dan il-Bord, li fuqu hemm żewġ Membri Parlamentari, wieħed minn kull naħa tal-Kamra jirregola l-proċeduri tiegħu nnifsu. Għaldaqstant mhux indikat li jsir xi intervent minn naħa tiegħi kif qed jitlob l-Onor. Interpellant. Il-persuna ndikata tista' terġa titlob reviżjoni tal-każ lill-Bord.

Biċċerija — Pressjoni ta' l-Ilma

Question

Sabiex tiżdied il-pressjoni ta' l-ilma fil-Biċċerija, jista' l-Ministru jara li tibda tiffunzjona l-pompa li ilha stallata mhux ħażin?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li fil-biċċerija hemm pressure normali ta' ilma. Madanakollu, ser jiġi ċċekjat l-operat tal-pompa msemmija.
Leg 9 PQ #34956 Sitting 780 2002-07-23 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm radio operators tal-AFM fit-turetta? Minħabba ż-żieda fix-xogħol tagħhom, jistgħu dawn ma jingħatawx dmirijiet oħra?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li fit-Turretta tal-Palazz hemm 13-il radio operators li huma membri regolari tal-Forzi Armati li jahdmu fuq is-sistema ta’ xift. Ma jirri¿ultax li f’dawn l-ahhar xhur kien hemm xi ¿ieda sostanzjali fix-xoghol tat-Turretta. Ir- radio operators li jahdmu fit-Turretta, minn ¿mien ghal ¿mien, jissejhu biex jaghmlu dmirijiet ohra militari. F’forza dixxiplanata din hi prattika normali li tigi implimentata fis-Sezzjonijiet kollha.

Mall — Floriana

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser jinbeda x-xogħol fil-Mall, Floriana u jekk hux ser ikun imdawwal?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-ewwel fażi, dik tat-tqegħid ta' sistema ta' 'drip irrigation' , diġa' saret. Fi ftit jiem ser jibda r-restawr tal-funtana ta' "l-Ajkla. It-talba għal permess għall-proġett sħiħ, li jinkludi titjib sostanzjali, paviment, dawl, bankijiet eċċ qiegħed quddiem l-Awtorita' ta' l-Ambjent u l-Ippjanar.

Twaqqigħ ta' Bini

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta ser jitwaqqa l-bini fi Triq l-Argotti kantuniera ma' Triq l-lljun Floriana u fi Triq il-Kapuċċini, Floriana

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-proġett ta' Triq Kapuċċini, Floriana huwa imminenti li jibda. Fadal xi problema ma min qed jokkupa xi bini u kif din tissolva, l-proġett ikun jista' jibda mill-ewwel. Il-progett ta' Triq l-Argotti ma' Triq l-Iljun wasal ukoll fi stadju avvanzat li jibda u huwa mistenni li t-twaqqih jibda wara Ottubru 2002. Irrid infakkar li d-dewmien ghal dan il-proġett seħħ minħabba li l-Gvern b'impenn lejn il-Furjana kabbar dan il-proġett ħafna iktar minn dak originali.

Housing — Lift

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex qed jingħad li fil-każ ta' l-installazjoni tal-lift f'24 Triq Sant'Anna, Floriana, filgħodu ma jistax jintuża l-lift għax m'hemmx biżżejjed vultaġġ? Peress li dan hu ta' inkonvenjenza kbira għal xi persuni b'diżabilita`, tista' titranġa s-sitwazzjoni mill-aktar fis?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Awtorita' tad-Djar kienet irreferiet il-problema ndikata mill-Onor. Interpellant lill-Enemalta. Infurmat ukoll li t-tiswijiet meħtieġa tlestew dan l-aħħar u l-problema ġiet riżolta.

Monument tal-Gran Mastru Manuel De Vilhena

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid skond ir-records tal-Kamra tad-Deputati, mindu kien ġie mċaqlaq il-monument tal-Gran Mastru Manuel de Vilhena mill-Mall għall-Pjazza Pope Giovanni XXIII fil-Furjana fl-1989, kemm-il mistoqsija parlamentari saret f'dan il-parlament dwar dan il-monument hekk importanti? Min għamilhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab informat li mir-records tal-Kamra tad-Deputati jirriżulta li bejn l-1989 u l-2002 l-għadd ta' mistoqsijiet parlamentari li saru dwar il-monument tal-Gran Mastru Manuel de Vilhena kien ta' 20. Dawn saru mill-Onor. Herman Farrugia, l-Onor. Reno Calleja u l-Onor. Jean Pierre Farrugia.

Housing — Skema V

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid rigward l-appartamenti kollha fil-Belt u fil-Floriana li l-inkwilini tagħhom applikaw għal skema V: 1) kemm hi wiesgħa t-tromba tat-taraġ każ b'każ?? 2) f'liema każijiet hemm alternattiva oħra li jiġi stallat lift? F'kull każ x'inhi din l-alternattiva? 3) f'liema każijiet jista' jiġi stallat lift permezz tal-bitħa? Ta' min hi l-bitħa u l-arja tagħha f'kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita' tad-Djar irċeviet 59 applikazzjoni biex jiġu nstallati lifts fi blokki tal-Gvern fil-Belt u fil-Furjana. Normalment, jekk hu possibbli, l-lift jiġi akkomodat fit-tromba tat-taraġ. Dan ikun possibbli fejn it-tromba tat-taraġ ikollha wisgħa ta' 2.8 metri fejn inħallu wisgħa ta' 90 ċentimetru għal kull indana tat-taraġ u minimu ta' metru għall-lift. Kull każ jiġi mistħarreġ il-possibilita' li jiġi nstallat lift anki f'bitħa, dejjem bl-approvazzjoni ta' l-Awtorita' tal-Ippjanar u tal-proprjetarji li f'dawn il-każijiet hu d-Dipartiment ta' l-Artijiet li ġeneralment jikri l-appartamenti nkluż ħwienet, garaxxijiet, clubs u mħażen taħt il-blokki lil terzi persuni. Jekk l-Onor. jixtieq aktar dettalji dwar każ partikolari hu mitlub jispeċifika l-blokk sabiex jingħata t-tagħrif meħtieġ.