Peress li fi Triq is-Sajjieda l-Marsa qed jinġemgħu l-ilmijiet, jista' il-Ministru jgħid tistax titranġa s-sitwazzjoni?
Response (GALEA, ĊENSU)
Tajt struzzjonijiet lid-Direttorat għat-Toroq biex jara l-ilmenti li qed isemmi l-Onor. Interpellant sabiex jistabilixxi x'qed jikkawża li jinġemgħu l-ilmijiet.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 36113, jista' il-Ministru jgħid kemm kien jammonta l-ħruġ, sena b'sena, ta' kull kunsill lokali għas-sistema ta' l-infurzar lokali mit-twaqqif tagħha sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li billi l-informazzjoni ghad trid tingabar ir-risposta tinghata f' xi seduta ohra.
Jista' il-Ministru jgħid meta d-direttorat tat-toroq beħsiebu jibni mill-ġdid Triq il-Palazz l-Aħmar Santa Venera issa li lesta s-surveys u l-pjanti li kien hemm bżonn biex b'hekk isolvi l-problema tal-għargħar ta' l-ilma tax-xita li qed jagħmel ħsara mhux biss il-wiċċ ta' l-istess triq, iżda wkoll lill-proprjeta' privata?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport qed timplimenta programm ta' asfaltar ta' toroq simili ma' Malta kollha u x-xogħol fil-lokalita' isir skond il-prijoritajiet li jkunu qed jirriżultaw minn żmien għal żmien.
Jista' il-Ministru jgħid kemm-il ġurnata nżammet magħluqa l-għassa tal-pulizija fil-Furjana f'dan l-aħħar xahar? Għaliex, f'kull jum konċernat? Tista' l-għassa tinfetaħ aktar ta' spiss?
Response (BORG, TONIO)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-ewwel parti tat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 35318, ninsab infurmat illi matul dan l-aħħar xhur dejjem kien hemm kuntistabbli, u drabi anke surġent, dettaljat fl-Għassa imsemmija mill-Onorevoli Interpellant. Madankollu, jista` jkun hemm drabi fejn l-eżiġenzi tas-servizz ikunu jirrikjedu lill-Pulizija li jkunu għassa joħorġu fuq xogħol, bil-konsegwenza li l-għassa jkollha tingħalaq f`dawk il-ħinijiet.
Jista' il-Ministru jgħid jekk Maltin li jkunu fuq btala fl-Awstralja jistgħux jużaw is-servizz tas-saħħa tad-diversi stati ta' hemmhekk b'xejn minħabba ftehim bilaterali ma' pajjiżna?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skond il-ftehim bilaterali bejn il-Gvern ta` Malta u l-Gvern ta` l-Awstralja, ċittadini Maltin li jkunu għall-btala fl-Awstralja jistgħu jużaw is-servizzi tas-saħħa tad-diversi stati fl-Awstralja, Cocos (Keeling), u Christmas Islands sa perjodu ta` sitt xhur mill-bidu tal-mawra tagħhom fl-Awstralja.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati inċidenti tat-traffiku fi Triq Sant'Anna, Furjana, xahar b'xahar, f'dawn l-aħħar erba' snin? Kemm tħarku sewwieqa minħabba overspeeding fl-istess perijodu? Meta hu maħsub li jinbdew jiffunzjonaw l-ispeed cameras?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi in-numru ta` inċidenti tat-traffiku irrapurtati lill-Pulizija li seħħew fi Triq Sant`Anna il-Floriana matul dawn l-aħħar erba` snin huwa kif ġej:
1999
2000
2001
2002
Jannar
3
4
5
6
Frar
1
5
7
1
Marzu
2
7
4
7
April
2
7
9
10
Mejju
4
10
6
8
Ġunju
0
4
5
5
Lulju
4
7
4
2
Awissu
4
3
3
4
Settembru
4
3
3
2
Ottubru
3
8
2
-
Novembru
2
3
4
-
Diċembru
3
7
4
-
TOTAL
32
68
56
45
Ninsab infurmat ukoll illi matul l-istess perijodu il-Pulizija tellgħet quddiem il-Qorti 704 persuna minħabba sewqan eċċessiv. L-ebda wieħed minn dawn il-każi ta` sewqan eċċessiv kien fit-triq imsemmija. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 34670.
Jista' il-Ministru jgħid meta jibda jintuża l-isptar il-ġdid Mater Dei, dan ser ikollu xi staff ġdid jew se jittieħdu kollha mill-isptar San Luqa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qed isir studju fuq il-bżonnijiet ta` riżorsi umani għall-Isptar Mater Dei. Meta l-istudju ikun konkluż, inkunu nafu jekk l-istaff ta` San Luqa ikunx biżżejjed, kemm bħala numru u kemm bħala 'skill-mix', jew inkella ikollniex bżonn ningaġjaw staff minn barra San Luqa.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' vapuri li daħlu fil-freeport fl-1986 u fis-sena 2001? Kemm ħallsu port dues lill-Maritime Authority u pagi lill-pilots u l-mooring men?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-kumpanija Malta Freeport Corporation Limited ġiet reġistrata fil-25 ta' Jannar 1988 u għaldaqstant ma jistax jingħad kemm daħlu vapuri fil-port ta' Marsaxlokk bħala "Port Ħieles" fis-sena 1986. Matul is-sena 2001 daħlu 1,951 vapur fil-Container Terminal u 460 fl-Oil Terminal.
Nissuġġerixxi li l-partijiet l-ohra tal-mistoqsija jiġu indirizzati lill-Ministru ikkonċernat.
Jista' il-Ministru jara kemm hemm postijiet li jistgħu jinkrew mill-lands department bħalissa? Fejn huma?
Response (BORG, TONIO)
Hija l-policy tat-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern li tikri kemm jista` jkun malajr postijiet li jkunu jistgħu jinkrew. Fil-fatt bħalissa hemm ħames postijiet li qegħdin fuq tender għal kiri, tnejn fil-Belt u wieħed kull wieħed f`Bormla, Ħal Kirkop u Ħal Qormi. Imbagħad hemm ħdax-il post ieħor li ser jinħarġu għal kiri bit-tenders fil-futur qarib. Minn dawn tlieta qegħdin il-Belt, tlieta fis-Siġġiewi, tnejn f`Bormla u wieħed kull wieħed f`Ħal Qormi, Marsaskala u l-Imġarr Għawdex.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nri. 33233 u 33380, jista` l-Prim Ministru jgħid x'sar mid-disa` proposti li saru lill-Gvern għal Private Public Partnership fil-qasam tal-landscaping.
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat illi d-disa’ proposti li saru lill-Gvern ghal “Private Public Patnership” gew evalwati u gew “shortlisted” tnejn.
Bhalissa ghaddejjin negozjati mal-“preferred bidder” kif ukoll ma’ rappre¿entanti tal-haddiema u dawn mistennija jigu konkluzi fi zmien qasir.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li jsir lift fil-bitħa ta' 156 Triq il-Punent, Valletta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Awtorita' tad-Djar ma rċeviet ebda applikazzjoni mir-residenti tal-fond indikat biex jiġi nstallat lift. L-Awtorita' rċeviet applikazzjoni għal installar ta' lift mir-residenti tal-fond 157 fl-istess triq, iżda nstab li t-tromba tat-taraġ hi dejqa wisq biex takkomoda lift.
Jista' il-Ministru jara li l-korporazzjoni Enemalta tikkonsidra li tiddawwal aħjar Triq ir-Republika il-Belt, fejn il-kunvent ta' Santa Katerina?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li minn investigazzjoni li saret minn ħaddiema tal-Korporazzjoni Enemalta jirriżulta li fil-parti tat-triq imsemmija hemm dawl adekwat.
Jista' il-Ministru jara li peress li jirriżulta li hemm il-ġrieden fi Triq Zimelli Ħamrun fl-isqaq, jistgħu jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li ħaddiema mis-Sezzjoni tal-'Pest Control', għamlu trattament intensiv ta' tqegħid ta' velenu fil-lokalita' indikata fl-10 ta' Ottubru 2002.
L-aħħar ilment fuq l-istess lokalita' ndikata mill-Onor. Interpellant daħal għand it-Taqsima tas-Saħħa Ambjentali tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika fis-16 ta' Lulju 2002 fejn kien sar trattament intensiv mis-Sezzjoni tal-'Pest Control'.
Il-problema ser tibqa' tiġi segwita regolarment sakemm l-infestazzjoni tal-ġrieden tiġi taħt kontroll.
Jista' il-Ministru jara li l-bini ta' St. Benedict fi Triq Zimelli Ħamrun li ġie riabilitat dan l-aħħar jinbidlulu wkoll it-twieqi u l-bieb ta' barra?
Response (BORG, TONIO)
Qegħdin isiru l-arranġamenti neċessarji mad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta` Djar biex ix-xogħol fuq it-twieqi u l-bieb ta` barra isiru mill-aktar fis possibli.
Jista' il-Ministru jara li jitnaddaf il-bejt ta' garaxxijiet li hemm fi Triq San Tumas kantuniera ma' Triq Zimelli, Ħamrun, minħabba l-periklu li jista' jkun hemm għas-saħħa pubblika?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li uffiċjali tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika spezzjonaw il-bejt tal-garaxxijiet indikati. Sid il-garaxxijiet ġie nfurmat biex inaddaf il-bejt indikat mill-aktar fis possibbli.
Jittieħdu passi Legali jekk dan ma jiġix esegwit fi żmien raġonevoli.
Jista' il-Ministru jsemmi l-persuni kollha li matul din is-sena attendew jew qed jattendu xi programm ta' l-UE permezz tad-dipartiment ta' l-edukazzjoni? Jekk dawn il-persuni jattendux l-universita' jew xi istituzzjoni edukattiva oħra, jekk jaħdmu fejn, liema programm attendew jew qed jattendu u fejn marru?
Response (GALEA, LOUIS)
Mhix il-prattika li nagħti l-ismijiet tal-persuni kollha li bbenefikaw minn programmi edukattivi ta' l-UE. Fi żmien qasir jiġi pubblikat rapport dwar il-ħidma ta' l-EUPU li jkun fih id-dettalji meħtieġa.
Jista` l-Ministru jgħid jekk hemm regolamenti li jirregolaw il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-ħlas tal-cleaners li jaħdmu fl-uffiċċji u fid-djar privati fil-parti l-kbira tagħhom fuq bażi part-time ? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jinforma l-Parlament b'dawn ir-regolamenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema li jaħdmu bħala cleaners fl-uffiċċji w fid-djar privati huma regolati kif ġej:
1) Cleaners fl-uffiċċji privati
Il-kundizzjonijiet tax-xogħol ta' dawn huma regolati minn AL 15/2001 (l-Ordni ta' l-2001 biex Jirregola l-Pagi mill-Kunsill tal-Pagi għas-Settur li jipprovdi Servizz ta' Tindif.)
2) Cleaners fi djar privati
Il-kundizzjonijiet huma regolati minn AL 7/76, kif emendat (l-Ordni li Jirregola l-Pagi għas-Servizz Domestiku.)
Jista` l-Ministru jgħid x'kienu l-iżviluppi li kien hemm mill-istqarrija tiegħu dwar it-Tarzna fir-rigward ta' l-iskema ta' l-irtirar kmieni mix-xogħol u tal-prospetti ta' xogħol għat-Tarznari u kemm-il darba t-Task Force għadha tiffunzjona, x'inhuma issa l-għanijiet u l-miri li trid tasal għalihom.
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jiena nfurmat li tlesta l-eżerċizzju ta' analiżi li kellu jsir malli ngħalqu l-iskemi. Għaldaqstant il-pass li jmiss huwa li dan l-eżerċizzju jiġi preżentat lill-membri tat-Task Force bl-iskop li jitkompla jkun implimentat il-Pjan ta' Ristrutturazzjoni.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 33331, jista` l-Ministru jgħid f'hiex waslu l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar il-parti sostanzjali li tħassret tal-programm Xarabank li kellu jixxandar fl-10 ta' Mejju li għadda u li fil-fatt ma xxandarx.
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-każ imsemmi mill-Onorevoli Interpellant għadu qed ikun investigat mill-Pulizija.