Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm mediċini out of stock bħalissa? Liema huma?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta` neqsin huwa ta` 16. Din il-lista tinkludi:
(1) Mediċini li għalkemm waslu ma jistgħux jitqassmu minħabba li jkun għadu ma wasalx ir-riżultat tal-analiżi (jiġifieri dawn il-mediċini jkunu kwarantina)
Senna 7.5mg tablets
(2) Mediċini li qegħdin jiġu diskussi mid-Drug and Therapeutics Committee (DTC) biex jiġu maqtugħa mill-Formolarju:
Atropinic Sulphate 0.6mg tablet
Azlocillin Sodium 500mg injections
Cefotaxime Sodium 0.5mg injections
Ephedrine Nasal Drops 1%
Fosfestrol Tetrasodium 100mg tablets
Stilboestrol 5mg tablets
(3) Mediċini li s-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern għandu problema biex jixtrihom minħabba li ħadd ma qiegħed jikkwota għalihom:
Hydroxychloroquine 200mg tablets
Ketamine 10mg/ml injections
Methylergometrine 0.125mg tablets
Neostigmine 0.5mg/ml injections
Oxytocin 10 units x 1ml injections
Phenytoin sodium 25mg capsules
Procainamide injctions
Procaine Penicillin with Benzyl Penicillin injections
Stilboestrol 1mg tablets
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il siegħa damu l-170 cruise liner li żaru Malta minn Jannar sa Ottubru, 1998?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li bejn Jannar u Otubru da' din is-sena ġew Malta 191, Cruise Liner li damu fil-port għal 1,815 (elf, tminn mija u ħmistax) -il siegħa.
Cruise Liners Siegħat
Jannar 1 11
Frar 1 9
Marzu 1 9
April 21 206
Mejju 35 332
Ġunju 22 199
Lulju 22 196
Awissu 20 181
Settembru 31 285
Ottubru 37 387
Total 191 1,815
Taxxa fuq id-dħul — Manteniment f'każ ta' separazzjoni
Question
Għall-finijiet ta' ħlas ta' taxxa fuq id-dħul, jista' l-Ministru jgħid jekk jiġix imnaqqas il-manteniment f'każ ta' separazzjoni b'digriet tal-Qorti? Jitnaqqas ukoll il-manteniment f'każ ta' separazzjoni bonarja?
Response (DALLI, JOHN)
Skond l-Artikolu 14A ta`l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income (Kap. 123) mis-sena bazi 1996, meta individwu jagħmel ħlas għall-manteniment kif stabbilit mill-Qrati ta` Malta lill-parti miżżewġa lilu li ma tkunx baqgħet tgħix miegħu, dan jingħata tnaqqis kontra l-income tiegħu ekwivalenti għall-ammont attwalment imħallas skond l-ordni tal-Qorti.
Ma jingħata l-ebda tnaqqis għall-manteniment f`każ ta` separazzjoni bonarja.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 266, ċioe' jista jgħid meta hu maħsub li jiġu asfaltati għall-ewwel darba dawn it-toroq fil-Ħamrun, toroq li fihom qed ibatu inkonvenjent kbir ir-residenti li joqogħdu fihom; (1) Triq Willie Attard; (2) Triq Ġuże' Bajada; (3) Triq Dun Frans Camilleri; (4) Misraħ Is-Sebgħa ta' Ġunju 1919; u (5) Triq Manuel Attard?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li minħabba xogħol li jrid isir f'dan il-qasam fil-lokalitajiet kollha, l-asfaltar ta' dawn it-toroq isir skond il-prijoritajiet tad-Dipartiment, sintendi wara li jkun żgurat li s-servizzi jkunu tqiegħdu b'mod permanenti.
Jista' l-Ministru jgħid min kienu dawk li bbenefikaw minn scholarships, kemm ħarġet flus il-Water Services Corporation għal kull individwu u taħt liema policy ingħataw mill-1992 sal-lum?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta tingħata fżseduta oħra.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt taċ-Chief Internal Auditor tal-Water Services Corporation? Jista' l-Ministru jgħid taħt liema sejħa ta' applikazzjonijet saret din il-ħatra u jista' jgħid meta ġie ffirmat?
Response (BONNICI, JOSEF)
Qiegħed nippreżenta l-kuntratt taċ-'Chief Internal Auditor' tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kif mgħoddi lili mill-Korporazzjoni.Dan il-kuntratt kien ġie ffirmat nhar is-26 ta' Marzu 1997 u emendat fil-31 ta' Lulju 1998. Dak iż-żmien il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ddeċidiet li ċ-'Chief Internal Auditor' għandu jiġi mpjegat għal żmien definit f'pożizzjoni meqjusa bħala 'Special Trust' taħt Sezzjoni 15, paragrafu 2(1) tal-att tal-1990 tas-Servizzi tal-Impjiegi u Taħriġ, ma kinitx inħarget sejħa għall-applikazzjonijiet.
Jista' l-Ministru jgħid x'salarju kienet tieħu l-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, bejn l-1996 u l-1998 meta kien jaħdem fil-Ministeru tas-Saħħa? Fuq kemm-il bord kien membru?X'allowances kien jieħu? X'benefiċċji oħra kellu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-Persuna msemmija rċeviet dan li gej matul is-snin imsemmija:
Basic Pay
Novembru-Dicembru'96 Lm 759
Jannar-Marzu'97 Lm 1190
April-Diċembru'97 Lm 3579
Jannar-Awissu'98 Lm 3234
Allowances
Qualification allowance wef. 1.1.96 - Lm150 per annum
Novembru-Diċembru'96 Lm 25
1997 Lm150
1998 Lm100
Allowances in liue of overtime
Novembru & Diċembru'96 Lm 80
Jannar to Diċembru'97 Lm490
Boards
1997 Lm208.34
1998 Lm 62.52
Overtime
Jannar-Awissu'98 Lm587
Member of management
Committee-Zammit Clapp
Hospital Lm1000 per annum
Jista' l-Ministru jgħid kemm għamlu overtime il-Ward Clerks ġewwa l-iSptar San Luqa matul l-1997 u l-1998? Kemm ħadet overtime il-persuna li, isimha qed jintbagħat separatamenti, matul l-1997 u l-1998?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-ward clerks ġewwa l-isptar San Luqa għamlu Lm2030.05 f'overtime fl-1997 u Lm1995.42 fl-1998.
Il-Persuna msemmija ma ħadmitx overtime fl-1997. Matul l-1998 hi għamlet Lm56.57 f'overtime.
Jista' l-Ministru jara li ssir lampa tad-dawl ġdida fi Sqaq l-Imħażen fil-Floriana, ġewwa nett fl-isqaq, fejn ir-residenti qed jilmentaw minn dlam ċappa?
Jaf il-Ministru li fl-isqaq l-ieħor biswit dan (Sqaq il-Fosos) hemm lampa tad-dawl 'il ġewwa nett?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba għall-lampa fi Sqaq l-Imħazen Floriana qed tiġi kkunsidrata flimkien ma talbiet oħra. Investigazzjonijiet li saru jindikaw li hemm bżonn ta' lampa ġdida. Din ser issir fi żmien qasir.
Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jitlesta x-xogħol fid-Dar ta' l-Anzjani fil-Floriana?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Dan il-Gvern qiegħed iħaffef ix-xogħol li fadal isir fid-Dar ta' l-Anzjani tal-Furjana. Huwa maħsub li x-xogħol kollu meħtieġ jitlesta sa Marzu/April 1999.
3.11.98
Jista' l-Ministru jara li tinbidel bozza maqtugħa fi Triq it-Teatru kantuniera ma' Triq Merkanti, fil-Belt? Tista' ssir bozza ġdida fi Triq it-Teatru, il-Belt bejn Triq Merkanti u Triq San Pawl fil-ġenb tas-suq fejn hemm ukoll forn?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-manutenzjoni tal-bozza maqtugħa fi Triq it-Teatru kantuniera ma Triq Merkanti, il-Belt saret.
It-talba għall-bozza ġdida fi Triq it-Teatru bejn Triq Merkanti u Triq San Pawl hi ġustifikata. Hi qed tiġi kkunsidrata flimkien ma talbiet oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa f'overtime l-istock taking exercise li sar f'Settembru? Kemm nies kienu involuti, min kienu, kemm ħadu f'overtime, min għażilhom u taħt liema kriterju ġew magħżulin?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jista' l-Onorevoli Interpellant ikun iktar speċifiku fid-domanda tiegħu.
Jista' l-Ministru jara li jsir patching fit-toroq u fil-bankini fil-Bus Terminus tal-Belt bħala miżura temporanja sakemm issir ir-riabilitazzjoni sħiħa ta' l-istess terminus?
Response (GALEA, ĊENSU)
Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq u l-Awtorita` tat-Trasport Pubbliku biex jaraw x`hemm bzonn isir ghall-mument.
Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jiġu asfaltati għall-ewwel darba dawn it-toroq fil-Hamrun, toroq li fihom qed ibatu inkonvenjent kbir ir-residenti li joqogħdu fihom; (1) Triq Willie Attard; (2) Triq Guże' Bajada; (3) Triq Dun Frans Camilleri; (4) Misraħ Is-Sebgħa Ta' Ġunju 1919; (5) Triq Manuel Attard?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jara li l-proġett li kellu jsir fi Pjazza Kappillan Muscat, il-Ħamrun, isir mill-aktar fis? Meta hu ppjanat li jibdew dawn ix-xogħlijiet?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-offerta tax-xogħol fi Pjazza Kappillan Muscat, Ħamrun, ġiet publikata u aġudikata u riċentement riferuta lid-Dipartiment tal-Kuntratti.
Jista' d-Dipartiment ta' l-Artijiet jara li l-escalator u l-lift li jġorru l-iskart fis-suq tal-Belt jibdew jiffunzjonaw mill-ġdid mill-aktar fis?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-'escalator' ilu wieqaf mill-bidu ta' din is-sena u ma ssewiex minħabba li ma ġewx provduti flus biżżejjed mill-gvern preċedenti biex isir ix-xogħol neċessarju.
02.11.98