Xi żviluppi saru fil-ground San Ġużepp f' Santa Venera u kemm intefqu flus biex dan sar?
Response (GALEA, LOUIS)
Infurmat li x-xogħol ta' upgrading tal-ground ta' San Ġużepp huwa lest. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija infurmat li skond ftehim li kien sar bejn is-Segretarjat Parlamentari u l-Kunsill Lokali, id-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport se jħallas parti mill-ispejjeż involuti. Din l-ispiża mistennija tlaħħaq is-LM6,000. Il-kumplament ta' l-ispejjeż l-oħra se jitħallsu mill-Kunsill Lokali u minn St.Venera Lightnings F.C.
Valletta — Kunvent ta' l-Ursolini-Stallazzjoni ta' lift
Question
It-talba tal-kunvent ta' l-Ursolini fi triq Marsamxett il-Belt għall-istallazzjoni ta' lift tista' tiġi milqugħa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-iskema V ta' l-Awtorita' tad-Djar dwar installazzjoni ta' lifts tapplika biss għall-blokki ta' appartamenti propjeta' tal-Gvern. Għalhekk, it-talba li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant ma tistax tiġi kkunsidrata.
Jista' jiżdied il-vultaġġ tad-dawl fi triq Vilhena Floriana fejn binja Filippo Sciberras?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Membru ġiet riferia lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni relattiva u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Tista' il-korporazzjoni Enemalta tieħu ħsieb li tinbidel bozza fi Triq ir-Repubblika, Valletta, biswit nru. 225a? Jista' jiġi mdawwal aħjar xatt Lascaris ukoll fil-Belt biswit nru. 51?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant fl-ewwel parti tal-mistoqsija ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ titieħed l-azzjoni relattiva. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, it-talba ġiet riferuta lill-Korporazzjoni sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra bħalha.
Tista' il-water services corporation tara li tinstab soluzzjoni għas-sitwazzjoni ta' ilma li kien qed jiżbroffa fi Triq Melita, kantuniera ma' Triq id-Dejqa, il-Belt?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 36511 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru tas-Saħħa u jgħid jekk id-detox hiex se tiġi trasferita f'post ieħor? Jekk fl-affermattiv, fejn? Jikkunsidra l-Viċi Prim Ministru li d-detox m'għandhiex tiġi trasferita f'area residenzjali oħra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ma hemmx il-ħsieb li ċ-Ċentru tad-Detox jiġi trasferit għal xi post ieħor.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi żviluppi dwar l-istallazzjoni ta' lifts f'
i) 80 Triq San Nikola Valletta
ii) 7, Pjazza Mattia Preti Valletta
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li sejħa għall-offerti għall-installazzjoni ta' lift f'numru 80, Triq San Nikola, l-Belt, għalqet u l-Awtorita' tad-Djar qed tistenna li jingħata l-kuntratt għax-xogħol.
Fil-każ ta' Blokk 3, Pjazza Mattia Preti, l-Belt, l-Awtorita' tad-Djar għamlet applikazzjoni lill-Awtorita' għall-Ippjanar u l-Ambjent biex jinbena lift shaft f'bitħa biswit il-blokk. Sadanittant qed jiġu preparati d-dokumenti għall-ħruġ tas-sejħa għall-offerti.
Jista' il-Ministru jgħid jistgħux jiġu provduti lockers fi skola A. Cini Ħamrun, imqar għat-tfal b'diżabilita?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Amministrazzjoni ta' l-iskola Adelaide Ċini Ħamrun diġa` qegħda taħseb biex tipprovdi lockers fl-iskola. L-unika diffikulta` hi n-nuqqas ta' spazju fejn jitpoġġew il-lockers.
Jista' il-Ministru jgħid jekk id-detox hiex se tiġi trasferita f'post ieħor? Jekk fl-affermattiv fejn? Jikkunsidra l-Ministru li d-detox m'għandiex tiġi trasferita f'area residenzjali oħra?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministru tal-Politika Soċjali.
B'riferenza għal mistoqsija 36416 jistax l-aħħar sillabu għas-snin 4 sa 6 ta' l-iskejjel primarji, effettiv għall-eżamijiet tas-sena d-dieħla, jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GALEA, LOUIS)
Ser ngħaddi kopja ta' l-aħħar sillabu għas-snin 4 sa 6 ta' l-iskejjel primarji lill-Onor. Membru.
Jista' il-Ministru jgħid jistax id-dipartiment tal-bini u tiswija tad-djar jikkunsidra li jsir tibjid tal-partijiet komuni tal-post li d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35613, jista' jgħid tistax tiddawwal il-parking area għad-dipartiment CDAU fi triq Zammit Clapp, Pieta`?
Response (BONNICI, JOSEF)
Peress li saret id-devoluzzjoni tad-dawl tat-toroq, huwa l-Kunsill Lokali tal-Pieta li għandu jikkunsidra din it-talba.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' vapuri, u x'inhu t-tunellaġġ gross tagħhom, li huma reġistrati taħt il-bandiera Maltija? Kemm jidħlu flus minn dawn ir-reġistrazzjonijiet u xi stima hemm tal-multiplier effect li għandhom fuq Malta?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li sa l-aħħar ta' Settembru 2002, 3143 bastiment b'tunellaġġ gross totali ta' 27,064,333 kienu reġistrati taħt l-Att Dwar il-Bastimenti Merkantili. Matul il-perjodu 1 ta' Ottubru 2001 u 30 ta' Settembru 2002, l-Awtorita' Martittima ta' Malta daħħlet iktar minn Lm2.67 miljun bħala drittijiet ta' reġistrazzjoni. Huwa ferm diffiċli biex jiġi kkalkulat il-'multiplier effect' li din l-attivita' għandha fuq l-ekonomija Maltija, iżda żgur li dan huwa wieħed konsiderevoli.
B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 35616, jista' il-Ministru jgħid liema sillabu fil-ħames suġġetti differenti se jintuża fl-eżamijiet għall-junior lyceum/common entrance li jmiss? Dan is-sillabu nbidel f'dawn l-aħħar snin? Jekk iva, meta u kif, suġġett, suġġett?
Response (GALEA, LOUIS)
Ix-xogħol ta' żvilupp fis-sillabi għas-settur primarju hu xogħol kontinwu li qed isir fid-dawl tal-Kurrikulu Nazzjonali.