Legislature:
Category:
Reset
Active:

Single Parent Families

Question

Jista` l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' single parent families li b'xi mod jew ieħor hu magħruf lill-Gvern (forsi minħabba għajnuna li jirċievu mingħandu), kemm huma rġiel u nisa, u minn liema lokalitajiet huma?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Assistenti Każwali

Question

Jista` l-Viċi Prim Ministru jgħid f'hiex waslu d-diskussjonijiet li l-Gvern qed ikollu ma' l-Union Ħaddiema Magħqudin dwar l-Assistenti Każwali fir-rigward tal-kontribuzzjoni soċjali li jridu jħallsu u fin-nuqqas ta' kundizzjonijiet ta' xogħol u benefiċċji li m'humiex intitolati għalihom bħal ħaddiema oħra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Billi d-diskussjonijiet dwar l-Assistenti Soċjali Każwali issa daħlu f'fażi finali u kruċjali ħafna, naħseb li mhux opportun li tingħata xi nformazzjoni fil-preżent.

Door Numering

Question

Jista' il-Ministru jgħid jistax isir renumbering ta' Triq Clarence Pieta' minħabba d-diffikultajiet li hemm minħabba duplikazzjoni ta' numri?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li Triq Clarence, Pieta', bħal ħafna triqat oħra f'lokalitajiet madwar Malta, ma nħadmitx meta sar l-eżerċizzju ta' 're-numbering' fil-lokal peress li din it-triq hija konfini bejn l-Imsida u l-Pieta', u toroq bħal dawn ma kenux qed jiġu kkunsidrati għal raġunijiet ovvji. Soluzzjoni għal problemi ta' toroq simili għal dik imsemmija tidher li nstabet iżda minħabba l-eżerċizzju massiv li sar, u li qed isir, ta' 'Mass Renewal' ta' l-I.D. Cards fil-lokalitajiet kollha ta' dawn il-gżejjer, ix-xogħol tan-numerazzjoni tal-bibien kien ristrett ħafna sabiex ma jsir l-ebda tfixkil lill-Kummissjoni Elettorali.
Leg 9 PQ #35809 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Restawr ta' Pitturi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu stmat li sewa x-xogħol ta' restawr tal-pitturi ta' Mattia Preti tal-kappella ta' Sarria fil-Furjana?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat illi l-kwadru ta' San Sebastjan ta' Mattia Preti, li kien ittieħed mill-knisja ta' Sarria għall-Mużew ta' l-Arti ġie rrestawrat mis-Sur George Farrugia, Senior Restorer tal-pittura. Ix-xogħol sar fuq medda ta' xi erba' snin mingħajr ma ġew ingaġġati barranin b'xi ħlas. Għalhekk m'huwiex possibbli li tikkwantifika kemm sewa dan ir-restawr partikolari peress li ma kienx l-uniku proġett tas-Sur Farrugia. Ir-rapport finali dwar ir-restawr għadu qed jinkiteb.
Leg 9 PQ #35810 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex waslu t-taħdidiet mal-unions konċernati dwar l-ingaġġ b'mod permanenti tal-casual clerks/typists/substitute clerks li qed jaħdmu fis-servizz pubbliku?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant ghat-twegibiet li kont tajt ghall-Mistoqsija Parlamentari numru 3756, 8656, 12337, 18903 u 34193 nhar il-21 ta’ Jannar 1999, 12 ta’ Lulju 1999, 17 ta’ Jannar 2000, 18 ta’ Settembru 2000 u 25 ta’ Gunju 2002, rispettivament.

Pulizija — Special Duty Allowance

Question

Jista' il-Ministru jgħid, fil-korp tal-pulizija liema huma dawk it-taqsimiet li jaqgħu taħt special duty allowance? Jista' jgħid ukoll x'inhuma l-kriterji neċessarji sabiex jittieħed dan l-allowance?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-Taqsimiet fi ħdan il-Korp tal-Pulizija li fil-preżent huma ntitolati għal din l-allowance huma: Special Assignment Group; dawk li jagħmlu xogħol mingħajr uniformi fid-Dipartiment tal-Investigazzjoni Kriminali, inkluż it-taqsimiet tad-Droga Frodi u Vizzji; Special Branch; Forensika u Prosecutions Unit.

Pensjoni

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Parlament bl-aħħar żviluppi li kien hemm fir-rigward tar-riżultati li qed jikseb id-dipartiment tas-servizzi soċjali fl-investigazzjonijiet tiegħu dwar allegati abbużi fit-teħid ta' pensjonijiet, benefiċċji soċjali u children's allowances?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-investigazzjonijiet li qed jagħmel id-dipartiment rigward l-allegati abbużi fit-teħid ta' pensjonijiet, benefiċċji soċjali u children's allowances qed iħallu r-riżultati li għalihom kienet maħluqha is-sezzjoni. Minn Jannar ta' din is-sena ġew investigati 117 il-każ ta' persuni li jirċievu l-għajnuna soċjali, 90 każ ta' persuni li jirċievu l-pensjoni mhux kontributorja u 269 każ ta' persuni li jirċievu l-għajnuna medika. Dawn kienu kollha każijiet fejn instabu li l-persuni konċernati kellhom flejjes fil-bank li ma kienux dikjarati. Kien hemm ukoll 205 każijiet li ġew riveduti biex jiġi assigurat li kollox baqa' kif aġġustat. Barra minn hekk is-sezzjoni għamlet diversi spezzjonijiet li minnhom irriżulta li 46 każ instabu li l-pożizzjoni fil-kompożizzjoni tal-familja ma kienetx kif dikjarata u għalhekk twaqfitilhom l-għajnuna. Qed isiru investigazzjonijiet fuq numru ta' talbiet qabel ma jinħariġilhom il-benefiċċju u b'hekk jiġi evitat li dawn il-persuni jkollhom jirrifondu benefiċċji li jkunu tħallsu u li ma kienux dovuti lilhom.

Benefiċċji Soċjali

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'kien it-total ta' persuni u l-ammont ta' flus li rċevew f'pensjonijiet tas-sigurta soċjali u pensjonijiet oħra, benefiċċji soċjali, allowance tat-tfal, għajnuna lill-persuni b'diżabilita' eċċ, fl-aħħar ta' kull sena f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Housing

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 35440, b’riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 35147 u l-lista ta’ għaxar applikazzjonijiet mill-Furjana u ħmistax mill-Belt li għad ma nstabitx soluzzjoni biex jiġi stallat il-lift, jista’ jingħad fid-dettall id-diffikultajiet x’inhuma f’kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba.

Tellar ta' Ċint

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 35380, jista' jgħid meta hu maħsub li jerġa' jittella' ċ-ċint f'Sant Iermu biswit l-akkademja tal-pulizija fil-Belt?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li d-Diviżjoni tax-Xogħlijiet qed tistħarreġ l-entita' tax-xogħol meħtieġ.

Furjana — Proġetti ta' Restawr - Nefqa

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 35488, jista' jgħid kemm intefqu f'din il-leġislatura għal dawn il-proġetti fil-Furjana, każ b'każ: i) ġonna Mall - a) sistema ta' irrigazzjoni ġdida b) restawr funtana tal-Ajkla (flus ivutati) ii) restawr ta' statwi fit-toroq iii) restawr pitturi ta' Mattia Preti tal-kappella ta' Sarria iv) tindif u tibjid tal-loġoġ minn ġewwa permezz ta' ħaddiema tal-Kalaxlokk?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba hija kif tidher hawn taħt: Ġonna Mall sistema ta' irrigazzjoni ġdida Lm 2,361. restawr funtana ta' l-Ajkla (flus ivvutati) Lm 2,995. Restawr ta' statwi fit-toroq Lm 3,688. Tindif u tibjid tal-loġoġ Lm14,913. Ninsab infurmat illi min-naħa ta' dan il-Ministeru, ma sar l-ebda restawr fuq il-pitturi ta' Mattia Preti tal-kappella ta' Sarria.

Door Renumbering

Question

Jista' il-Ministru jgħid jistax isir renumbering ta' Triq Clarence Pieta' minħabba d-diffikultajiet li hemm minħabba duplikazzjoni ta' numri?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru ta` l-Infrastruttura u Riżorsi.

Tinġis

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex jirriżulta li ġiet ikkawżata intiena persistenti matul il-ġimgħa li għaddiet fl-inħawi ta' Blata l-Bajda, Spencer Marsa u l-Marina tal-Pieta'? Ittieħdu passi sabiex min niġġeż jagħmel tajjeb għall-ħsara li saret?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li rigward il-problema fil-Marina tal-Pieta', ġie stabbilit illi hemm 'manhole' ġewwa l-propjeta' ta' ditta privata fil-Ħamrun illi trid tiġi msewwija. Rigward ir-riħa fl-inħawi ta' Blata l-Bajda, din hija riħa ta' żjut u m'għandha xejn x'taqsam mas-sistema tad-drenaġġ.
Leg 9 PQ #35595 Sitting 793 2002-09-30 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jerġa' jkun hemm reklutaġġ ta' gunners fl-AFM?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghall-Mistoqsija Numru 34528 li t-twegiba ghaliha nghatat fis-Seduta Numru 769 tat-8 ta’ Lulju 2002.
Leg 9 PQ #35616 Sitting 793 2002-09-30 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel Primarji — Kurrikulu Ġdid

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-kumitat tal-kurrikulu fid-dipartiment ta' l-edukazzjoni ħariġx b'kurrikulu ġdid għat-tfal tas-sitt klassi fl-iskejjel primarji? Fid-dawl tal-fatt li dawn it-tfal jersqu għall-eżami għall-junior lyceum/common entrance, jista' dan il-kurrikulu jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li mhux maħsub li jsir kurrikulu ġdid għas-sitt klassi. Bħalissa qed issir l-implimentazzjoni tal-Kurrikulu Nazzjonali permezz ta' pjan ta' azzjoni li jinkludi: 1. Reviżjoni tas-Sillabi fis-suġġetti differenti għal-livell differenti, inkluż dak tal-Primjarji, 2. Taħriġ ta' għalliema f'metodi ta' tagħlim differenzjat. Din is-sena se nkunu lħaqna l-għalliema kollha tas- sitt klassi, 3. Proġetti dwar Literacy fl-iskejjel l-aktar milquta mill- problema ta' l-illitteriżmu, 4. Programmi pilota ta' assessjar formattiv, 5. Programm ta' informazzjoni lill-iskejjel, studenti u ġenituri dwar l-eżami għad-dħul fil-Junior Lyceum innifsu.

Housing

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 35486, jista' jgħid kemm intefqu f'din il-leġislatura għal dawn il-proġetti fil-Furjana, każ b'każ: i) tindif u tibjid tal-loġoġ mid-dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar ii) riabilitazzjoni tad-dar ta' l-anzjani iii) embellishment madwar il-housing estate a) Triq il-Foss u b) f'Binja Vilhena mid-dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #35487 Sitting 791 2002-09-25 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Furjana — Nefqa

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija dwar xogħlijiet fix-Xagħra tal-Furjana kemm jirriżulta li ntefqu flus fuq: i) żerriegħa għar- returfing ii) manutenzjoni tal-floodlights iii) pompa ta' l-ilma ġdida? Każ b'każ?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s-Segretarjat Parlamentari m'għandux dettalji dwar din in-nefqa peress li x-xogħol sar mill-Floriana F.C.

Restawr

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm intefqu f'din il-leġislatura għal dawn il-proġetti fil-Furjana, każ b'każ: i) ġonna Mall - a) sistema ta' irrigazzjoni ġdida b) restawr funtana tal-Ajkla (flus ivutati) ii) restawr ta' statwi fit-toroq iii) restawr pitturi ta' Mattia Preti tal-kappella ta' Sarria iv) tindif u tibjid tal-loġoġ minn ġewwa permezz ta' ħaddiema tal-Kalaxlokk?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar.

Furjana — Restawr tal-Funtana

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jinbeda x-xogħol ta’ restawr fuq il-funtana ta’ l-iljun fil-Furjana?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Filwaqt li nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35146, ninsab infurmat li sar ix-xogħol preparattiv. Ix-xogħol għandu jkompli fil-ġranet li ġejjin.